Legislature:
Category:
Reset
Active:

Riforma tat-trasport pubbliku — persuni li huma neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li la hu bħala Ministru responsabbli mit-trasport pubbliku u mir-riforma li hu ppjanat li ssir u lanqas Trasport Malta bħala l-Awtorità responsabbli f'isem il-gvern, ma wieġbu għas-sejħa ta' laqgħa meta persuni li huma neqsin mid-dawl permezz tal-għaqdiet tagħhom talbu appuntament dwar din l-istess riforma?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 23854.

voucher — benefiċċju tal-enerġija

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li benefiċċji tal-enerġija fil-forma ta' voucher mhux qed jinħarġu? X'inhi r-raġuni għal dan? Kemm ilhom ma jinħarġu u jintbagħtu lil min huwa intitolat għal dan il-benefiċċju? Meta ħarġu l-aħħar u liema perjodu kienu jkopru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa din il-ġimgħa inħarġu l-vawċers kollha għall-kontijiet li ħarġu sat-12 ta’ Frar. Id-Dipartiment għadu kemm irċieva l-kontijiet li ħarġu fid-19 ta’ Frar u l-vawċers għal dawn il-kontijiet, fejn applikabbli, għandhom jintbagħtu lil benefiċċjari sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa. Il-proċess tal-ħruġ tal-vawċers ittardja għal xi ħmistax għaliex kien hemm ħtieġa ta’ tibdil fis-sistema tas- software li tipproċessa l-benefiċċju ta’ l-enerġija. Hekk kif ix-xogħol tlesta id-dipartiment ipproċessa t-talbiet kollha li kien hemm pendenti f’dan il-perjodu.

PBS — Programm Kontra Attak

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm qed iħallas flus għal kull programm il-produttur tal-programm Kontra Attak lill-Public Broadcasting Services minħabba li din il-kumpanija privata qed tuża apparat, ħin u filmati tal-Public Broadcasting stess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-arranġament li jeżisti bejn il-Public Broadcasting Services u l- producers tal-programm Kontra Attakk huwa joint venture . Għal dan il-programm jintuża spazju u apparat provdut kemm mill- producers ta’ Kontra Attakk u mill-PBS.

Pensjoni tas-servizz Ingliż

Question

Tista' l-Ministru tgħid wara dak li ħareġ mill-Unjoni Ewropea dwar il-pensjoni tas-servizzi Ingliżi, x'se jagħmel il-Gvern Malti wara d-deċiżjoni meħuda sabiex jagħti lura l-pensjoni sħiħa lil dawk konċernati? Din id-deċiżjoni tapplika biss għal dawk li għadhom ħajjin jew inkella anke l-werrieta ta' dawn l-ex ħaddiema tas-servizzi Inglizi se jkunu intitolati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni Ewropea ma ħarġitx deċizjoni dwar il-pensjoni tas-servizzi Inglizi. S’issa l-Kummissjoni Ewropea bagħtet Notifika Informali lil Gvern Malti dwar il-mod ta’ kif dawn il-pensjonijiet ikunu ikkonsidrati fil-kalkolu tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali Maltija. Il-Gvern Malti ingħata żmien biex ikun jista’ jinforma lil Kummissjoni Ewropea dwar il-każ. Wara li l-Gvern Malti jibgħat l-informazzjoni mitluba, l-Kummissjoni tikkonsidra u tistħarreġ is-sitwazzjoni fil-kuntest tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà soċjali u tiddeċiedi dwar is-sitwazzjoni.

bejjiegħa tal-ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23196 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilek u jgħid kemm hemm permessi għall-bejjiegħa tal-ħaxix? Jikkonferma li dawn jinqasmu f'dawn il-kategoriji, hawker, open market u green grocer? Jekk fl-affertmattiv, jista' jgħid kemm hemm f'kull każ? Jekk din mhux il-klassifikazzjoni tagħhom, jista' jgħid kif jiġu maqsuma dawn il-permessi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi liċenzji reġistrati mat-Trading Licencing Unit mill-2002 sal-lum fil-kategoriji imsemmija huma kif ġej: Green Grocers 350 Street Hawkers 170 Market Hawkers 80 Jeżistu ukoll 773 liċenzja magħrufa bħala old Trading Licences li kienu oriġinament maħruġa mill-pulizija. Dawn inħarġu taħt it-titlu Grocers and Green Grocers. Ma teżistix data separata għal hawkers li nħarġu fi żmien il-pulizija.

bejjiegħa tal-ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm permessi għall-bejjiegħa tal-ħaxix? Jikkonferma li dawn jinqasmu f'dawn il-kategoriji, hawker, open market u green grocer? Jekk fl-affertmattiv, jista' jgħid kemm hemm f'kull każ? Jekk din mhux il-klassifikazzjoni tagħhom, jista' jgħid kif jiġu maqsuma dawn il-permessi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li din hija responsabiltà tad-Diviżjoni tal-Kummerċ nissuġerixxi l-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #23079 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bulebel — fdalijiet arkeoloġiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar f'dawn l-aħħar xhur fis-sit li fuqu ġewwa Bulebel limiti taż-Żejtun kien qed jinbena sptar privat u li waqt ix-xogħlijiet instabu fdalijiet arkeoloġiċi? Jista' jgħid x'instab u x'sar sabiex din is-sejba tiġi studjata u riċerkata u possibilment skavata u finalment protetta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fl-2009 waqt xogħol ta’ sorveljanza fuq żvillup f’ post ġewwa Bulebel, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali identifikat 13 il-qabar Puniku Ruman. Dan is-sit arkeoloġiku importanti huwa protett skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali. Bi qbil mal-MEPA dan is-sit huwa propost li jiġi protett b' skala għolja ta' skedar b' grad B. F' diskussjonijiet li saru bejn l-iżvulupatur, il-MEPA u s-Sovrintendenza ġie deċiss li l-pożizzjoni tal-iżvilupp propost għandhu jiċċaqlaq biex ma' sierx ħsara lill-fdallijiet arkeoloġiċi. L-iżviluppatur propona post ġdid ġewwa Bulebel fejn jista jiġi mċaqlaq dan l-iżvilupp. Fix-xhur li ġejjin għandhu jibda xoġħol ta’ investigazzjonijiet taħt id-direzzjoni tas-Sovritendenza, biex jiġi stabilit b’ mod konklusiv jekk il-post il-ġdid huwiex adattat mill-aspett tal-patrimonju kulturali.
Leg 11 PQ #23092 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — servizzi/programmi għall-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fis-snin 2008, 2009 u 2010, sena b'sena, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fuq servizzi/programmi biex jiġu riabilitati l-priġunieri? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-programmi? Kemm kien hemm priġunieri li attendew b’suċċess dawn il-programmi tant importanti għalihom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin toffri diversi programmi li jikkonsistu f'Edukazzjoni akkademika u vokazzjonali u Programmi ta' riabilitazzjoni mill-użu tas-droga. Infurmat ukoll illi l-flus li ntnefqu biex jitwettqu dawn il-programmi fis-snin imsemmija kien kif ġej:- Edukazzjoni li jinkludu l-Ħabs u s-SATU:- 2008 €42,000 2009 €42,000 2010 €42,000 Programmi Ta' Droga:- Caritas u Sedqa 2008 €260,000 2009 €290,000 2010 €325,000 SATU bejn 2008 u 2010 l-ispiża kienet ta' madwar €328,500 fis-sena. Infurmat ukoll li peress li dawn il-programmi huma fuq bażi volontarja, attendenza tvarja kontinwament bi priġunieri li jibdew, ma jkomplux u jidħlu u joħorġu għal korsijiet varji.
Leg 11 PQ #23093 Sitting 307 2011-01-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet? F'kemm minn dawn il-każijiet il-ġudikatura ħarġet sentenzi ta’ ħabs, Ordni ta’ Trażżin, Ordni ta’ Trattament u/jew Ordni ta’ Restrizzjoni? Jekk kien hemm xi aggressuri li weħlu l-ħabs, kemm kien iż-żmien li huma weħlu l-ħabs fuq dawn ir-reati gravi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti tal-Familja (sede Kriminali) tressqu 682 każ fuq akkużi ta’ vjolenza domestika matul is-sena 2010. Infurmat ukoll illi matul l-istess sena ġew mogħtija tmien (8) ordnijiet ta’ protezzjoni skont l-art 412C tal-Kap 9, tliet (3) ordnijiet ta’ trattament skont l-artikolu 412D tal-Kap 9 u sentenza waħda fejn l-aggressur weħel sitt xhur priġunerija. Mhux qed jiġi eskluz li setgħu tressqu persuni oħra quddiem il-Qrati f’kawżi tad-distrett u/jew kumpilazzjoni bħala kawżi normali

skema tal-Microinvest — informazzjoni fuq spejjeż minfuqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus fuq il-launching u l-promozzjoni tal-iskema tal-Microinvest? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew inkella ġietx mogħtija b'direct order? F'każ li ngħatat b'direct order x'inhi r-raġuni għal dan? F'każ li kien hemm sejħa kemm kienu dawk li tefgħu t-tender? Min ingħata l-kuntratt u kemm kienu t-tenders l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-promozzjoni tal-launch tal-iskema Microinvest intefqu l-ispejjeż li qed jihdru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pitkalija — prodotti ta' kwalità u ġenwini

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb li l-prodotti li qed jidħlu ġewwa l-Pitkalija, speċjalment dawk li qed jinġiebu minn barra minn Malta, huma prodotti ta' kwalità u ġenwini? X'qed isir biex jiġi assigurat dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prodotti li jinġiebu minn barra mhux suppost jiddaħlu fil-pitkalija. Huwa fl-interess tal-bidwi li jwassal prodott lokali fil-pitkalija tajjeb u ġenwin u dan biex ilaħħaq prezz tajjeb. Uffiċjali mill-Malta Standards Authority regolarment jagħmlu spezzjonijiet għal finijiet ta’ kontroll fuq pestiċidi.

Maltacom — Ex ħaddiema - ħlas ta' overtime

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23036 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-ex ħaddiema tal-Maltacom se jieħu l-ħlas tal-units dovuti lilhom mill-Maltacom Employees' Foundation?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dak li qed jintalab fil-mistoqsija parlamentari ma jaqgħax taħt il-kompitenza tal-Gvern.

Sptar Mater Dei — survey fuq kwalità tal-ikel tal-canteen

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21423 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-survey li sar fost l-impjegati tal-Isptar Mater Dei dwar il-kwalità tal-ikel fil-canteen tal-istaff tal-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Prezz tal-fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-fuel li qed jiġi kkunsmat fil-preżent meta nxtara u b'liema prezz ġie mixtri? Jista' jagħti ukoll spjega ta' kif ġie defenit il-prezz li jinbiegħ u x'inhuma l-komponenti li huma nklużi fil-prezz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Żurrieq — Triq il-Warda - motor cycle spaces

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21059, jista' l-Ministru, permezz tal-awtorità kkonċernata, jikkunsidra li l-ispazju li suppost huwa allokat għall-muturi, liema spazju huwa ta' 3.8 metri, jitħallew jipparkjaw fih karozzi żgħar anke minħabba l-fatt li m'hemmx muturi li jipparkjaw fit-Triq il-Warda, Żurrieq

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali ta’ Transport Malta, irriżulta li l-ispazju msemmi jintuża għall-ipparkjar ta’ muturi u allura ma tinħassx il-ħtieġa li jinbidel l-użu tagħha.

Żejtun — Skola sekondarja tal-bniet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ġie deċiż dwar l-iskola sekondarja tal-bniet li tinsab fiż-Żejtun? X'konsultazzjoni saret ma' dawk kollha konċernati fosthom il-ġenituri? X'sens jagħmel li l-istudenti Żwieten ma jibqgħux jattendu l-iskola li tinsab fiż-Żejtun stess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola sekondarja tal-bniet taż-Żejtun se tibqa’ taqdi l-funzjoni ta’ skola Sekondarja tal-bniet tal-Kulleġġ San Tumas Moore. Il-konsultazzjoni ssir sa fejn hu possibli imma ċertu deċiżjonijiet iridu jittieħdu finalment fl-aħjar interess tal-istudenti. Hemm bosta raġunijiet għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni, fosthom id-demografija u l-loġistika tal-popolazzjoni tal-istudenti tal-Kulleġġ.

Fgura — Skola primarja tas-subien

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema skola sekondarja se jattendu l-istudenti subien tal-iskola primarja tal-Fgura fis-sena skolastika li jmiss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti subien tas-sitt sena tal-iskola primarja tal-Fgura se jattendu l-iskola sekondarja tas-Subien Ħamrun tal-Kulleġġ San Tumas More.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 28

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 28 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li dwar ir-rakkmandazzjoni numru 28 tal-istrategija għall-industrija ta Malta 2007-2010, il-gvern, wara li waqqaf l-Malta Venture Capital plc. B’fond ta’ €2,096,436, u pprova diversi tentattivi sabiex isib il-fund manager adattat, iċ-ċirkostanzi finanzjarji globali li ma kienu xejn favorevoli tul dawn l-aħħar sentejn, m’għenux sabiex jitqanqal l-interess mixtieq, u għalhekk bħalissa se jkun qed jinbeda il-proċess għal-likwidazzjoni, mix-shareholder.