Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pilloli Amodarone u Zocor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minn din il-ġimgħa l-pilloli Amodarone (200mg) u Zocor reġgħu ma nstabux la fl-ispiżeriji tal-għażla tiegħek għax ma ngħatawx lill-pazjenti u anqas fil-kliniċi tal-gvern? Għaliex fl-Isptar Mater Dei kien hemm biss kwantità żgħira u bosta anzjani ma setgħux joqgħodu fil-kju għal siegħat sħaħ? Għaliex il-pilloli tal-qalb Amodarone speċjalment iż-Zocor għall-cholesterol ikunu skarsi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Dwar il-pilloli Amiodarone, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16791. Ninsab infurmat li l-proċess tal-kuntratt għax-xiri tal-pilloli simvastatin (Zocor ®) 20mgs, bħalissa jinsab quddiem il-Bord tal-Appell tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Sadanittant id-Dipartiment tal-Procurements ħareġ sejħa ghax-xiri ta’ ammont limitat ta’ dawn il-pilloli. Anke wara din is-sejħa il-kuntrattur magħzul ma onorax iż-żmien li fih kellha titwassal din il-konsenja. Għalhekk għaddejin proċeduri biex jinxtara stokk mill-aktar fis possibli a spejjeż ta’ dan il-kuntrattur.

Kjuwijiet fl-Isptar Mater Dei

Question

Jaf il-Ministru li għadu ma sar xejn biex jittaffew il-kjuwijiet kbar li ta’ kuljum jinġabru fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei? Jaf li nhar is-Sibt kostitwenti tiegħi kellhom jistennew aktar minn sagħtejn bil-wieqfa għax kien hemm aktar minn 150 fil-kju f’ħin wieħed u dan barra dawk li kienu qed jinqdew ġewwa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li nhar is-Sibt 15 ta’ Mejju 2010 kien hemm 250 pazjent li nqdew mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei. Il-ħinijiet tal-ftuħ nhar ta’ Sibt huma mit-8.00 a.m. sa nofs in-nhar iżda pazjenti li jkunu fil-waiting area qabel nofs in-nhar jinqdew xorta waħda. Il- waiting area tal-ispiżerija tipprovdi faċilitajiet sabiex il-pazjenti li jkunu fil-kju jkunu jistgħu joqghodu bil-qiegħda. B’kollox hemm 42 siġġu. L-ispiżerija għandha wkoll sistema ta’ multiple queuing li tikkategoriżża l-pazjenti skont il-bżonnijiet tagħhom. Dan sabiex taqta’ dewmien żejjed kemm jista’ jkun. Biex jiġi evitat li ma jkunx hemm pazjenti jistennew barra fil-kju, ġie ntrodott servizz tal-Customer Care fl-ispiżerija. Dan is-servizz qed jingħata mill-Uffiċċju tal-Customer Care tal-Isptar Mater Dei mit-Tnejn sas-Sibt. L-uffiċċjali tal-Customer Care fl-ispiżerija jassiguraw li s-siġġijiet fil- waiting area jkunu okkupati il-ħin kollu. Dawn l-uffiċjali jiċċekkjaw ukoll jekk il-mediċini li jkollhom bżonn il-pazjenti humiex disponibbli biex f’każ li ma jkunux disponibbli, dawn il-pazjenti ma joqogħdux jistennew għalxejn. Fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei jattendu numru ta’ pazjenti li jkollhom bżonn mediċina waħda li għal xi raġuni ma tkunx disponibbli mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jew mill-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa. Fil-parti l-kbira tagħhom dawn il-pazjenti jmorru direttament fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei minkejja li jkunu avżati biex iċemplu qabel ma jmorru biex jinqdew.

Inflazzjoni ta' Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-inflazzjoni f’Malta, xahar b’xahar, matul din is-sena? Kif tikkompara mal-istess xhur tal-2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-inflazzjoni f’Malta xahar b’ xahar skont l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (Retail Price Index) tidher f’din it-tabella: 2009 2010 12 month moving average rate 12 month moving average rate Jannar 4.26 Jannar 1.88 Frar 4.30 Frar 1.58 Marzu 4.32 Marzu 1.26 April 4.36 April 1.03

ETC — ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena kemm kien hemm ħaddiema li tilfu l-impieg tagħhom f’Malta u Ghawdex? F’liema industriji prinċipali? Hemm minnhom li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabitilhom xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fabbriki vojta fiż-Żoni Industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki vojta f’dawk il-postijiet magħrufa bħala żoni industrjali f’Malta u Għawdex? Hemm applikazzjonijiet għal xi uħud biex jintużaw? Minn min?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fiż-żoni industrijali ta’ Malta u Għawdex li huma amministrati mill- Malta Industrial Parks, hemm 42 fabbrika vojta li 23 minnhom huma allokati. Mill-oħrajn, uħud ma jistgħux jiġu allokati minħabba proċeduri legali u oħrajn li għandhom ħtiega ta’ diversi xogħlijiet biex ikunu jistgħu jiġu allokati.

Programmi sospiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’wassal biex il-programmi tal-Unjoni Ewropea jiġu sospiżi? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm twissijiet qabel ittieħed dan il-pass drastiku? Min huwa responsabbli ta’ dawn il-programmi, inkluż programmi individwali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sospenzjoni temporanja tal-Youth in Action u l-Lifelong Learning Programmes tal-2010 qed isir bi prekawzjoni sakemm il-Kummissjoni Ewropea tkun sodisfatta li l-miżuri kollha ta’ assikurazzjoni, inklużi proċeduri amministrattivi ta’ kontroll u rappurtar fl-Awtorità Nazzjonali u l-EUPA, ikunu msaħħa kif qed titlob il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni Ewropea rreferiet għal sospensjoni fis-26 t’April 2010. L-Agenzija EUPA hija responsabbli għal Programmi Youth in Action u Lifelong Learning li l-koordinatur nazzjonali hu s-Sur Mauro Pace Parascandolo.
Leg 11 PQ #17323 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Informazzjoni — programmi tal-Unjoni Ewropea sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qed tinvestiga persuni dwar tmexxija ta’ programmi tal-Unjoni Ewropea li ġew sospiżi riċentement mill-istess unjoni skont stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nru. 867?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-każ imsemmi.

Gozo Channel — nuqqasijiet fuq vapur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16998 u jgħid jekk l-inkjesta fil-Gozo Channel tlestietx jew le dwar allegazzjonijiet li għamel kaptan tal-istess kumpanija fir-rigward ta' nuqqasijiet li skont hu hemm fuq il-vapuri? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi din l-inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk l-inkjesta għadha għaddejja jista' jgħid meta huwa maħsub li din titlesta u min qed jagħmel din l-inkjesta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rapport dwar l-inkjesta fil-Gozo Channel għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru meta jitlesta u fil-ħin opportun.

Proġett kontra l-għargħar fl-inħawi ta' Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imsida

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16976 u 16674 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16079, jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett li kien tħabbar mill-ex Ministru Ninu Zammit biex jinġabar l-ilma tax-xita biex ma jintilifx u ma jkomplix jikkawża għargħar fl-inħawi ta' Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imsida, fejn kellhom jinbnew ġibjuni kbar taħt l-art?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 17163.

Żejtun — Triq San Girgor - ilma tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17218 u jara li jittieħdu passi fi Triq San Girgor iż-Żejtun minħabba li ilu ħiereġ ilma tax-xorb għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u minkejja r-rapporti li saru għadhom ma tteħdux passi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17218.

Żejtun — Triq San Girgor - ilma tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi fi Triq San Girgor iż-Żejtun minħabba li ilu ħiereġ ilma tax-xorb għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u minkejja r-rapporti li saru għadhom ma tteħdux passi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jidher li l-KSI kellha problemi sabiex tingħata permess tat-tħaffir għal diversi raġunijiet. Il-permess inħareġ fil-ġranet li għaddew u x-xogħol sar fit-12 ta’ Mejju, 2010.
Leg 11 PQ #17315 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li nqabdu jpejpu ġo stabbilimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, kemm inqabdu nies ipejpu ġo stabbilimenti meta dan mhux permess? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu kontra dawn il-persuni u kontra s-sidien? Inqabdu persuni taħt it-18-il sena jixtru s-sigaretti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li nqabdu jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:- Jannar 230 Frar 198 Marzu 220 April 186 Dawn il-persuni nqabdu f'dawn il-lokalitajiet:- Valletta, Floriana, Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Paola, Cospicua, M'Skala, B'Buġia, M'Xlokk, Gżira, San Ġiljan, Sliema, Msida, Ħamrun, Marsa, Rabat, B'Kara, Lija, Naxxar, Gharghur, Qawra, Marsalforn u Victorja. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tieħu l-passi skont il-liġi kontra dawn il-persuni.

Importazzjoni minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni, xahar b’xahar, fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Liema huma l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mpurtajna mingħandhom? Kemm importajna minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea? X’kienu l-oġġetti li l-aktar impurtajna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni kull xahar fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Lejn liema pajjiżi l-aktar li esportajna? X’kienu l-oġġetti prinċipali li esportajna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ftehim ta' taxxa doppja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi Malta għandha ftehim ta’ taxxa doppja? F’liema sena ġie ffirmat kull ftehim? Ma liema pajjiżi qed isiru taħdidiet biex isir aktar ftehim ta’ dan it-tip?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Far — Żona Industrijali - siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li f’żoni industrijali bħal ta’ Ħal Far jinżergħu siġar biex isebbħu l-ambjent? Jaħseb li għandu jħajjar lill-industriji biex b’mod volontarju jgħinu fi proġett bħal dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-Gvern għandu l-ħsieb li jinżergħu siġar u diġà hemm xi kumpaniji minn din iż-żona industrijali li huma interessati biex iħawwlu s-siġar imħallsa minnhom taħt l-iskema 34U .

Xogħol ta' tindif fiż-żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif isir ix-xogħol ta’ tindif fiż-żoni industrjali? Kif jitneħħa l-materjal ta’ bini li jinstab mitluq hemm? Meta l-aħħar li sar ġbir ta’ dan it-tip ta’ skart?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi t-tindif taż-żoni industrijali ma jaqax taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tiegħi iżda tal-Malta Industrial Parks u għaldaqstant nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Lista ta' assoċjazzjonijiet jew għaqdiet li ma jħallsux taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-pesuni u assoċjazzjonijiet jew għaqdiet li ma ħallsux it-taxxa tal-VAT u li jew ma ħarġux riċevuti fiskali għal kull xorta ta' servizz mogħti matul is-snin 2006-2010? X'azzjonijiet ittieħdu kontra kull persuna u/jew assoċjazzjoni jew għaqda? Jekk weħlux multi u fil-każ kontra min u kemm kienet il-multa? Ittieħdux jew hemmx intenzjoni li jittieħdu passi oħrajn minbarra dawk diġà meħuda? Fil-każijiet ta’ assocjazzjonijiet jew għaqdiet, min hi l-persuna legalment responsabbli?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — ksur ta' liġi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux investigazzjonijiet mid-Dipartiment tal-VAT fuq ksur tal-liġi tal-VAT u/jew li ma ħarġux irċevuti fiskali kif stabbilit mill-istess liġi, in konnessjoni ma' kull xorta ta’ servizz mogħti minn għaqdiet, assoċjazzjonijiet, korpi eċċ.? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn l-għaqdiet/assoċjazzjonijiet eċċ. u x'passi ttieħdu? Jista’ jinforma ukoll jekk kienx hemm rakkmandazzjonijiet minn uffiċjali fl-istess Dipartiment tal-VAT biex issir investigazzjoni kontra xi assoċjazzjoni/għaqda jew korp ieħor in konnessjoni man-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT u ħruġ ta’ riċevuti fiskali relattivi kif inhu stabbilit fl-istess liġi? Jekk fl-affermattiv liema assocjazzjoni/għaqda kienet qed tirreferi r-rakkmandazzjoni u jekk fil-fatt saritx l-investigazzjoni rakkmandata? Jekk le, għal liema raġuni ma saritx u jekk saret x'kien l-eżitu tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17311 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — direct order

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mix-xahar ta' Marzu 2010 'l quddiem minn kull kunsill lokali? Min kienu l-kuntratturi li ngħataw dawn id-direct orders? Jista' jagħti l-ammont ta' kull direct order kunsill b'kunsill? X'kienet ir-raġuni għall-għotja ta' dawn id-direct orders? Ittieħdu passi mid-Dipartiment tal-Kunsilli f'dan ir-rigward?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali talab l-informazzjoni lill-Kunsilli Lokali u hekk kif din tasal, tiġi ppreżentata fil-parlament.