Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20701 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilmenti taċ-ċittadini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20483 u jgħid, bħala l-Ministru responsabbli mill-politika ambjentali kif ukoll mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fejn jistgħu jirrikorru ċittadini li jkunu jixtiequ jirrappurtaw xi tip ta' rapport marbut ma' kull tip ta' abbuż jew problema ambjentali? Fid-dawl ta' dan jista' jinvestiga ftit x'ġara fil-premises ta' kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, wara li fl-20 ta' Ottubru 2010 xi residenti semgħu splużjoni fil-premises tagħhom u minkejja li ppruvaw jirrappurtaw lil xi awtorijatjiet governattivi ma wasslu mkien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li meta jkun hemm xi każ ta’ abbuż ambjentali, ċittadini jistgħu jċemplu fuq 20699595 biex jirrapurtaw. Il-każ ta’ allegat splużjoni fuq Hompesch Steel qed jiġi investigat.

Fabbriki ġodda — xogħlijiet infrastrutturali - somma allokata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20488 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet is-somma allokata għal xogħlijiet infrastrutturali għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament? Kemm intnefqu fuq bini ta' fabbriki godda u dawk ezistenti sal-lum separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #20722 Sitting 269 2010-11-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — Housing Estate ta' Ganza - inkonvenjent tat-trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20482 u ċioe: Peress li bosta residenti Żwieten qed jilmentaw mill-fatt li kumpannija ewlenija fit-trasport f'pajjiżna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, u li qed toħloq inkonvenjent f'żona residenzjali 'l isfel mill-Housing Estate Ta' Ganza fiż-Żejtun stess, jista' l-Prim Ministru jgħid x'alternattivi hemm biex dan l-inkonvenjent ma jibqax? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-kuntrattur ġiex avviċinat biex jinstabu alternattivi minn fejn jista' jaħdem mingħajr ma jkun ta' inkonvenjent għal xi residenti? X'kienu dawn l-alternattivi jew soluzzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Impjanti tar-Riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-viċinanzi tal-Impjanti tar-Riċiklaġġ f'Wied il-Għajn hux qed isir moniteraġġ tal-kwalità tal-arja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qed isir moniteragġġ permezz ta’ bacteriological quality of the air analysis fil-viċinanzi tal-impjanti li hemm f’Sant’ Antnin.

Wied il-Għajn — Family Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'materjal qed jintefa' fiż-żona u l-post ta' fejn suppost se jsir il-Family Park f'Wied il-Għajn eżattament ħdejn l-Impjant tar-Riċiklaġġ? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol fuq l-istess Family Park?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-materjal li qed jintefa' fiż-żona u l-post ta' fejn suppost se jsir il-Family Park f'Wied il-Għajn huwa ħamrija mħallta b’ġebel li qed jitħammel bħala parti mill-proġett tal-Family Park stess. Dan il-proġett fih żewg fażijiet. L-ewwel fażi hija l-bini ta’ Visitors Centre u parti mill-storm water culvert system, liema parti tal-proġett diġà beda. It-Tieni parti tal-proġett hija r-rijabilitazzjoni taż-żona kollha tal-faċilita’ immexxija mill-Inspire sal-konfini tal-impjant tar-Riċiklaġġ. L-evalwazzjoni tat-tender għal dan ix-xogħol hi avvanzata u huwa mistenni li l-kuntratt jingħata sa’ l-aħħar ta’ din is-sena.

Mellieħa u Xewkija Għawdex — Micro Enterprises Parks

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-iżvilupp ta' żewġ Micro Enterprises Parks ġewwa l-Mellieħa u x-Xewkija Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 19904.

Upgrading f'Żoni Industrijali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie investit matul din is-sena minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2010 f'upgrading ta' Żoni Industrijali? Liema kienu dawn iż-żoni u x'xogħlijiet saru fihom u kemm kien iqum ix-xoghol li sar fihom f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru 2010 sar l-investiment muri fl-ewwel tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’upgrading f’żoni industrijali. Dawn il-figuri ma jinkludix investiment dirett fil-binjiet tal- fabbriki. Fl-aħħar ġimgħat ġew ukoll allokati 7 tenders għal xogħolijiet ta’ upgrading fiż-żoni msemmija fit-tieni tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bħalissa qed isiru preparamenti u konsultazzjonijiet dwar is-servizzi meħtieġa biex dawn ix-xogħolijiet jibdew mill-aktar fis possibbli.
Leg 11 PQ #20487 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema b'ġimgħa inqas tax-xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm fabbriki li poġġew lill-ħaddiema tagħhom fuq ġimgħa anqas ta’ xogħol? Liema huma dawn l-fabbriki/kumpaniji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent, hemm tliet kumpaniji awtorizzati mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg biex xi impjegati tagħhom jaħdmu sigħat anqas ta’ xogħol fil-ġimgħa.Dawn huma Panta Contracting Ltd, Panta Retail Ltd, u Technical Industrial Products Ltd.

Fabbriki ġodda — xogħlijiet infrastrutturali - somma allokata

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kienet is-somma allokata għal xogħlijiet infrastrutturali għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament? Kemm intnefqu fuq bini ta' fabbriki godda u dawk ezistenti sallum separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Skema tal-Malta Enterprise tal-International Competitivness to Establish New Markets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-iskema tal-Malta Enterprise tal-International Competitiveness to Establish New Markets matul din is-sena li ninsabu fiha minn Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Omorevoli Interpellant li sa llum il-Malta Enterprise irċiviet 3 claims taħt din l-iskema li għadhom qed jiġu proċessati.

Malta Enterprise — grants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ammont ta' grants li tat lil-Malta Enterprise għar-riċerka u l-iżvilupp bejn Jannar u Settembru 2010? Min ibbenefika minn dawn il-grants u kemm ħadu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ grants li tat il-Malta Enterprise matul din is-sena għar-riċerka u l-iżvilupp ammonta għall- €147,301.3. L-assistenza ingħatat lil żewġ kumpaniji. Iżda ismijiet u dettalji ma jistawx jingħataw peress li huma ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Bio Technology Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq Bio Technology Park?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara sejħa pubblika għall-offerti, ġew magħżula il-Project Managers u l-periti għall-proġett. Filwaqt li qegħdin jitħejjew il-pjanti dettaljati tal-proġett, tlestew l-istudji kollha mitluba mill-MEPA biex jinħarġu l-permessi għall-iżvilupp li għalihom saru applikazzjonijiet mal-MEPA. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni mistennija jibdew is-sena d-dieħla.

Kordin Business Incubation Centre — investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-prezent kemm hemm kumpaniji ġewwa Kordin Business Incubation Centre? Kemm kien jammonta l-investiment li sar s'issa bejn Jannar u Settembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li fil-preżent hemm 17-il kumpanija ġewwa Kordin Business Incubation Centre kif ukoll 4 Anchor Tenants . L-informazzjoni dwar kemm isir investiment matul is-sena tiġi irrappurtata fl- accounts annwali ta’ kull kumpanija; liema accounts jiġu ppubblikati f’għeluq is-sena fiskali (Diċembru 2010) u għaldaqstant l-informazzjoni għadha mhix aċċesibbli.
Leg 11 PQ #20481 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — bus depots

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandiex policy dwar bus depots? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk din il-policy ma teżistix jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm tali policy?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20482 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — Housing Estate ta' Ganza - inkonvenjent tat-trasport

Question

Peress li bosta residenti Żwieten qed jilmentaw mill-fatt li kumpannija ewlenija fit-trasport f'pajjiżna qed toħloq inkonvenjent f'żona residenzjali 'l isfel mill-Housing Estate Ta' Ganza fiż-Żejtun stess, jista' l-Prim Ministru jgħid x'alternattivi hemm biex dan l-inkonvenjent ma jibqax? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-kuntrattur ġiex avviċinat biex jinstabu alternattivi minn fejn jista' jaħdem mingħajr ma jkun ta' inkonvenjent għal xi residenti? X'kienu dawn l-alternattivi jew soluzzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista twieġeb aħjar din il-mistoqsija
Leg 11 PQ #20483 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ilmenti taċ-ċittadini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, bħala l-Ministru responsabbli mill-politika ambjentali kif ukoll mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fejn jistgħu jirrikorru ċittadini li jkunu jixtiequ jirrappurtaw xi tip ta' rapport marbut ma' kull tip ta' abbuż jew problema ambjentali? Fid-dawl ta' dan jista' jinvestiga ftit x'ġara fil-premises ta' kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, wara li fl-20 ta' Ottubru 2010 xi residenti semgħu splużjoni fil-premises tagħhom u minkejja li ppruvaw jirrappurtaw lil xi awtorijatjiet governattivi ma wasslu mkien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għajnuna lill-industriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2010 s'issa kemm kien hemm talbiet għal għajnuna mill-industriji? X’raġunijiet ingħataw u kemm kienet din l-għajnuna? Minn liema budget ġiet imħallsa tali għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2010 il-Malta Enterprise tat assistenza finanzjarja lil 224 kumpanija. L-assistenza ngħatat taħt id-diversi skemi amministrati mill-Malta Enterprise li jgħinu fil-waqfien u l-iżvilupp ta’ l-intrapriża u ammontat għal total ta’ €2,355,847.93. Il-ħlas sar mill-fondi allokati lill-Malta Enterprise, kif ukoll mil-fondi tal-ERDF.

Industrija — żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma - effetti negattivi

Question

Wara li tħabbru ż-żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma anke għall-industrija, jista' l-Ministru jgħid jekk kellux ilmenti uffiċjali jew informali mingħand xi fabbriki partikolari u/jew xi korp kostitwiti dwar il-fatt li dawn se jkollhom effett negattiv fuq l-operat tagħhom? Kien hemm xi industrija li wriet li se tnaqqas xi impjegati minħabba dawn il-miżuri?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise laqgħet żewġ ilmenti uffiċjali u numru ta’ ilmenti b’mod informali dwar żidiet fit-tariffi tad-dawl u ilma. Dawn ġew mill-industrija tal-manifattura. Ħadd mill-kumpaniji konċernati ma wera li se jsir xi tnaqqis ta’ impjegati b’riżultat ta’ l-effetti negattivi ta’ dawn iż-żidiet.

Ħaddiema fil-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru attwali ta' ħaddiema u x-xogħol li qed jagħmlu fi ħdan il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks? Jista' jagħti l-istess informazzjoni ta' kif kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar tas-sena 2009? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li n-numru ta' impjegati mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiżdied għas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ impjegati mal-Malta Enterprise u mal-Malta Industrial Parks flimkien mal-livell tax-xogħol tagħhom huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif kien imħabbar fil-Budget tas-sena l-oħra, l-allokazzjoni finanzjarja tal-Malta Enterprise ġiet miżjuda biex tagħmel tajjeb għat-tkabbir li jrid isir sabiex il-Korporazzjoni tkun tista’ tlaħħaq mal-għanijiet tagħha; liema għanijiet ġew imwessgħin ħafna matul is-sentejn li għaddew. Fil-fatt, matul din is-sena inbeda proċess ta’ reklutaġġ pubbliku, liema proċess għadu għaddej u ser ikompli għaddej matul l-2011.
Leg 11 PQ #20108 Sitting 263 2010-10-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cruise liners — turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mill-istatistika li teżisti, kemm fost dawk it-turisti li jaslu Malta bil-cruise liners tassew jinżlu Malta u ma jibqgħux fuq il-vapur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 19746 u 19913.