Wara li saru numru ta' mistoqsijiet parlamentari li s'issa ma wasslu għal imkien, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir il-parti ta' Triq il-Merħba, Fgura li tinsab fi stat diżastruz għall-aħħar u dan b'detrimenti għall-proprjetà privata u aktar minn hekk qed tħalli impatt negattiv fuq is-saħħa tar-residenti, l-aktar it-tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant u hekk kif dak l-eżeċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid issa li l-kumpanija Arriva se tingħata bus depot x'inhi r-raġuni li ma jsirx l-istess ma' kumpaniji oħra li ilhom snin japplikaw fuq artijiet tagħhom, bħal ngħidu aħna Ċanċu Supreme, ħalli mhux biss dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jaħdmu aħjar imma anke ma jkunx hemm inkonvenjent għar-residenti tal-madwar minn fejn qed joperaw fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab informat li l-kumpanija Arriva ma ġietx allokata art pubblika biex tintuża bhala depot; madanakollu arranġamenti oħra fil-futur ma jistgħux ikunu esklużi fil-kuntest li din il-kumpanija hija l-unika operatur tat-trasport pubbliku bi skeda f'Malta u allura l-każ tagħha ma jistax ikun imqabbel ma’ operaturi privati oħra għax mhumiex l-istess.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li jieħdu prodotti gluten free qed jiġu obbligati li jmorru jiġbruhom mill-ispiżeriji tal-gvern ġewwa Birkirkara u l-arranġament li kien hemm qabel tneħħa u dan b'detriment għal numru ta' persuni li jibbenefikaw minn dawn il-prodotti u joqogħdu fin-naħa t'isfel ta' Malta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 25114.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ ta’ ilmenti l-customer care tal-Aġenzija Appoġġ irċieva matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn l-ilmenti ġew solvuta jew ingħataw soluzzjoni aċċettabbli? Kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz tal-customer care? Kif wieħed ikun żgur li azzjoni dwar l-ilment li jkun għamel qiegħed jittieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena l-oħra, l-APPOĠĠ irceviet żewġ ilmenti ta’ natura sensittiva. Dawn l-ilmenti ġew investigati u l-klijenti ingħataw spjegazzjoni u soluzzjoni li kienet aċċettabbli għalihom. Il-Maniġment ta’ l-Aġenzija APPOĠĠ jingħatalu rapport intensiv dwar l-investigazzjoni li tkun saret sabiex ikun jista’ jassigura li jittieħdu l-passi neċessarji biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa skont il-każ.
L-ilment jgħaddi bil-miktub għand uffiċjal mill-Head Office sabiex ikun jista’ jiġi investigat.
Hemm
policy
speċifika li tirrigwardja kif klijent jista’ jagħmel ilment u din tiġi spjegata fid-dettal lil kull klijent li jagħmel użu mis-servizz ta’ l-APPOĠĠ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21155, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nstabu ħatja ta' abbużi sesswali fuq minuri f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 167 persuna li nstabu ħatja ta’ reati ta’ korruzzjoni ta’ minorenni.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu f'din il-leġislatura biex tissaħħaħ il-familja fl-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta bdew jittieħdu dawn l-inizjattivi? X'nefqa jew allokazzjoni finanzjarja kien hemm għal kull inizjattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallas l-aħħar kwart dovut lil dawk li kellhom kawża l-Qorti u nqatgħet favur tagħhom fil-kwistjoni tal-Bical meta dawn diġà rċevew il-bqija tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-fondi tal-B.I.C.A.L. presentement jinsabu ibblokkati il-Qorti b’sekwestri minħabba il-kawżi li jinsabu jistennew is-smiegħ u d-deċiżjoni. Minngħajr deċiżjoni f’dawn il-kawżi u revoka tas-sekwestri, il-kontrullur ma jkunx f’qagħda li jagħmel xi ħlas. Huwa diffiċli li wieħed jgħid kemm ser jdumu dawn il-kawżi biex jiġu deċiżi. Nippreċiża li l-ammont dovut lid-depositanti, apparti il-kwistjoni jekk hemmx imgħax dovuta, hija ta’ kwint u mhux ta’ kwart.
Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-task force
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li ġew imqabbda biex jagħtu pariri lit-task force li ġiet imwaqqfa fuq il-futur tal-Air Malta u kemm qed jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24016, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel u t-tieni mistoqsija u jgħid kemm hija l-ispiża fid-Dipartiment tal-OPU għal saqajn artifiċjali mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena? Kemm-il sieq saret u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn? Jista' jgħid ukoll min huwa l-kuntrattur li fil-preżent rebaħ it-tender? Jista' jgħid ukoll kemm ilu jieħu dan it-tender u allura jekk din hux l-ewwel sena li rebaħ it-tender? Jekk kellu dan it-tender fis-snin li għaddew, kemm tħallas f'kull sena separatment? Jista' jgħid ukoll kemm tħallas fit-tender attwali jew inkella kemm kienet l-offerta li għamel l-istess kuntrattur għal dan it-tender attwali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għall-fini ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari il-kelma ‘sieq’ qegħda tiġi nterpretata whole lower limb. In-numru ta’ pazjenti li bbenefikaw minn servizz ta’ prostheses kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Din l-informazzjoni tirrifletti dawk l-invoices li ġew imħallsa f’kull sena partikolari.
Lower limb prostheses
Sockets for lower limb prostheses
Total
Other prostheses / prosthetic items
Overall total
2008
61
56
117
14
131
2009
93
103
196
29
225
2010
40
47
87
9
96
Il-Kuntrattur li fil-preżent rebaħ it-tender huwa RSL Steeper Ltd.
Dan it-tender ilu jingħata lil dan il-kuntrattur mill-1997. Il-kuntratt attwali daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Diċembru, 2009.
Tweġiba għall-ewwel u l-aħħar parti tal- mistoqsija mhux tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — quality Service Charter u Standards
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx quality service charter u standards fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jekk le, għaliex, meta nafu kemm huwa importanti li jkollna ċ-charter u standards biex is-servizzi mogħtija lill-priġunieri jkunu tal-aqwa kwalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għad-differenza ta' setturi oħra, is-servizzi u l-proċeduri fil-Faċilita' Korrettiva huma regolati fid-dettal mir-Regolamenti tal-Ħabs u mid-Direttivi Ġenerali Ministerjali li jispeċifikaw kull aspett tad-drittijiet u l-obbligi tal-priġunieri.
Għalhekk tenut kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-Faċilita' Korrettiva ma hemmx il-Quality Service Charter
li huwa applikabbli f'dipartimenti oħra tal-gvern.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm familji llum li huma fil-waiting list sabiex jirċievu s-Servizz tal-Family Therapy u kemm, ġeneralment, dawn il-familji jistennew biex jingħataw l-ewwel appuntament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa l-aħħar ta’ Marzu 2011 kien hemm 45 familja jistennew għas-servizz ta’ terapija għall-familja. Il-każijiet li huma urġenti jiġu allokati qabel oħrajn. Ħafna drabi l-Aġenzija tara jekk il-każ jibbenefikax mix-xogħol ta’ professjonisti oħrajn u servizzi oħrajn, li jistgħu jagħtu servizz qabel ma l-każ jidħol għall-
family therapy
. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jkunux jirrikjedu għajnuna terapewtika għall-familja biss, imma ukoll għajnuna psikologika lil individwi fil-familja u anke xogħol ta’
social work
biex l-għajnuna li tingħata tilħaq l-għanijiet meħtieġa u tkun effettiva.
Kemm idumu fuq il-
waiting list
familji jistennew għall-ewwel appuntament jiddependi minn bosta fatturi, fosthom in-natura tal-każ, l-esiġenzi ta’ każijiet oħra u l-
work load
tat-terapisti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12023, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tal-Community Workers li qed jaħdmu fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant permezz ta’ Memo 27/2011 li nħareg mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu implimentati n-Nationali Standards of Out of Home Child Care li ilhom ippubblikati mill-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-
National Standards for Out of Home Child Care
jiġu implimentati meta tkun saret konsultazzjoni sħiħa mal-
istake holders
fuq il-metodu ta’ kif għandhom jiġu implimentati b’mod sħiħ għal min qiegħed jagħti u min qiegħed jirċievi s-servizz..
Jeħtieġ li nimxu b’mod għaqli u gradwali biex nimplimentaw l-istandards stabbiliti fl-2009. Dan biex ma jinħolqux problemi għal servizzi li qegħdin jingħataw. Darba li tkun ffinalizzata fażi ta’ konsultazzjoni ma l-istakeholders kollha, jitfassal pjan ta’ implimentazzjoni mifrux fuq medda ta’ snin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm foster carers li mhumiex qraba tat-tfal f'dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minnhom waqfu jagħtu dan is-servizz lit-tfal li huma iffosterjaw u x'kienet ir-raġuni li huma waqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm parti mit-Triq l-Industrija ġewwa Ħal Qormi faċċata tat-Triq Conċetta Borg Calleja indikata li ma jistax isir parkeġġ meta hemm bżonn urġenti ta' aktar parkeġġ u jidher li xejn u ħadd mhu qed ikun ostakolat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tabelli msemmija mill-Onorevoli Interpellant ilhom hemm minn ħafna qabel ma saru t-toroq taż-żona industrijali u jidher li dawn kienu saru biex jippermettu l-manuvrar ta’ vetturi kummerċjali kbar bejn Triq l-Industija u Triq Concetta Borg Calleja kif ukoll biex ikun hemm aċċess mhux ostakolat għat-turġien li jagħtu għall-parti ta’ fuq tal-istess triq. Sadattant, it-Traffic Management Unit fi ħdan Transport Malta se tagħmel assessment ġdid biex tara jekk dawn il-linji għandhomx jibqgħu kif inhuma jew jekk jistgħux jiċċekknu biex, filwaqt li l-manuvrar ta’ vetturi kummerċjali jibqa' mhux ostakolat, jinħoloq iktar spazju ta’ parkeġġ.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17697, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ġranet (darbtejn fil-ġimgħa) ta’ kull avukat legali li qed jgħin il-klijenti foqra? X’inhuma l-email addresses ta’ dawn l-avukati legali? Għaliex il-Ministeru ma jimpjegax avukati legali full-time biex jigu moqdija aħjar il-klijenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ġranet tal-Avukati għall-Għajnuna Legali li jkunu qed jgħinu lill-klijenti, huma nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ħamis bejn is-2.30pm u l-4.30pm. L-email addresses ta' dawn l-Avukati jistgħu jinkisbu mingħand il-Kamra tal-Avukati jew inkella mis-sit elettroniku www.avukati.org
Is-sistema tal-għajnuna legali li ilha titħaddem, hija dik li żżomm numru ta' persuni ngaġġati fuq servizz part-time.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24245, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jifhem biha ftit xhur biex ikun jista’ jagħti r-refunds tat-taxxa dovuti? Hemm xi data li l-Ministeru jew id-Dipartiment huwa marbut magħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rigward tax refunds dovuti għas-sena bażi 2009 u li kien għad iridu jitħallsu, dawn huma mistennija li jitħallsu sa l-aħħar t’April, 2011.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti li suppost jiġu ċertifikati mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi dwar Energy Performance (Regulation 9) daħlux fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, meta daħlu fis-seħħ u fuq min hemm l-obbligu li ssir din iċ-ċertifikazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dispozizzjonijiet tar-Regolament 9 daħlu fis-seħħ fid-dati indikati fl-istess regolament. L-obbligu tar-reġolamnet jaqa’ fuq il-persuna jew l-agent li jaġixxi f’isimha u li tkun qiegħda jew toffri bini għall-bejgħ jew kiri, jew tkun qiegħda tikkummissjona d-disinn ta’ bini ġdid.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-Politika Nazzjonali dwar is-saħħa sesswali li ġiet imnedija matul ix-xahar li għadda? Xi strateġija ġiet imfassla biex is-saħħa sesswali f’Malta titjieb?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi kopja tal-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali fuq il-mejda tal-Kamra. Wara li ġiet imnhiedija din il-politika, tlaqqgħu sittax-il workshop dwar sitt temi li joħorġu minnha. Bħalissa qed jiġu evalwati ir-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti sabiex abbażi ta’ dawn tiġi mfassla l-istrateġija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti li suppost jiġu ċertifikati mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi dwar Energy Performance (Regulation 12) daħlux fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, meta daħlu fis-seħħ u fuq min hemm l-obbligu li ssir din iċ-ċertifikazzjoni ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif hemm indikat fil-lista tal-istess Regolament 12 tal-Avvizz Legali 261 tal-2008 dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Energija u lidaħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009, l-obbligu li ssir din iċ-ċertifikazzjoni jaqa fuq kull persuna jew entità li tkun inkarigata minn bini Pubbliku ezistenti.