Legislature:
Category:
Reset
Active:

care workers — kundizzjoni tax-xogħol imtejba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu ħalli l-care workers li qed jaħdmu fil-qasam tas-saħħa ma jkomplux jiġu sfruttati u abbużati minħabba kundizzjonijiet ħżiena fl-impjieg tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #32941 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Part-time clerks fl-iskejjel tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm part-time clerks fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tgħid ukoll kemm huwa l-ħlas tagħhom u jekk jeħdux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja jew parti minnha? Hemm il-ħsieb li l-ħlas taghhom jiżdied?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ skrivani part-time fl-iskejjel tal-gvern hu ta’ 137. L-iskrivani part-time jitħallsu b’rata ta’ ħlas fis-siegħa msejsa fuq skala ta’ Salarju 16 u għalhekk tinkludi ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Dawk il- part-timers li jaqbżu l-1040 siegħa fis-sena jkunu intitolati għaż-żidiet ( increments ) fi skala 16. Għaldaqstant, ir-rata ta’ ħlas tvarja minn minimu ta’ €5.32 sa massimu ta’ €6.08 għal kull siegħa li jaħdmu. L-iskrivani part-time ikunu intitolati għall-bonus annwali u l-ħlas supplimentari ta’ kull ġimgħa, it-tnejn fuq bażi pro-rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma.

Tqassim ta' ktieb: Minn Qalbna... Għalik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa il-ktejjeb ta' propoganda li jismu Minn Qalbna...Għalik? Kif tqassam u kemm ġie jiswa t-tqassim tiegħu? Kemm-il kopja ġiet imqassma? Jista' jgħid min għamdel dan ix-xogħol u jekk ingħatax b'direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Post tal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wara tant ġimgħat, il-Ministru u s-Segretarju Permanenti għadhom qegħdin ġewwa Kastilja minflok fil-post fejn jista' jkollu lill-oqsma li huwa politikament responsabbli minnhom miġbura flimkien? Fejn huwa maħsub li jkun il-Ministeru tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja se jopera minn Palazzo Ferreria fi Triq ir-Repubblika. Bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa biex il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol jimxi minn dan il-post għal bini li issa kien identifikat.

service charge għall-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32398 u jgħid jekk is-service charge għall-industrija daħlitx fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, kemm hija s-service charge u minn meta daħlet fis-seħħ? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-industrial estates li ġew milquta? Kif qed taħdem din il-proċedura u x’inhu r-rwol tal-Malta Enterprise fit-tħaddim tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux xi tenders u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li tefgħu t-tender? Min ingħata dan jew dawn il-kuntratti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-kunċett ta’ service charge ma ġiex introdott riċentament, iżda kien introdott minn żmien il-Malta Development Corporation (MDC) fl-1998 u sussegwentement kull kuntratt li ġie magħmul minn mindu ilha mwaqqfa l-Malta Industrial Parks jinkludi s-service charge. Preżentement is-service charge hija ta' €3.50 kull metru kwadru għal dawk il-kuntratti ġodda li ġew iffirmati wara l-1 ta' Ottubru 2009. Kuntratti viġenti ma ġewx mittiefsa u hemm diversi rati differenti jew saħansitra m'hemmx provvediment għal ħlas ta' service charge. L-għan tas- service charge dejjem kien li jipprovdi għall-manutenzjoni taż-żoni industrijali li l-fabbriki kkonċernati kienu joperaw minnhom. Is-service charge kienet dejjem tapplika għaż-żoni industrijali kollha amministrati mill-Malta Industrial Parks Limited skond il-liġi u hija l-Malta Industrial Parks li tħaddem is-service charge. Il-proċedura hija waħda stabbilita f'kull kuntratt fejn tinħareġ invoice kull tlett xhur. Il-Gvern qed jinvesti miljuni ta’ ewro biex ikompli jtejjeb iż-żoni industrijali, filwaqt li l-industrija għandha tkun responsabbli u marbuta bi ftehim għal manutenzjoni tal-istess żoni. Il-kunċett tas- service charge hu li l-flus li jinġabru għal manutenzjoni taż-żoni industrijali jiġu utilizzati għal dan l-iskop biss. Għal dan il-għan qed naraw li jkun hemm sistema strutturata, ta’ ftehim maniġerjali li jġorr l-obbligu għal manutenzjoni u s-servizzi telatati. Din l-istruttura tista tkun miftuħa għal tenants infushom f’dik iż-żona jew uħud minnhom. Il-Gvern qed jipproponi rati massimi ta service charge biex jiġi assigurat li kullħadd jagħti il-kontribut tiegħu b’mod ugwali. Madanakollu jekk mill-offerta li tinħareġ għal facility management tkun aktar baxxa, jingħata kreditu lill-istess tenants ta’ dak li jkun tħallas żejjed. Ma nħareġ l-ebda tender fuq is- service charge , għalkemm ir-responsabbiltà biex tinġabar is- service charge kienet waħda biss mid-diversi funzjonijiet li ġew enumerati f’żewġ public service concessions għall- outsourcing ta’ facilities management ġewwa Safi Aviation Park u ż-żoni industrijali ta’ Bulebel. Għal public service concession ta’ Safi Aviation Park, kien hemm entita’ waħda biss li tefgħet il-proposta tagħha, filwaqt li kien hemm erba’ entitajiet li tefgħu l-proposti tagħhom għaz-zona industrijali ta’ Bulebel. L-ebda kuntratt għadu ma ngħata għal dawn il- concessions .
Leg 11 PQ #32761 Sitting 459 2012-03-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32399 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32402 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 32406 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Peress illi l-Ministeru, d-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà politika tiegħi ma jżommux informazzjoni ta’ dawk li jagħtu servizz humiex “self-employed” jew “kumpanija” nitlob lill-Onor. Interpellant jistax ikun aktar speċifiku għal liema settur jew kategorija ta’ servizz jew xogħol qed jirreferi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32403 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32404 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuni li huma self-employedfil-Ministeru, dipartimenti u f'xi entita oħra huma għaxra u dawn jagħmlu xogħol ta' HR Consultant; quantity surveying; road design; port & state control inspections; assistenza fuq desktop support; vessel traffic service operations; traffic management services u amminstrazzjoni fl-avjazzjoni.
Leg 11 PQ #32735 Sitting 458 2012-03-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta — spiża ta' korsijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29706, tista' l-Ministru tgħid jekk il-proċess imsemmi dwar l-ispiża għal kull kors mogħti fl-Università ta' Malta hux lest jew le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċess dwar l-ispiża għal kull kors mogħti fl-Università ta’ Malta għadu għaddej u l-ewwel riżultati ser joħorġu aktar tard din is-sena. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Università ta’ Malta għandha numru sostanzjali ta’ korsijiet u l-proċess hu wieħed li jirrekjedi ħafna xogħol.

24 Hour Telemetry EEG System

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23965, jista' l-Ministru jgħid jekk l-apparat magħruf bħala 24 Hour Telemetry EEG System issa hux qed jintuża jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li teknikament is-servizz issa jista’ jinbeda wara li ġew indirizzati id-diffikultajiet li kien hemm fis-sistema tat-teknoloġija tal-informatika.

Dipartiment tal-OPU — Persuni li bbenefikaw

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24016, jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel u tieni mistoqsijiet u cioè: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23890 u jgħid kemm hija l-ispiża fid-Dipartiment tal-OPU għal saqajn artificjali mis-sena 2008 s'issa, sena b'sena? Kemm-il sieq saret u kemm kienu l-persuni li bbenefikaw minn dawn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ħlasijiet kollha li saru għal kull tip ta’ prosthetic services matul il-perjodu indikat hija kif tidher hawn taħt. Mhuwiex possibli li tinġabar l-informazzjoni dwar ħlasijiet għal prosthetic legs biss. Sena Spiża 2008 € 226,316.30 2009 € 281,365.65 2010 € 163,671.76 2011 € 322,069.84 Mhuwiex possibbli li tinġabar l-informazzjoni dwar kemm saqajn artifiċjali saru bejn is-sena 2008 u l-2009. Matul is-sena 2010 saru 124 sieq ġdida. Matul is-sena 2011 saru 126 sieq ġdida. Numru ta’ amputees li għamlu użu mid-Dipartiment matul is-sena 2011 kien ta’ 241. Matul is-sena 2011 saru mat-877 appuntament.

Marsaxlokk — Hard Standing - żvilupp

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23964, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi minn sena ilu s'issa fil-Hard Standing li tinsab ġewwa Marsaxlokk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onoreveoli Interpellant li wara li ngħatat kunsiderazzjoni lill-proposti kollha imressqa, ix-xogħlijiet fuq l-iskal tal-Hardstanding li jinsab ġewwa Marsaxlokk diġa bdew. Ix-xogħlijiet li għaddejin fuq l-iskal jinkludu allinjamenti ġodda tal-mollijiet biex it-traveller’s hoist crane ta’ 50 tunnellata ikun jista’ jopera minn fuq l-art mingħajr il-ħtieġa li jinżel fil-baħar. Dawn ix-xogħlijiet qiegħdin isiru bl-iskop li tiżdied s-sigurtà u ma’ ssirx ħsara lill-istess crane. Diġa sar ix-xogħol ta’ irdim u formazzjoni ta’ art tal-konkos rinfurzat li jinkludi wkoll sistema ta’ drejns u oil separator. Sar ukoll it-twessih tal-parti ta’ barra fejn jidħlu l-bastimenti permezz ta’ pjattaformi li jistrieħu fuq piles tal-konkos rinfurzat biex ikun jista’ jiġi akkomodat dan il-hoist crane. Ix-xogħol fuq l-ewwel pjattaforma tlesta’ u bħalissa għaddej x-xogħol fuq it-tieni pjattaforma fejn diġa’ tqiegħdu il-piles tal-konkos rinfurzat biex tkun tista’ titwessa din il-parti wkoll.

Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-Task Force

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew imqabbda skont mistoqsija parlamentari 24972 mingħajr ma jagħti kemm tħallsu? Jista' jgħid jekk il-ħlas sarx mill-gvern jew inkella mill-Air Malta stess?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

rapport biex tittejjeb l-effiċjenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32390 u jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet ippreżentawx ir-rapport mitlub sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza bi 2% kif kien ġie espress mill-istess Ministru? Jekk iva, liema kienu dawn id-dipartimenti li għamlu dan? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed jiġu mpoġġija kopja tar-rapporti li ġew ippreżentati mid-dipartimenti u mill-entitajiet fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza bi 2% jew aktar. B’referenza għal-lista tal-entitajiet li kienet inpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fit-28 t’Ottubru 2011, erba’ entitajiet li kienu fuq din il-lista ma ppreżentawx rapporti fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, u kien hemm entità li skont ir-rapport ippreżentat, l-effiċjenza kienet inqas minn 2%.

Żejtun — ġibjuni imsewwija u mnaddfa

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2010 sal-lum, kemm u liema ġibjuni ġew imsewwija u mnaddfa fiż-Żejtun u fil-limiti taż-Żejtun? Kemm huwa stmat li hemm ġibjuni fl-istess inħawi u kemm minnhom qed jiffunzjonaw?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-limiti taż-Żejtun hemm erba’ ġibjuni mikxufin li kienu nbnew biex jirċievu ilma tax-xita mit-toroq ta’ madwarhom. Għalkemm dawn il-ġwiebi mhumiex responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru. Dan il-Ministeru ħa l-inizjattiva biex jara li dawn jinżammu fi stat tajjeb għall-benefiċju tal-bdiewa. Mis-sena 2010 sal-lum, ġew imnaddfa tliet ġibjuni, wieħed fiż-żona magħrufa bħala San Klement, ieħor fiż-żona magħrufa San Niklaw, u ieħor fi Triq Tal-Barrani. L-ewwel wieħed, barra li kien imnaddaf, ġie wkoll imsewwi Fil-preżent, tlieta minn dawn il-ġibjuni qed jirċievu ilma tax-xita fihom. Id-Dipartiment qed jieħu l-passi biex jiżdied l-ilma tax-xita li jmur fil-ġibjun li hemm f’ Tal-Barrani. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-mistoqsija dwar il-ġwiebi li mhumiex mikxufin lill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li huwa responsabbili Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tat-tliet aġenziji li jagħmlu parti mill-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali mis-sena 2008 sal-aħħar accounts li ġew awditjati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — servizz ta' call centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas Transport Malta fix-xahar għas-servizz tal-call centre li ngħata lill-Aviation Group? Jista' jgħid ukoll jekk l-impjegati f'dan il-call centre ġewx magħżula minn fost l-impjegati ta' Transport Malta stess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u allura ta’ natura kunfidenzjali. Għar-rigward tal-aġenti tal-Call Centre li qed jaqdu l-funzjonijiet tagħhom għan-nom ta' Transport Malta, ninsab infurmat li dawn ma ġewx magħżula minn fost l-impjegati ta’ Transport Malta.

Direttur tax-Xogħol — ħlas lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi investigata mid-Direttur tax-Xogħol jew il-persuna jew l-awtorità kompetenti dikjarazzjoni li saret minn individwu pubbliku li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament fejn instema' jgħid fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni li huwa jiddiskrimina bejn ħaddiema li jħaddnu twemmin differenti minn tiegħu anke, fejn jidħol il-ħlas dovut lilhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mogħtija minnu ġew mgħoddija immedjatament lid-Dipartiment tax-Xogħol u Relazzjonijiet Industrijali sabiex jagħmel l-investigazzjoni.