Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 53
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 53 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara d-domanda tiegħu, peress li ma jirriżultax li rakkomandazzjoni numru 53 teżisti fid-dokument imsemmi.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 54
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 54 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara d-domanda tiegħu, peress li jirriżulta li rakkomandazzjoni numru 54 ma teżistix fid-dokument imsemmi.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 1
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20856 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 1 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20856.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 6
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20862 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 6 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni, xogħol u familja.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 7
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20863 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 7 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 11
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20868 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 11 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni, xogħol u familja.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 10
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 10 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni, xogħol u familja.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 9
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20866 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 9 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20866.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni 14
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20872 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 14 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li dwar rakkomandazzjoni nru. 14 il-Gvern waqqaf il- Green Economy Steering Group f’Settembru li għadda, u li sa issa diġa iltaqa’ darbtejn. F’dan il-grupp, li hu kompost minn esperti fl-oqsma ta’ l-arkitettura, inġinerija, turiżmu u xjenza, qed jiġu imfasslin terms of reference, sett ta’ linji gwida, u strateġija ta’ fejn irid jasal il-Gvern f’dan ir-rigward. Hu maħsub li sa nofs is-sena id-dieħla, l-istess grupp, ikun f’pożizzjoni li jippreżenta b’mod uffiċjali ir-rakkomanadazzjoniet tiegħu lill-Gvern.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 43
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20979 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 43 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20979.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 44
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20980 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 44 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Unit għar-Regolamentazzjoni Aħjar li jinsab fil-Management Efficiency Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa responsabbli għall-Aġenda dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar għal Malta.
Dan il-
Unit
wettaq numru ta’ inizjattivi, u fost dawn insibu:
· L-izvilupp u l-kordinament ta’ l-implimentazzjoni għal pjan ta’ Azzjoni dwar simplifikazzjoni;
· Il-konkluzjoni ta’ proġett ta’ Ġemaleġġ dwar regolamentazzjoni aħjar dwar e¿ercizzju ta’
capacity building
fl-amministrazzjoni pubblika. Peress li l-proċess ta’ Regolamentazzjoni aħjar mhuwiex biss għodda sabiex tittejjeb is-sistema i¿da jinvolvi ukoll bdil fil-mentalita’, dan il-proġett kien immirat sabiex iqajjem kuxxjenza fi ħdan is-settur pubbliku speċjalment ma’ dawk li huma responsabbli mit-tfassil ta’
policies
jew regolamentazzjoni; u
· l-approvazzjoni mill-Kabinet għal pjan direzzjonali dwar Regolamentazzjoni Aħjar għas-snin (2008-2010) sabiex jagħti s-sostenn tiegħu u jintlaħqu l-miri sas-sena 2012 li jinvolvu tnaqqis ta’ 12% ta’ pi¿ijiet amministrattivi kif hemm speċifikat fil-Programm Nazzjonali għar-Riforma.
Il-
Unit
dwar ir-Regolamentazzjoni Aħjar huwa responsabbli sabiex jassisti lis-Segretarju Parlmentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubbliku sabiex iwettaq e¿erċizzju estensiv mal-intraprendituri u jidentifika opportunitajiet għar-riforma fil-qasam regolatorju u b’hekk inaqqas mill-pi¿ijiet amministrattivi li ġejjin mis-settur pubbliku u li huma meqjusa bħala prijorita’ għal Malta.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 45
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20981 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 45 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif imħabbar fil-baġit tas-sena li għaddiet, twaqqaf Kulleġġ ta’ Regolaturi biex jindirizza din ir-rakkomandazzjoni, fost l-oħrajn. Nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għad-dokument li jidher fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, fejn il-link hija kif ġej:
http://www.finance.gov.mt/image.aspx?site=MFIN&ref=Small Business Act
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 46
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20982 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 46 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi li r-regolamentazzjoni mid-diversi awtoritajiet u entitajiet għandha impatt fuq l-ambjent li fih joperaw in-negozji. Għalhekk, dawn ir-regolaturi jeħtieġ li jaslu fejn iridu jaslu bl-inqas piż fuq dan is-settur, b’leġislazzjoni ċara u li tinftiehem, u billi dawk li jintlaqtu minnha jiġu megħjuna biex jimxu mal-liġijiet relevanti. Dan l-aspett tal-ambjent regolatorju ser ikun indirizzat minn proviżjonijiet mfassla fl-abbozz ta’ l-iSmall Business Act li se tindirizza proċessi fejn il-liġijiet imissu direttament man-negozji. Din ser iddaħħal il-ħtieġa li, flimkien mal-liġijiet jew Avviżi Legali, tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern spjegazzjoni tal-liġi b’termini li jifhimhom kulħadd, kif ukoll “User Guidelines” li jgħinu lil min jintlaqat mill-liġi.
Miżura oħra fl-i
Small Business Act
ser tkun intiża biex iddaħħal il-ħtieġa ta’ perjodu ta’ xahrejn minn meta tiġi ppublikata liġi għal meta tiġi fis-seħħ. Dan ser isir biex dawk li jkunu ser jintlaqtu minn xi proviżjonijiet tal-liġi jkollhom żmien biex jippjanaw u jagħmlu t-tibdil meħtieġ fl-operat tagħhom li jkun hemm bżonn.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 47
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20983 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 47 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kulleġġ tar-Regulaturi se jindirizza d-diffikultajiet li jista’ jkun hemm bejn in-negozji u r-regolaturi jew awtoritajiet oħra. Dan il-Kulleġġ se jaħdem biex itejjeb il-koordinazzjoni bejn l-entitajiet, filwaqt li jassigura konsistenza fil-livell ta’ servizz li dawn jagħtu.
Hemm il-ħsieb li jsiru wkoll laqgħat konġunti bejn il-Kulleġġ tar-Regolaturi u l-Kunsill Konsultattiv ta’ l-Intrapriża sabiex tissaħħaħ l-interazzjoni bejn ir-Regolaturi u r-Rappreżentanti tan-Negozji fl-aħjar interess tar-regolamentazzjoni imtejba.
Sptar Mater Dei — survey fuq kwalità tal-ikel tal-canteen
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-survey li sar fost l-impjegati tal-Isptar Mater Dei dwar il-kwalità tal-ikel fil-canteen tal-istaff tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 37
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20973 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 37 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mit-Trasport.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni nru 40
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20976 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 40 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ din ir-rakkomandazzjoni, il-gvern qiegħed jiffoka fuq is-setturi tal-industrija, kemm dawk vertikali kif ukoll dawk orizzontali; apparti li jiġi attirat l-investiment u tingħata assistenza lil negozji lokali, il-Gvern qed jaħdem biex jiġu krejati ċentri ta’ eċċellenza f’setturi identifikati. Dan l-għan jintlaħaq bl-għajnuna tal-industrija stess kif ukoll tal-Korpi Kostitwiti.
Uħud minn dawn is-setturi huma l-ICT, l-avjazzjoni, is-saħħa, u aktar reċenti is-settur tad-
digital gaming
. Il-Malta Enterprise tikkordina u tikkolabora kostantentement ma istituzzjonijiet bħal Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, l-Universita, l-MCAST, l-ETC u
stakeholders
privati.
L-għan ta’ din il-kollaborazzjoni huwa li tiġi krejata assistenza dinamika għall-industrija. Is-servizzi offruti jinkludu id-disponibilita’ f’waqtha ta’ persuni kwalifikati, persuni bl-abilitajiet neċessarji rikjesti mill-industrija,
streamlining
tar-regolamenti tan-negozju, inċentivi, tisħiħ tal-infrastrutturi relevanti, disponibilta’ ta’ art u fabbriki u koordinazzjoni ma
service providers
privati (bħal ippakkjar, loġistika u transport, assikurazzjoni eċċ.).
Permezz ta’ dan il-moviment dinamiku, Malta irnexxielha issostni l-industrija tal-manifattura u tibdel xi attivitajiet ta’ valur miżjud baxx b’attivitajiet ta’ valur miżjud għoli, speċjalment fis-settur tas-servizzi.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 38
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20974 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 38 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mir-Riċerka u Żvilupp.
Strateġija għall-industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni nru 41
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20977 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 41 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett Life Sciences Centre fi ħdan il-Malta Enterprise huwa l-inizjattiva li l-Korporazzjoni ħadet bħala miżura għal din ir-rakkmandazzjoni.
Il-
Malta Enterprise
għandha ukoll 3 skemi li jinkoraġġixxu il-kunċett Clusters
.
Dawn huma:
Business Networks
Development Networks
Innovative Clusters and Collaborations
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 39
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20975 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 39 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-proċess għaddej kontinwament kif diġà rrapurtajna f’PQs 17625, 17786, 17811, 19907, 19903, 20494, u 20841.