Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata Triq De Rohan ġewwa Marsaskala?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità matul is-snin li ġejjin. Sadattant il-manutenzjoni tat-toroq residenzjali jaqgħu taħt ir-reponsabbiltà tal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi proġett fi Triq Tal-Barrani li tmiss ma’ diversi bliet u rħula fin-naħa t’isfel ta’ Malta? Jista' jgħid ukoll jekk il-barriers tal-konkos hux se jibqgħu f’din it-triq għal żmien indefinit jew sakemm isir dan l-eventwali proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta, sabiex ittejjeb l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ Triq tal-Barrani, qed tipprepara biex tibda l-proġett relatat ma’ din it-triq fit-tieni parti tas-sena, hekk kif ikun lest il-proġett tal KTAIP. Il-barrikati tal-konkos li kienu tpoġġew fil-‘junctions’ tal ‘lights’ kienu minn dejjem maħsuba bħala intervent temporanju.
Kunsill Lokali taż-Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2722, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-laqgħa mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun dwar Triq il-President Anton Buttigieg fl-istess lokalità saritx jew le? Jekk fl-affermattiv, x’kien l-eżitu ta’ din il-laqgħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport għamlet xi tibdiliet li ġew proposti u diskussi biex titjieb is-sigurtà tat-triq hawn fuq imsemmija. Kif dawn il-proposti jiġu approvati se jiġu implimentati.
Kumpaniji għat-trasport għall-pubbliku u għal trasport ta’ merkanzija — sussidju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u lil min il-Gvern qed jagħti sussidju, kemm kumpaniji tat-trasport għall-pubbliku, kif ukoll tal-merkanzija u dan għal kull mezz ta’ trasport bl-ajru, l-art jew il-baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett: Laqgħat Annwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett li matul dawn l-aħħar tliet snin organizzaw regolarment il-Laqgħa Annwali tagħhom sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jwasslu l-ħsibijiet tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lokalitajiet kollha tat-tielet distrett elettorali, u ċjoè ż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsaskala u Marsaxlokk, kollha kemm huma kellhom il-Laqgħa Annwali matul is-sena 2020, 2021 u 2022, darbtejn fis-sena.
Intant infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi illi matul il-perjodu tal-pandemija tali laqgħat kienu jsiru b’mod virtwali.
Marsaskala — Triq il-Qaliet - Traffic calming measures u tabelli dwar speed limits
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ traffic calming measures u tabelli fejn ikun hemm indikat il-veloċità tal-karozzi fi Triq il-Qaliet, Marsaskala, minħabba n-numru ta’ inċidenti li jsiru f’din it-triq? Jekk le, min hu responsabbli li dan ix-xogħol isir kemm jista’ jkun malajr?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsijiet Parlamentari 3578 u 3579.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li daħlu l-isptar minħabba problemi tal-obeżità mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u kemm kien hemm persuni li mietu kawża tal-obeżità f’dan il-perjodu msemmi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mis-sena 2020 sa Ottubru 2022 iddaħħlu 51 persuna, fejn d-dijanjosi prinċipali kienet l-obeżità. Matul is-sena 2020 (l-aħħar sena dwar il-mortalità disponibbli bħalissa) kien hemm 11-il mewt irrappurtati li kienu minħabba l-obeżità.
Viżti mit-tobba tal-familja lill-pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm viżti minn tobba tal-familja mħarrġa għand pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali fid-dar tagħhom is-sena l-oħra u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt dawn is-servizzi meta pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali jkollhom bżonn viżti ġewwa d-djar tagħhom, dawn il-viżti ma jsirux minn tobba tal-familja, imma minn speċjalisti psikjatriċi. Is-sena l-oħra saru 216-il vista.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ġew bullied mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u jekk dawn l-abbużi ġewx ikkontrollati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ li ġie riferut lid-Direttorati konċerati ġew mogħtija l-attenzjoni neċessarja permezz ta’ interventi skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir it-triq li tiġi f’Misraħ Ta’ Pizzuta fiż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Misraħ Ta’ Pizzuta fiż-Żejtun qiegħed fil-pjan ta’ xogħlijiet li proposti għal perjodu ta’ bejn 2023 u 2025. Madanakollu d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom ma ġewx konklużi u għalhekk il-prijorità tal-proġetti għadha qed tiġi diskussa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati Parental Skills Programmes f’Marsaskala mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u jekk hux se jiġu organizzati fil-futur qarib f’din il-lokalità kbira?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Marsaskala – Triq il-Qaliet — sinjali tat-Traffiku
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1878, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm sinjali/tabelli dwar il-limitu ta’ veloċità tat-trasport fi Triq il-Qaliet, Marsaskala?
Marsaskala – Triq il-Qaliet — traffic calming measures
Question
Jista’ l-Ministru jara jekk l-esperti relevanti jaqblux li jsiru traffic calming measures fi Triq il-Qaliet, Marsaskala biex jiġi evitat li jkun hemm sewqan bi speed esaġerat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Nru 3578.
Tqassim ta' tagħmir domestiku — persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji foqra li bbenefikaw minn tqassim ta’ tagħmir domestiku mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’liema lokalità kienu joqogħdu dawn il-persuni/familji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm pendenti għal kull maġistrat separatament? Jista’ jgħid ukoll kull maġistrat kemm ta sentenzi s-sena li għaddiet, jiġifieri fis-sena 2021 separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’ Awwissu 2022.
Jista’ l-Ministru jghid kemm-il kawża hemm pendenti għal kull imħallef separatament? Jista’ jgħid ukoll kull imħallef kemm ta sentenzi s-sena li għaddiet, jiġifieri fis-sena 2021 separatament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’ Awwissu 2022.
Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali privati li għandhom sistema fejn ir-residenti tagħhom ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti jew suġġerimenti tagħhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li kull dar residenzjali privata għandha sistema fejn ir-residenti tagħhom ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti jew suġġerimenti. Is-Social Care Standards Authority tagħmel spezzjonijiet regolari. Madankollu, ir-residenti u/jew il-qraba dejjem jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ din l-Awtorità fuq in-numru 25494345 jew permezz b’imejl feedback.scsa@gov.mt jekk l-ilment ma jissolviex fi żmien raġjonevoli.
Kaptana minn pajjiżi terzi – imbarkar biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2713 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u jgħid xi kwalifiċi għandhom il-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jbaħħru f’ibħra internazzjonali? Kemm ingħataw permessi mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar? Mil-liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2714.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2711 u jgħid minn min huwa kompost il-Bord tas-Sajd u jagħti d-dettalji relattivi għal kull membru li ġie maħtur?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tas-sajd huwa kompost minn dawn il-membri:
Mr Jesmark Scicluna
Mr Jean Paul Cesare
Ms Maria Bugeja
Mr Gilbert Balzan
Mr Joseph Carabott D'Amato
Mr Ernest Galea
Mr Alex Camilleri
Mr Giuseppe Demicoli
Mr Paul Piscopo
Mr Alexander Morino
Mr Antoine Abela
Mr Timothy Mangion
Mr Darrin Stevens
Col. James Grech