Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18777 u 18619 u jgħid kemm sar xogħol mis-sena 2000 sal-2010, sena b'sena mill-gvern ċentrali fil-promenades ta' Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk? Kemm kien jiswa dan ix-xogħol li sar separatament għal kull promenade?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Irid jingħad li dawn il-figuri ma jinkludux l-ammont ta madwar €2 miljun li ser jintefqu fuq il-proġett li għaddej bħalissa f’ Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18814 u 18318 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16671, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx miġbura l-informazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-informazzjoni dwar l-investiment barrani fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18661 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm fabbriki joperaw fiż-żoni industrjali f’Għawdex? Jista’ jgħid x’jipproduċu u kemm iħaddmu nies? Kemm minnhom jesportaw il-prodotti tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fiż-żoni industrijali Għawdxin li huma amministrati mill-Malta Industrial Parks (Xewkija u Ta’ Dbiegi) hemm 72 fabbrika. Dawn joperaw fil-manifattura ta’, prodotti ta l-ikel, għamara, plastic, artiġjanat, metalli, stampar, inġinerija u servizzi.
Il-Malta Enterprise hija infurmata li 6 minn dawn il-kumpanniji diġa jesportaw il-prodotti tagħhom. Ta’ min jinnota li il-klijenti ma għandhom ebda obbligu legali li jinformaw lil Korporazzjoni dwar l-esportazzjoni li jagħmlu.
Nitlob l-Onorevoli Interperllant biex jagħddi il-parti tal-mistoqsija dwar l-impjieg lil Ministru responsabbli mill-ETC.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18318 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16671, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx miġbura l-informazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-informazzjoni dwar l-investiment barrani fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18194 u 17910 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u ċioe: b'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17474, jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli li jiġbor l-istatistika u l-informazzjoni ġaladarba ma tinġabarx mid-Direttorat tal-Agrikoltura?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18194.
periklu fil-playing area tal-kindergarten taż-Żejtun
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15970, tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol fil-kindergarten taż-Żejtun sarx jew le? Jekk le, meta huwa maħsub li jsir ħalli jkun lest qabel tibda sena skolastika oħra u qabel iweġġa' xi ħadd?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-bitħa tal-iskola tal-Primarja taż-Żejtun A hemm bżonn isiru żewġ xogħlijiet jiġifieri bdil ta’ tapit u kisi ta’ kolonni.
It-Tender għat-Tapit ħareġ, ntrebaħ minn kuntrattur u l-Order of Works ingħatat. Issa li spiċċaw t-tfal bil-vaganzi dan ix-xogħol se jibda.
Dwar il-kisi ta’ kolonni, l-ħaddiema tad-Direttorat ikkunsidaraw diversi materjali. Dawn ġew anke tested. Issa ġie deċiż il-materjal li se jintuża u l-kolonni se jinksew kollha fis-sajf.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18098 u jgħid fl-ewwel ħames xhur tas-sena kemm intnefaq mill-Awtorità tat-Turizmu ta' Malta fuq reklamar ta’ Malta bħala post turistiku? Kif intnefqu u f’liema pajjiżi? Kemm fadlilha budget l-Awtorità għall-kumplament tas-sena għal reklamar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva. Għaldaqstant ma nħossx li għandha ssir pubblika.
L-Awtorità tat-Turiżmu tieħu ħsieb tqassam il-
budget
tagħha li bejn
Overseas Campaign
u
Marketing Support
ilaħħaq mad-€29 miljun biex tassigura li jkun hemm
coverage
fis-swieq kollha matul is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Pulizija u l-Gvern se jibdew il-proċess ħalli jiġġeddu l-karti tal-identità kollha u mhux nibqgħu bis-sitwazzjoni ta' eluf ta' karti tal-identità skaduti li qed jiġġeddu b'avviż legali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi l-karti tal-identità kollha huma validi għal kull effett tal-liġi. Min jixtieq ikollu karta ta' identità li turi skadenza fil-futur jista' jmur iġġedidha meta jrid.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18664 u jgħid kemm hawn garaxxijiet li għandhom il-liċenzja biex jagħmlu l-VRT? Kemm-il test sar matul din is-sena, xahar b’xahar, mill-1 ta’Jannar sal-15 ta’Ġunju 2010? Kemm kellhom jerġgħu jsiru għax il-vetturi m’għaddewx mit-test?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hawn 37 garaxx li huma liċenzjati biex jagħmlu l-VRT.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni l-oħra mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kull xahar mill-1 ta’ Jannar 2010 kemm kien hemm familji li nqatagħlhom id-dawl u l-ilma għax ma felħux iħallsu l-kontijiet? Minn liema lokalitajiet kienu? Fl-istess perjodu kemm reġgħu ngħataw id-dawl wara li jew ħallsu l-kontijiet jew sar ftehim biex iħallsu bin-nifs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Testijiet tal-VRT fuq karozzi tal-linja u privates
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18547 u 18104 u jgħid jekk il-karozzi tal-linja u privates humiex obbligati li jitilgħu għall-VRT? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena, kemm kienu n-numru ta’ dawk li m’għaddewx mit-test? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn spetturi ta’ Transport Malta minħabba dħaħen eċċessivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-karozzi tal-linja u l-coaches huma obbligati li jitilgħu għat-test tal-VRT skont kif provdut fit-Tmien Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.15 - Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli. Waħda turi n-numru ta' testijiet tal-VRT li saru fuq karozzi tal-linja u coaches minn Jannar tas-sena 2008 sas-7 ta' Ġunju 2010 li jindikaw kemm minnhom għaddew u kemm minnhom m'għaddewx mit-test tal-VRT. It-tieni tabella turi kemm kienu spezzjonati minn dawn it-tip ta' vetturi minn uffiċjali ta' Transport Malta minn Jannar 2008 sa Mejju 2009 u kienu ngħataw ċitazzjonijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18619 u jgħid kemm sar xogħol mis-sena 2000 sal-2010, sena b'sena mill-gvern ċentrali fil-promenades ta' Wied il-Għajn, Birżebbuġa u Marsaxlokk? Kemm kien jiswa dan ix-xogħol li sar separatament għal kull promenade?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kumpaniji li ma ħallsux kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18096 u jgħid kemm hemm kumpaniji li qed joperaw minn Malta u Għawdex li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl u ilma fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena? Kemm huwa l-ammont globali li għandu jitħallas? Sar xi ftehim u ma' kemm-il kumpanija sar, biex dawn iħallsu bin-nifs? Hemm kumpaniji li ilhom aktar minn sena mill-1 ta’ Ġunju 2009 li għadhom ma ħallsu l-ebda kont? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx kumpaniji li jingħataw xi forma ta’ għajnuna minħabba d-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm 3,142 kumpanija li qed joperaw minn Malta u Għawdex li ma ħallsux il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena.
L-ammont globali mill-kumpaniji kollha li għandu jitħallas huwa €53,731,901.
Sar ftehim ma’ 619 kumpanija biex iħallsu bin-nifs bejn 4 sa 6 xhur.
Hemm 2,828 kumpanija li ilhom aktar minn sena mill-1 ta’ Ġunju 2009 li għadhom ma ħallsu l-ebda kont.
It-22 kumpanija fis-settur tal-manifattura li l-aktar jikunsmaw dawl ngħataw konċessjoni fejn it-transizzjoni minn sistema ta’
‘surcharge’
għal tariffi attwali tinqaleb fuq medda ta’ xhur.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18095 u jgħid kull xahar mill-1 ta’ Jannar 2010 kemm kien hemm familji li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma felħux iħallsu l-kontijiet? Minn liema lokalitajiet kienu? Fl-istess perjodu kemm reġgħu ngħataw id-dawl wara li jew ħallsu l-kontijiet jew sar ftehim biex iħallsu bin-nifs?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18095.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18622 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk xogħlijiet li qed isiru bil-lejl fi Triq Wied il-Għajn bejn Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn fejn qed tiġi skavata xi mina taħt l-art humiex koperti bil-premessi meħtieġa sabiex ċertu xogħol anke ta' storbju jibqa' sejjer matul il-lejl? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jaħsibx li ċertu xogħol ta' storbju m'għandux isir matul il-lejl minħabba li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi? Jista' jara wkoll li terrapien li għandu x'jaqsam mal-istess proġett ma jdumx wisq ma jinġabar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-mina ta’ bejn Ħaż-Żabbar, Marsaskala u Rikasoli mhux qed jibqa sejjer bil-lejl meta jkunu qed jgħaddu minn taħt inħawi residenzjali. Dan ix-xogħol huwa kopert bil-permessi tal-MEPA u t-terrapien huwa storjat għal madwar jumejn biss.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15971, jista' l-Ministru jindika fejn jinsab ir-rapport mitlub?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pjan strateġiku tal-industrija jinsab fuq is-sit tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fuq l-indirizz elettroniku indikat hawn taħt:
http://www.doi.gov.mt/EN/archive/Budget2007/budgetindex.asp
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm fabbriki joperaw fiż-żoni industrjali f’Għawdex? Tista’ tgħid x’jipproduċu u kemm iħaddmu nies? Kemm minnhom jesportaw il-prodotti tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-Qasam Industrijali tax-Xewkija huwa amministrat mill-Malta Industrial Parks, nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18099, jista’ l-Ministru jgħid kontra kemm-il persuna taħt l-età ta’ 17-il sena ttieħdu l-passi kollha kif previst mil-liġi? X’kienu dawn il-każi u f’liema lokalitajiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kien hemm 25 persuna taħt is-17-il sena li l-Pulizija ħadet passi kontra tagħhom fuq il-konsum ta’ alcohol – 7 waqt li kienu fi ħwienet u 18 kienu fit-toroq. Infurmat ukoll illi dawn iż-żgħażagħ kienu f'Paceville, fil-Floriana, f'B’Bugia, fil-Ħamrun, u fis-Siggiewi.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kemm ġie rrapurtat serq minn fabbriki? Kemm-il każ ġie solvut? X’kienu l-aktar affarijiet li nsterqu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 9 serqiet minn fabbriki, ħames minn dawn is-serqiet kienu jikkonsistu f'serq ta’ għodda, waħda ta' fittings tad-dawl, waħda ta' materjal tal-bini, waħda credit cards u flus ta’ impjegat, u oħra ta' domestic appliances. Infurmat ukoll li minn dawn is-serqiet waħda ġiet solvuta filwaqt li l-oħrajn għadhom qed jiġu nvestigati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn garaxxijiet li għandhom il-liċenzja biex jagħmlu l-VRT? Kemm-il test sar matul din is-sena, xahar b’xahar, mill-1 ta’Jannar sal-15 ta’Ġunju 2010? Kemm kellhom jerġgħu jsiru għax il-vetturi m’għaddewx mit-test?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.