Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Servizz tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31619 u jgħid x'servizz qed jiġi offrut mill-Arriva lir-residenti li joqogħdu ġewwa Wied il-Għajn fiż-żona magħrufa bħala s-Siberja? Hemm il-ħsieb li dan is-servizz jiġi mtejjeb speċjalment fejn għandha x'taqsam il-frekwenza tas-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 31079, ninsab infurmat li kemm ir-rotta X5 li tmur il-Belt Valletta u li għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta, kif ukoll ir-rotta 135 li tmur l-isptar Mater Dei u li għandha frekwenza ta’ kull 60 minuta jgħaddu qrib l-inħawi magħrufa bħala tas-Siberja, jiġifieri minn Triq Qaliet. Infurmat ukoll li preżentament qed tiġi mistħarrġa l-possibbilta’ li s-servizz tat-trasport pubbliku offrut ikun imtejjeb għaż-żona msemmija.

Pubblikazzjoni tal-Politika Nazzjonali dwar is-saħħa sesswali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28584, jista' l-Ministru jgħid jekk il-politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali ġietx pubblikata jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'ħidma qed issir biex din ma tibqax biss fuq il-karta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali għall-Gzejjer Maltin kienet varata f’Novembru 2010. .Kif kien ippjanat fil-Politika Nazzjonali, f’Novembru 2011 kienet imneddija l-istrateġija Nazzjonali li elenkat il-miżuri li jridu jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet tal Politika Nazzjonali. F’din l-istrateġija hemm numru ta’ miżuri li diġà qed jiġu mwettqa jew li hu pjannat li jiġu mwettqin fis-snin li ġejjin. Fl-estimi nazzjonali għal din is-sena hemm vot speċifiku li huwa ddedikat għall-implimentazzjoni ta’ miżuri minn din l-istrateġija. Minn mindu ġiet imnedija l-istrateġija f’ Novembru tas-sena l-oħra dawn l-inizjattivi ġew jew qed jiġu implimentati: Twaqqif ta’ Kumitat biex jissorvelja l-implimnetazzjoni. Seminar ta’ tlett ijiem għat-taħriġ tal-professjonisti minn oqsma differenti. Inizjattivi għall-promozzjoni tas-saħħa sesswali. Bidu ta’ ricerka dwar l-attitudnijiet sesswali u il-prattiċi fl-adulti ( Frar 2012). Preparazzjoni ta’ pakkett informattiv għal kull min jaħdem fil-qasam tal-midja. Inħarġet tender li bħalissa qed tiġi evalwata biex jiġi imwaqqaf sit elettroniku interattiv fuq is-saħħa sesswali. Inbdiet sistema ta sorveljanza ta’ infezzjonijiet bil-Chlanidya bil-parteċipazzjoni ta numru ta’ tobba tal-familja. Wasal biex jiġi finalizzat ix-xogħol meħtieg biex il-klinika Ġenito-Urinarja li hemm fl-Isptar Sir Paul Boffa tiċċaqlaq lejn l-isptar Mater Dei Qed jitfasslu pjanijiet biex isir aktar taħriġ għall-professjonisti.

Dipartiment tas-Servizz Soċjali — Applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali li għadhom pendenti quddiem id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali? Kemm ilhom pendenti kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet? Għaliex hemm persuni li jdumu jistennew ix-xhur biex jirċievu risposta dwar jekk humiex intitolati jew le għall-Għajnuna Soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jidħlu kuljum b’mod kostanti kemm talbiet ġodda għall-Għajnuna Soċjali kif ukoll rapporti ta’ tibdil fiċ-ċirkostanzi li jaffettwaw id-dritt ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali. Peress li s-sistema tad-dħul ta’ dawn it-talbiet għadha waħda manwali, d-dipartiment mhux f’posizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba dwar kull talba individwali. Dawn it-talbiet kollha jiġu pproċessati u jitqassmu għax-xogħol kuljum. Hija regola generali li fejn jkun hemm l-informazzjoni kollha dwar il-każ li l-Għajnuna Soċjali tinħareġ fi żmien qasir, sa massimu ta’ erba’ ġimgħat wara d-data tat-talba. Fejn ikun hemm nuqqas ta’ informazzjoni d-Dipartiment jibda l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ tiġi determinata kemm id-dritt għal Għajnuna kif ukoll ir-rata dovuta. Dan il-proċess jista’ jieħu fit-tul iżda tajjeb jingħad li d-Dipartiment jagħmel minn kollox biex l-informazzjoni tinġabar fi żmien qasir. Jiena nfurmat mid-Dipartiment li n-numru ta’ talbiet pendenti huwa wieħed normali u ma jidhirx li hemm xi numru ta’ talbiet li ilhom pendenti ix-xhur kif qed jingħad. Jekk l-Onor Interpellant għandu informazzjoni dwar xi każi partikolari d-Dipartiment jkun jista’ jispjega l-proċess f’dawn il-każi partikolari.

Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħet s’issa l-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja minn meta ġiet komposta wara li kienet ilha għal diversi snin mhux tiffunzjona?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa l-Kumissjoni Nazzjonali tal-Familja ltaqat darba minn meta giet komposta.

Proċess biex persuna tuża l-Avukat tat-Tfal

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29008, jista’ l-Ministru jgħid x’irid wieħed jagħmel biex jagħmel użu mill-Avukat tat-Tfal?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Kif jirriżulta minn diversi liġijiet l-Avukat tat-Tfal jitqabbad mill-Qorti. Il-Leġislazzjoni Sussidjarja 12.20 intitolata ‘Regolamenti dwar il-Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja), il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili u il-Qorti tal-Maġistrati (Ghawdex) (Gurisdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni tal-Familja)’ fir-regolament 3 tipprovdi għall-ħatra ta’ esperti fosthom medjaturi u avukati tat-tfal. Bis-saħħa ta’ dan l-Avviż Legali, insibu istanzi fejn l-avukat tat-tfal jista' jinħatar kemm fuq talba ta’ xi parti jew tal-medjatur kif ukoll meta l-Qorti meta tħoss il-ħtieġa. F’dan ir-rigward issir riferenza ghar-Regolament 4 (3) tal-istess Avviż Legali li jitratta l-awtorizazzjoni sabiex jinbdew proċeduri għal separazzjoni personali jew għal divorzju fejn kemm jekk il-Qorti thoss li hekk hemm bżonn jew minn jeddha jew fuq talba tal-medjatur jew ta’ xi wieħed mill-konjugi tista’ taħtar avukat tat-tfal biex jirrapreżenta l-interessi tat-tfal tal-partijiet li jkunu taħt l-età. Ir-Regolament 7 (2) jitratta l-kawżi ta’ firda personali u divorzju u jipprovdi li l-Qorti għandha tgħaddi biex taħtar avukat tat-tfal meta fil-fehma tagħha dan ikun meħtieġ fl-ahjar interess tat-tfal tal-konjugi li jkunu taħt l-età. Ir-Regolament 10 (2) jitratta x’jiġri f’kawżi oħra u jipprovdi illi malli jingħalqu l-proċeduri bil-miktub, il-Qorti għandha tgħaddi biex taħtar avukat tat-tfal meta fil-fehma tagħha dan ikun meħtieġ fl-aħjar interess tat-tfal taħt l-età tal-konjugi.”

Transport Malta — enforcement section - allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal sabiex il-ħaddiema tal-enforcement section fi ħdan Transport Malta tnaqqsulhom diversi allowances li kellhom u baqgħu ma ngħatawx dawn l-allowances fil-paga li kellhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma tnaqqsu l-ebda allowances li kienu ntitolati għalihom l-impjegati fid-Direttorat tal-Enforcement.

Żejtun — servizz tal-Arriva

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra tibdil speċjalment fil-ħinijiet ta’ filgħodu Żejtun fejn għandu x’jaqsam is-servizz tal-Arriva minħabba l-fatt li issa fiż-Żejtun m’għadx hemm venda u qed ikun hemm ħafna aktar nies jistennew fuq l-istages sabiex jirkbu, speċjalment fil-ħinijiet ta’ filgħodu? Jikkunsidra li jkun hemm servizz aktar frekwenti f’dawn il-ħinijiet anke minħabba l-fatt li xi drabi l-karozza tkun mimlija u ma jkunx hemm spazju għal min irid jitla’ miż-Żejtun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament hemm ħames rotot li jipprovdu servizz lir-residenti taż-Żejtun li huma: · Rotot 81 u 84 li jipprovdu servizz lejn il-Belt Valletta u li bejniethom jipprovdu servizz ta’ 4 karozzi fis-siegħa · Rotta 135 li tipprovdi servizz lejn Ħal Għaxaq, l-Ajruport, Marsascala u Mater Dei bi frekwenza ta’ kull 60 minuta · Rotta 206 li tipprovdi servizz lejn Marsaxlokk u Mater Dei bi frekwenza ta’ kull 90 minuta · Rotta X5 li tgħaqqad lill-lokalita' taż-Żejtun ma’ Marsaskala, Għaxaq, Gudja, l-Ajruport ta’ Malta, Luqa, Marsa P&R u l-Belt Valletta bi frekwenza ta’ kull 30 minuta. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta tistabbilixxi l-ħin li passiġġier għandu jdum jistenna fuq kull rotta, iżda huwa kompitu ta’ l-operatur li jara li jipprovdi skedi li huma adegwati għar-rekwisiti tal-passiġġiera u li jkun hemm xarabanks biżżejjed fuq kull rotta sabiex jinżamm il-ħin ta’ stennija stipulat mill-Awtorità. Madanakollu, minn moniteraġġ li għamlet Transport Malta ġie nnutat li f’ċertu ħinijiet, l-ammont ta' vjaġġi li saru fuq dawn ir-rotot ma’ laħqux mad-domanda ta’ passiġġieri. Għaldaqstant, Transport Malta nnotifikat lill-operatur tat-trasport b’ dan ir-riżultat bil-għan li l-operatur jieħu l-passi neċessarji, filwaqt li Transport Malta ser tkompli timmoniterja dawn ir-rotot.

Żona tal-Housing Estate ta' Ġebel San Martin — servizz tal-Arriva

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31844 u wara li jiena kkonfermajt mar-residenti taż-żona tal-Housing Estate ta’ Ġebel San Martin, ġie konfermat li l-ħtiġijiet ta’ din iż-żona huma ħafna aktar minn dak li hemm fil-preżent, jikkunsidra l-Ministru li jagħti s-servizz li dawn l-istess residenti kellhom qabel bdiet topera l-kumpannija Arriva li għal dawn ir-residenti s-servizz mar lura u mhux 'il quddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja ta’ din it-talba iżda preżentament mhux qed isiru tibdil fir-rotot sabiex jingħata ċans li s-servizz jistabbilizza ruħu. Infurmat ukoll li l-Awtorità qed tikkunsidra kull soluzzjoni sabiex jingħata servizz aħjar f’din iż-żona.
Leg 11 PQ #32409 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati self employed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tagħha? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32410 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati self employed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tagħha? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32540 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Programmi sportivi fuq TVM

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jibdew jittellgħu programmi sportivi ta’ livell fuq TVM u dan skont tweġiba parlamentari 28926?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn din l-iskeda TVM beda jipproduċi l-programm sportiv Kontrattakk b’emfażi fuq il-football lokali. Il-programm għandu linja editorjali ġdida li temfazizza l-kwalita’ fil-produzzjoni tad-diversi servizzi fuq il-football lokali. Jista’ jissemma’, pereżempju, li kull partita tal-kampjonat premier tinġibed b’żewġ cameras u wara kull logħba jittieħdu l-kummenti ta’ protagonisti miż-żewġ naħat. It-taqsima sport tal-PBS qed tħarreġ team ġdid żagħżugħ ta’ ġurnalisti li mħallta ma’ oħrajn b’aktar esperjenza qed joffru analiżi aktar friska u varjata tal-logħba lokali tal-football. Minbarra l-programm Kontrattakk, it-taqsima sport tipproduċi l-parti sportiva ta’ kuljum fl-aħbarijiet tat-tmienja ta’ TVM, fejn mil-bidu ta’ din l-iskeda qed isir sforz biex filwaqt li t-telespettatur jitwasslulu l-aħbarijiet sportivi l-iktar importanti mid-dixxiplini l-iktar segwiti, jingħata wkoll tagħrif fuq firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ attivitajiet lokali u internazzjonali, eżempju dan l-aħħar il-maratona ta’ Malta. It-taqsima sportiva ffinalizzat u qegħda tiffinalizza diversi ftehim u arranġamenti biex toffri esperjenza dejjem iktar kompleta lid-dilettanti tal-isport bħal fejn jidħlu l-iktar kompetizzjonijiet prestigjużi tal-football internazzjonali, u l-logħob olimpiku, minbarra li qed tikkollabora mal-assoċjazzjoni nazzjonali tal-football biex tressaq lit-team nazzjonali Malti aktar qrib il-pubbliku sportiv. It-taqsima sport qegħda wkoll fil-proċess finali biex tidentifika liema huma dawk l-isports lokali li l-aktar jixirqilhom ikollhom programmi ddedikati speċifikament għalihom biex jidħlu fil-faxxa ta’ programmi sportivi ppjanata għall-istazzjon TVM2.
Leg 11 PQ #32541 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Rappurtaġġ sportiv fuq TVM u Radju Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-budget ivvutat għar-rappurtaġġ sportiv fuq TVM u Radju Malta fl-iskeda tal-ħarifa li għaddiet? Kemm kienet in-nefqa jekk kienet differenti minn dak li ġie allokat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-programmi Sportivi fuq TVM u Radju Malta ma jagħmlux parti mill-programmi EPSO, iżda huma programmi ta’ natura kummerċjali għalhekk ma hemmx allokat EPSO Funds għalihom.
Leg 11 PQ #32542 Sitting 455 2012-03-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Promozzjonijiet lill-għaqdiet sportivi fuq TVM u Radju Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ promozzjoni ngħataw l-għaqdiet sportivi matul l-iskeda li għaddiet fuq TVM u fuq Radju Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Għaqdiet Sportivi jingħataw promozzjoni fil-programmi tal-Isports fuq it-televiżjoni kif ukoll fuq ir-Radju. Fost dawn tingħata promozzjoni lill-Basketball, Żwiemel, Waterpolo, Snooker, Atleta, Judo, Karate.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti; - Kummissjoni fuq Vjolenza Domestika; nil - Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali; nil - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; nil - KNPD; nil - Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji; nil - Kummissarju għat-Tfal; nil - Awtorità Nazzjonali għall-Impjiegi; nil - Awtorità tad-Djar; ghandha impjegati self-employed - Perit, 2 Nutara, 2 Occupational Therapist, Social Worker u Construction Design & Maintenance Advisor. - Qrati tal-Ġustizzja; għandha impjegati ghal servizz ta’ Uffiċjali ta’ Sigurtà - Servizzi Soċjali; għandhom impjegati self-employed persuna fuq għajnuna amministrattiva fil-proċess tas-salarji, Konsulent fuq regolamenti tal-UE, Servizz Legali lill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji, Perit, Konsulent ghar-Riforma tal-Pansjonijiet, Kera u MPVI, Konsulent fuq il-Politika Socjali. L-informazzjoni ta’ entitajiet oħra għadha qed tingabar u titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra kif tasal.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar peress li l-persuna responsabbli għal din l-informazzjoni hu indispost u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.