Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar Nebido 1000mg/4ml injection

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk in-Nebido 1000mg/4ml injection tinstabx fuq il-lista ta' injections li l-gvern iġib u li jagħti lil dawk il-persuni li għandhom bżonnha għall-kura tagħhom u li jikkwalifikaw għaliha taħt il-kartuna r-roża jew il-kartuna s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-mediċina msemmija tinsab fuq il-lista ta’ mediċini li l-Gvern iġib u li jagħti b’xejn. Din il-mediċina jikkwalifikaw għaliha persuni b’kartuna safra li jbatu minn ipogonadiżmu (hypogonadism) maskili minħabba kundizzjoni kronika li tinsab fil-Ħames Skeda tal-Att dawr is-Sigurtà Soċjali, u li jiżviluppaw imġiba aggressiva bl-injezzjoni ta’ testosterone enanthate.

informazzjoni dwar mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Actoriel Plus Ca&D tat-35mg film coated tablets + 1000mg/880 IU effervescent granules tinstabx fuq il-lista ta' pilloli li l-gvern iġib u li jagħti lil dawk il-persuni li għandhom bżonnha għall-kura tagħhom u li jikkwalifikaw għaliha taħt il-kartuna r-roża jew il-kartuna s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma tinsabx fuq il-lista ta’ mediċini li l-Gvern iġib u li jagħti b’xejn.

applikazzjoni għal reserved parking bay

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni li saret għal reserved parking bay li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

ħsarat lil ċittadini minħabba l-istat tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin jistax ifittex lil Transport Malta u lill-gvern fuq ħsarat marbuta ma' inċidenti li jsiru fit-toroq speċjalment minħabba triq ħażina u nuqqas ta' maintenance tal-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12793.

Żejtun — Housing Estate ta' Ġebel San Martin - rotta tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn Transport Malta u l-Ministeru sabiex il-qasam tal-Housing Estate ta' Ġebel San Martin fiż-Żejtun jibda jingħata servizz mill-kumpanija Arriva?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31079. Madankollu, ninsab infurmat li r-residenti tal-qasam tal-Housing Estate ta’ Ġebel San Martin qed jingħataw servizz tat-trasport pubbliku permezz tar-Rotta 206, li għandha frekwenza ta’ kull 90 minuta u li tipprovdi servizz lejn diversi lokalitajiet fosthom l-isptar Mater Dei, Bulebel, Marsaxlokk u l-Marsa Park & Ride.

ħaddiema taċ-Ċivil — safar club class

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 31435 u cioè:Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li siefru club class matul l-2010 kien sitta u matul l-2011 kien ħamsa.

Wied il-Għajn — Servizz tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizz qed jiġi offrut mill-Arriva lir-residenti li joqogħdu ġewwa Wied il-Għajn fiż-żona magħrufa bħala s-Siberja? Hemm il-ħsieb li dan is-servizz jiġi mtejjeb speċjalment fejn għandha x'taqsam il-frekwenza tas-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

British Pension Office — ilmenti mingħand pensjonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi ilmenti mingħand pensjonati tas-servizzi Ingliżi speċjalment dawk li kienu jaqgħu taħt il-British Pension Office liema uffiċċju ngħalaq, dwar żidiet li suppost kellhom minn Awwissu tas-sena li għaddiet u dan għadu ma seħħx?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma rċieva l-ebda ilmenti mingħand pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz mill-Ministeru tad-Difiża Ingliż wara li ngħalaq il-British Pensions Office dwar żidiet li suppost gawdew minnhom minn Awwissu li għadda.

ħaddiema taċ-Ċivil — safar club class

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31490 u t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 31435 u cioè:Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Pilloli tad-dimentia

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw il-pilloli tad-dimentia kif kien imħabbar fil-budget u liema huma dawn il-pilloli? Kemm huwa stmat li se jibbenefikaw persuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kif kien imħabbar fid-Diskors tal-Baġit 2012, ġew allokati xi fondi biex jibdew jingħataw il-pilloli tad-dimenzja b’xejn. Applikazzjonijiet ta’ mediċini ġodda li mhux fil-Formularju għall-kura tad-dimenzja jibdew jiġu evalwati u kkunsidrati għall-inklużjoni fil-Formularju tal-Gvern. In-numru ta’ pazjenti li se jibbenefikaw għadu mhux magħruf.

Żejtun — Triq il-Palazzi - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Palazzi fiż-Żejtun tiġi mogħtija t-tarmak issa li nbniet kollha? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li din issir? Jekk le, jista' jiġi kkunsidrat li din issir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija kienet asfaltata snin ilu u b’hekk il-manutenzjoni ta’ din it-triq hija parti mir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Il-parti tat-tarf tal-istess triq ġiet żviluppata riċentement u din il-parti għad trid tiġi asfaltata għall-ewwel darba. Barra minn hekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentaru 31257 fejn hemm spjegajt kif u meta Transport Malta tiddeċiedi li tintervjeni fuq triq residenzjali li qatt ma tkun inbniet.

ħaddiema taċ-Ċivil — safar club class

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 31435 u cioè:Jista' jghid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ħaddiema taċ-Ċivil — safar club class

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31310 u cioè:B'referenza għall-ħaddiema taċ-Ċivil, jista' l-Ministru jgħid min huwa ntitolat li jsiefer club class? Jista' jghid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28890.

ħaddiema taċ-Ċivil — safar club class

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħala kap tal-gvern mill-ħaddiema taċ-Ċivil u d-diversi awtoritajiet, min huwa ntitolat li jsiefer club class? Jista' jghid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #1963 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna sospiża — tingħata full pay

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1293, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilha sospiża din il-persuna li tinsab fil-grad ta' Principal Technical Officer? Jista' jgħid ukoll f'liema sens dan il-każ qed ikun rivedut? Kemm tħallset flus din il-persuna minn kemm ilha sospiża sal-ġurnata tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din il-persuna ġiet sospiża f’Ottubru 2003 u qed titħallas skont il-provvidementi tal-collective agreement fejn s’issa irċeviet €113,762.08 (net). Dan il-każ għadu qed jistema’ quddiem il-Qorti.
Leg 11 PQ #17312 Sitting 434 2011-12-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — offerti li ma kenux l-orħos offerta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw offerti mill-kunsilli lokali li ma kenitx l-orħos offerta minn Jannar 2010 'l quddiem? Kemm kien l-ammont ta' kull offerta u d-differenza tal-ammont involut mill-orħos waħda kunsill b'kunsill? Għal liema xogħol ingħata l-kuntratt u jekk kienx hemm raġunijiet għaliex ingħatat mhux lill-orħos offerta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 15988.

Sptar Mater Dei — professjonisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30588 u jgħid kemm hemm infermiera, ħaddiema soċjali, tobba u speċjalisti li bħalissa qed jagħtu s-servizz tagħhom fl-Isptar Mater Dei? Kemm-il siegħa fil-ġimgħa jaħdmu dawn il-professjonisti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ Staff Mediku li jaħdem l-isptar Mater Dei huwa ta’ 643. Dan jinkludi it-tobba f’kull livell. It-total ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa bejniethom huwa ta’ 35,105 (jiġifieri medja ta’ 55 siegħa fil-ġimgħa għal kull tabib). In-numru ta’ nfermiera li jaħdmu l-Isptar Mater Dei huwa ta’ 1,324. It-total ta’ sigħat li jaħdmu fil-ġimgħa bejniethom huwa ta’ 53,035 (jiġifieri medja ta’ 40 siegħa għal kull infermier). Fl-isptar Mater Dei m’hemmx ħaddiema soċjali għaliex l-isptar juza s-servizz tal-Aġenzija Appoġġ.

Persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità f'pajjiżna? Tista' tgħid kemm minn dawn huma studenti, kemm minnhom jinsabu fid-dinja tax-xogħol u oħrajn li qed ifittxu xogħol jew ma jistgħux jaħdmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30585 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika li twettqu s-sena l-oħra u li ġew rapportati fl-għases tal-pulizija lokal, lokal fejn twettqet din il-vjolenza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija kellha 659 rapport li jinvolvi każijiet ta’ vjolenza domestika, kif jidher fuq it-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #30586 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tfal abbandunati mill-ġenituri tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet ta' tfal li ġew abbandunati mill-ġenituri tagħhom is-sena l-oħra u f'liema lokalitajiet seħħew dawn il-każijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' tfal li ġew abbandunati matul is-sena l-oħra kien ta' 9 kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Birkirkara 1 Bormla 1 Isla 1 San Pawl il-Bahar 2 Sliema 1 Valletta 3