B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11106 u 21445, tista’ l-Ministru tgħid issa kemm qed tiġi tiswa l-ispiża ta’ kull kors mogħti fl-Università ta’ Malta? Kemm hija l-ispiża ta’ kull ġurnata għal kull student li jattendi l-Università?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċess li semmejna fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21445 għadu għaddej.
Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar min huma l-organizzazzjonijiet li rreġistraw mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji? Kemm hemm voluntiera jaħdmu f’dawn l-għaqdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
wheelchair accessible vehicle — persuni li gawdew eżenzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-perusni li gawdew minn eżenzjoni għal meta xtraw wheelchair accessible vehicle f'dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Tikkonferma li kull applikazzjoni għal din l-eżenzjoni ġiet milqugħa? Jekk le, kemm kienu dawk li ma ngħatawx din l-eżenzjoni u għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
tfal u żgħażagħ li ma jistgħux jibbenefikaw mis-servizzi residenzjali jew ta' fostering
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja għas-sena 2011 għat-tfal u żgħażagħ li bħalissa ma jistgħux jibbenefikaw mis-servizzi residenzjali jew ta' fostering? Kemm ġew minfuqa s'issa minn din l-istess allokazzjoni u x'kienet tikkonsisti n-nefqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 28590, tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-iskejjel li għandhom għalliema kwalifikati fl-Ewwel Għajnuna u liema huma dawk l-iskejjel li għandhom is-servizz ta’ nurse?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema
peripatetic
tal-Health and Safety, li kollha huma kwalifikati fl-Ewwel Għajnuna (
First Aid
), ikopru lill-iskejjel primarji kollha tal-gvern.
Lista tal-iskejjel sekondarji li għandhom għalliema tal-Health and Safety kwalifikati fl-Ewwel Għajnuna qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jixtri s-Servizz tan-Nurse għall-Istudenti li jattendu fl-iskejjel tal-Istat kollha.
B’referenza għall-mistoqsija parlamenari 6641 tas-sena 2009, tista’ l-Ministru tgħid jekk issa hemmx regoli dwar il-kontenut tal-accounts li jridu jżommu l-għaqdiet volontarji u jekk hemmx regoli dwar kif għandhom jiġu audited?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru, flimkien mal-Uffiċju tal-Kummisarju tal-għaqdiet Volontarji u l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju ħejjew abbozz għal Avviż Legali li jirregola kif l-għaqdiet volontarji jżommu l-accounts u kif jiġu audited skont il-prassi finanzjarji. Dan l-abboz għandu jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Aġenziji u taqsimiet — lista dettaljata bl-indirizzi
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista dettaljata bl-indirizzi eċċ. tal-aġenziji u t-taqsimiet kollha li jaħdmu fil-qasam soċjali u li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u tgħid min huwa responsabbli ta’ dawn l-aġenziji?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija Appoġġ — Vjolenza Domestika - lista ta' standards
Question
Tista’ l-Ministru telenka l-iSandards dwar il-Vjolenza Domestika li qed jiġu osservati mid-Domestic Violence Unit tal-Aġenzija Appoġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Unit tal-Vjolenza domestika fi ħdan l-Appoġġ għandu Manwal ta’ Proċeduri li jiggwida l-intervenzjonijiet tal-prattika tal-ħaddiema soċjali.
Superviżjoni klinika kif ukoll operazzjoniali huma pprovduti lill-ħaddiema tal-unit mill-ko-ordinatur u s-
service area leader
tas-servizz skont l-
policy
tas-supervizjoni tal-Aġenzija. Dawn l-membri tal-istaff irċevew taħriġ fis-supervizjoni.
Il-Unit juża wkoll l-għodda tal-assessar ‘DASH’ (domestic abuse, stalking and harassment checklist) li hija għodda użata mir-Renju Unit sabiex jiġi assessat l-livell tar-riskju f’kull każ ta’ vjolenza domestika.
Bħalissa qiegħed jiġi ppjanat programm ta’ taħriġ li hu bbażat fuq l-istandards minimi ta’ taħriġ li ħareġ il-Kunsill tal-Ewropa fid-dokument “Setting the Standard: A Study on and Proposals for Minimum Standards for Violence Against Women Support Services”, li kien miktub minn Liz Kelly u Lorna Dubois,
Tista' l-Ministru tgħid għaliex tnaqqsu l-programmi sportivi fuq TVM? Kemm kienu l-programmi li ġew imnaqqsa? Tista' tgħid kemm ġew impjegati ġurnalisti sportivi u b'liema kriterju ntgħażlu l-isportcasters ta' TVM fl-iskeda l-ġdida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li TVM kellu ħames programmi sportivi skedati f’ħinijiet mhux addattati u l-produzzjoni li ma kenitx ta’ livell mixtieq. Qegħdin isiru pjani biex jibdew jittellgħu programmi ta’ livell kif jixirqilhom l-isportivi Maltin.
Ma ġewx impjegati ġurnalisti sportivi iżda l-PBS ħarġet sejħa għall-kontributuri tal-Isports biex twessa’ l-“pool” tal-kontributuri eżistenti.
L-isportscasters ta’ TVM fl-iskeda l-ġdida ntagħżlu skont id-deskrezjoni maniġerjali b’konsultazzjoni mal-koordinatur tal-isports u d-deċiżjoni ttieħdet fuq il-kompetenza tagħhom u fl-interess tat-telespettaturi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12023, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-job description tal-Community Workers li qed jaħdmu fil-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-community workers li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma dawk assenjati lill-kunsilli lokali mill-Korporazzjoi għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, permezz tal-Community Working Scheme. F’dan il-każ ninsab infurmat li ma hemmx job description ta’ dawn il-ħaddiema. Il-ħidma ta’ dawn il-ħaddiema fil-kunsilli lokali tvarja minn xogħol relatat ma’ manutenzjoni sa assistenza fl-amministrazzjoni fl-uffiċini tal-kunsilli.
Wied il-Għajn — Triq il-Baħħara - ħsara fid-drenaġġ
Question
Jista l-Ministru jara li l-ħsara fid-drenaġġ fi Triq il-Baħħara f'Wied il-Għajn tiġi rranġata minħabba li qed ikun hemm ħsarat u inkonvenjent fi djar privati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-investigazzjonijiet li kienu saru ġiet indikata parti mill-ħsara u din ġiet irranġata.
Madankollu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet minħabba l-fatt li għad hemm xi problema.
Wied il-Għajn — Triq il-Baħħara - ħsara fid-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27878 u jara li l-ħsara fid-drenaġġ fi Triq il-Baħħara f'Wied il-Għajn tiġi rranġata minħabba li qed ikun hemm ħsarat u inkonvenjent fi djar privati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħsara fi Triq il-Baħħara ġiet imsewwija. Il-Korporazzjoni qed tkompli bl-investigazzjonijiet flimkien mad-Dipartiment tas-Sanità biex tara hemmx xi sors ieħor ta’ infiltrazjoni.
Strateġija tal-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24618, jista' l-Ministru jgħid jekk l-istrateġija tal-politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali ġietx imfassla? Jekk iva, fiex tikkonsisti din l-istrateġija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-tfassil ta' strateġija msejjsa fuq il-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali għall-Gżejjer Maltin li kien varata fl-2010 qegħda fi stat avvanzat u huwa ppjanat li se tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
National Standards of Out of Home Child Care — standards
Question
Billi n-National Standards of Out of Home Child Care ilhom li ġew ippubblikati mil-2009, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu implimentati dawn l-istandards tant bżonnjużi b'mod speċjali għall-klijenti u l-fosters carers? Tfassal il-pjan ta' implimentazzjoni li kellu jsir qabel ma jiġu implimentati? Fiex jikkonsisti dan il-pjan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStandards Nazzjonali għal Out of Home Childcare japplikaw għad-djar residenzjali tat-tfal kif ukoll għall-foster placements. L-istandards imsemmija jinvolvu kemm is-servizz tal-fostering fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, Djar Residenzjali tat-tfal kif ukoll servizzi fil-kommunità provduti mill-Aġenzija Appoġġ (bħal Looked After Children team, Child Protection service u Out of Home Care Unit)
Fil-każ ta' tfal li qegħdin fis-sistema ta'
fostering
, id-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali ħareġ l-ewwel Ċertifikat ta' Akkreditazzjoni lill-
Fostering Unit
fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ fl-2010. Bħala parti mill-moniteraġġ tas- servizz, id-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali jirċievi lmenti dwar is-servizz tal-
Fostering
. Id- Dipartiment jinvestiga dawn l-ilmenti filwaqt li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bbażati fuq l-iStandards għal
Out-of-Home Childcare
. L-implimentazzjoni tal- iStandards u tar-rakkomandazzjonijiet tad-Dipartiment jassiguraw li t-tfal fil-
Fostering
qegħdin jirċievu s- servizz li jistħoqilhom, filwaqt li l-
carers
jirċievu s-sapport meħtieġ.
Bħala parti mill-pjan ta' implementazzjoni, id-D Dipartiment qed jaħdem fuq dawn il-proġetti:
Id-DSWS qed jaħdem sabiex tinħoloq struttura ta' assessjar tas-servizzi.
Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali qed jaħdem fil-qrib mad-djar residenzjali ta' tfal sabiex is-servizzi li dawn id-djar jipprovdu jkun skont dak li jitolbu l-istandards. Id-Dipartiment għamel laqgħat mal-istaff ta’ djar residenzjali sabiex jispejga l-istandards u kif dawn jistgħu jiġu implimentati mis-servizz. Bħala parti minn dan ix-xogħol, id-Dipartiment qed jara x' għandhom bżonn id-djar tat-tfal sabiex jimplimentaw l-istandards.
Eżerċizzju ieħor li Dipartiment beda huwa li qed jeżamina il-kwalifiki tan-nies li qed jaħdmu f'dawn id-djar residenzjali: minn dan l-eżercizzju għandha toħroġ stampa ċara tal-bżonnijiet ta' taħrig għall-istaff.
School Atterndance Improvement — rakkmandazzjonijiet tar-rapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ħareġ ir-rapport dwar School Attendance Improvement? X'rakkmandazzjonijiet twettqu minn dan ir-rapport u x'rakkmandazzjonijiet għadhom iridu jiġu implimentati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-ħsara li hemm f'kanna tal-ilma li ilha għal diversi ġranet fi Triq San Girgor iż-Żejtun, kantuniera ma' Triq San Piju X quddiem ħanut, tiġi rranġata ħalli ma tkomplix issir ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba illi l-ħsara fi triq prinċipali tar-raħal, kien hemm bżonn li tingħalaq it-triq sabiex issir it-tiswija meħtieġa.
Għalhekk dan ix-xogħol sar nhar il-Ħamis 18 t’Awwissu 2011 bil-lejl sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent.
Wied il-Għajn — Triq il-Baħħara - ħsara fid-drenaġġ
Question
Jista l-Ministru jara li l-ħsara fid-drenaġġ fi Triq il-Baħħara f'Wied il-Għajn tiġi rranġata minħabba li qed ikun hemm ħsarat u inkonvenjent fi djar privati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27354 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jiddaħħlu fl-iskali taċ-Ċivil l-impjegati li qed jaħdmu bħala dental surgery assistants?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minħabba li preżentament m’hemmx ftehim kollettiv, il-grad ta’ Dental Surgery Assistants ikun jista’ jidher biss fl-iskeda ta’ gradi tal-Gvern meta jkun hemm qbil bejn il-partijiet kollha interessati.
Madankollu persuni li jokkupaw il-post ta’
Dental Surgery Assistants
diġa jitħallsu skont l-iskali tas-Servizz Pubbliku u fil-fatt jiħallsu fi Skala 13.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27475 u jgħid liema huma klassifikati bħala żoni turistiċi f'pajjiżna? X'għajnuniet tat l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta lil kull wieħed minn dawn il-kunsilli lokali ta' dawn iż-żoni turistiċi fl-2008, 2009 u 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li sitt żoni huma klassifikati mill-Gvern ta’ Malta bħala żoni turistiċi f’Malta u f’Għawdex. Dawn huma:
1. Il-bliet storiċi madwar il-Port il-Kbir li huma l-Belt Valletta, parti mill-Furjana, il-Kottonera (it-tliet ibliet) u parti mill-Kalkara.
2. Żoni turistiċi fil-lokalita’ ta’ San Ġiljan, Paceville, Ta’ Sliema u parti mill-Gżira.
3. Żona turistika tan-nord li tikkonsisti minn San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u l-Mellieħa.
4. Żona storika ċentrali li tkopri l-Imdina, ir-Rabat, il-Buskett u Ħad-Dingli.
5. Żoni kostali li huma mmarkati adatti għal għawm u ‘diving’.
6. Il-gżira ta’ Għawdex kollha speċjalmenti x-Xlendi, Marsalforn, l-Imġarr, ir-Rabat u ċ-Ċittadella.
Inpoggi fuq il-mejda tal-kamra tabelli li juru l-ghajnuna li nghatat mill-MTA lill Kunsilli Lokali taz-zoni turistici hawn fuq imsemmija.