Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar – Triq Ġanni Bonavia – xogħlijiet fuq triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla l-kumplament ta’ Triq Ġanni Bonavia ġewwa Ħaż-Żabbar, fejn huwa meħtieġ li jitlestew ukoll is-servizzi tad-drenaġġ u l-ilma?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq Ġanni Bonavia, Żabbar hemm xogħol għaddej. Infrastructure Malta ser tkun qed tintervjeni wara li dawn ix-xogħlijiet ikunu kompluti.

Ċentri tal-Klabb 3 — 16

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6094 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċentri tal-Klabb 3-16 u fejn huma allokati? Kemm jattendu studenti għal dan is-servizz? X’inhija l-funzjoni tagħhom? Jista’ jgħid jekk dawn humiex bil-ħlas? Jista’ jgħid ukoll x’għandu wieħed jagħmel biex jibda jirċievi dan is-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Marsaskala — Anzjani li jgħixu waħidhom

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5655, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-3,085 anzjan li jgħixu f’Marsaskala qegħdin jgħixu waħedhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn 3,085 persuna li għandhom 60 sena jew iżjed, u joqogħdu Marsaskala, hemm 233 persuna li jgħixu f'istituzzjoni, u 2,852 fi djar privati. Fost dawn li jgħixu fi djar privati, hemm 1,817 anzjani li joqogħdu fi djar fejn il-membri kollha tad-dar għandhom 60 sena jew iktar. Minn dawn, 614 anzjan jgħixu f’dar b’persuna waħda. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar 2021.

Spiża dwar l-Obeżità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet l-ispiża fuq l-obeżità matul is-sena l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istima tal-ispiża fuq l-obeżità hija eżerċizzju estensiv li tinvolvi riċerka sostanzjali u ma tinġabarx fuq bażi annwali.

Każijiet ta’ feriti gravi fuq anzjani

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6343, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ feriti ta’ natura gravi fuq anzjani mis-sena 2020 sas-sena l-oħra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2020 sa l-aħħar tas-sena 2022 kien hemm erbgħin każ ta’ feriti ta’ natura gravi fuq persuni ta’ sittin sena jew aktar. Minn dawn il-każi kien hemm tlieta u erbgħin vittma.

Berġa ta’ Wied il-Għajn- servizzi ta’ Nutrizzjonista u tas-Saħħa Mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jistax jingħata s-servizz ta’ Nutrizzjonista u servizz ta’ Saħħa Mentali għat-tfal u ż-żgħażagħ fil-Berġa ta’ Wied il-Għajn, bħalma hemm fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li minħabba li l-ispazju fiċ-ċentri komunitarji tas-saħħa huwa wieħed limitat, mhux possibbli illi s-servizzi kollha offruti jingħataw minn ċentru wieħed, id-dipartiment tal-Kura Primarja jagħmel ħiltu sabiex ċentri biswit xulxin jagħtu firxa ta’ servizzi fil-komunità.

Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kien in-numru ta’ priġunieri Maltin u barranin u fuq liema reati ġew ammessi dawn il-priġunieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fis-sena 2020 daħlu 1093 priġunier li minnhom kien hemm 417 Maltin u 676 barranin, fis-sena 2021 daħlu 867 li minnhom kien hemm 392 Maltin u 475 barranin, fis-sena 2022 daħlu 616 li minnhom kien hemm 357 Maltin u 259 barranin filwaqt li sal-21 ta’ April 2023 daħlu 245 priġunier li minnhom kien hemm 144 Maltin u 101 barranin fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Ir-reati li dawn il-priġunieri ġew ammessi bihom huma fit-tabella riprodotta hawn taħt: Abduction Accomplice in aggravated theft Accomplice in arson Accomplice in attempted aggravated theft Accomplice in Wilful Homicide Aggravated Theft Aided or assisted any person to land or attempt to land in Malta Aiding and abetting immigrants to leave or land in Malta clandestinely Arson Assault on Public Officers Attempted Violent Indecent Assault Attempted aggravated theft Attempted GBH Attempted Homicide Attempted theft Attempted theft from the elderly Attempted wilful homicide Blackmail Breach conditions of bail Breach of Art 28G(1) of Chapter 9 (Supervision Order) Breach of Art 412C of Chap 9 (Protection order) Breach of bail conditions Breach of probation order Breach of protection order Breach of public good order Breach of suspended sentence Breach of treatment order Causing an elder to suffer under circumstances likely to produce death Chapter 276, Art 14 of the Extradition Act. Compelling and inducing persons of age into prostitution Concealing of a dead body and altering of evidence conspiracy with other persons in committing a crime Conspiracy with other persons in drug trafficking Contravening court order Contraventions against the person - utters, insults or threats Conversion of Ammenda Conversion of multa Conversion of Ref's Fees Correctional Care order Corruption of minor Cruelty to Animals Cultivation of drugs Defilement/Corruption of minors Disobeying Police Orders Domectic Violence - GBH Domestic violence - attempted wilful homicide Domestic Violence - GBH Domestic Violence - Threats Domestic Violence - Arson Domestic Violence - Attempted GBH Domestic Violence - Attempted Homicide Domestic Violence - Attempted Rape Domestic violence - Attempted Slight Injuries Domestic Violence - Femicide Domestic Violence - GBH Domestic Violence - Harassment Domestic Violence - Illegal arrest Domestic Violence - Non Consensual act of a sexual nature Domestic Violence - private violence Domestic Violence - Rape Domestic Violence - Slight injuries Domestic Violence - Spoiled, damaged or caused injury in general Domestic violence - Stalking Domestic Violence - Threats Domestic Violence - Wilful Damages Domestic Violence - Wilful Homicide Domestic violence- GBH Domestic violence- rape Domestic violence- Threats Driving vehicle w/o licence Earned money from prostitution Escape from place of detention Escape from police custody European Arrest Warrant Failed to declare excess currency to the controller of customs Failed to give surety money to her husband Failed to give surety money to his wife Failing to produce passport, and giving information to the P.I.O. False declarations False declarations or information to a public authority False Pretences Falsification and Fraud Falsification of Passport Forgery of private writings Found drunk and incabale of taking care of himself Fraud and missapropriation GBH Harassment Harassment / Subjects a person to any act with sexual connotations Human Trafficking Hunt or attempt to hunt any bird which is protected under L.S. 549.42 Ill Treatment of Children Illegal Arrest Illegal hunting Importation of Drugs Indecent words or gestures or insulting remarks Indicent acts in public Inducing, etc., persons under age to prostitution Instigation, etc, of defilement of minors. Introduction of explosives into malta without licence Involuntary Bodily Harm Involuntary Homicide Landed or was in Malta w/o permit from the P.I.O. Loitering for prostitution Making use of a vehicle without being insured against third-party risks Malicious use of computer and fraud Malicious use of false documents Mandant in Factum Missapropriation Money laundering Non-Consensual Act of a sexual nature Non-consensual taking or disclosure of private sexual photographs and films Non-Consentual acts of a sexual nature Offences of criminal nature specific to electronic communications Operating, promoting, selling or participating in unauthoriesed gaming Organized Crime Participating in sexual activities with minors Perjury Possesion of Drugs with the intent to supply Possession and trafficking of Drugs Possession of Drugs Possession of drugs in CCF Possession of Drugs with the intent to supply Possession of false documents Possession of fire arm Possession of firearms during commission of offence Possession of indecent photos / films of persons under age Possession of Prohibited Knife Possession of prohibited weapon Private Violence Promotes, Constitutes Or Finances An Organisation To Commit Criminal Offences Promotes, Constitutes, Orginises Or Finances An Organisation To Commit Criminal Offences Protection Orders for Minors Public violence / Unlawful assembly Publicly instigated any other person to commit an offence Rape Rape of minors Receiving stolen articles Revocation of bail Revocation of Parole Licence Simulation of offence Slight injuries Spoiled, damaged or caused injury in general Stalking Stowaway Subornment of witness Suspension of Parole Licence Theft Theft from the elderly Theft of vehicle Threats Threats on public officers Traffic in persons to enter or leave Malta illegally Traffic of a person of age for the purpose of exploitation Traffic Offences Transfer of passport Trial by Jury Unlawful Assembly Unlawful exercise of public functions Unlawful presence in restricted zone Use of electronic communications apparatus to make threats Vilification, threats or bodily harm against public officers Violence against Public Officers Violent Indecent Assault Voluntary Damages Wilful Damages Wilful Homicide Withdrawal of bail

Servizz lil persuni bi problemi ta’ obeżità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’servizzi jeżistu sabiex jiġu megħjuna persuni li għandhom problemi ta’ obeżità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa Mater Dei fid-dipartiment tan-Nutrition & Dietetics hemm 10 Dieticians u dawn kollha huma involuti fir-riferimenti ta’ pazjenti obeżi b’kundizzjonijiet mediċi. Hemm ukoll Dietician mit-tim barjatriku li speċifikament jirrevedi fuq bażi regolari pazjenti b'obeżità li huma eliġibbli għall-kirurġija. Fil-Well-Being Unit f’Mater Dei hemm programm għall-immaniġġar tal-piż għall-obeżità u dan hu offrut lill-istaff kollu.

MTA — infiq fuq il-lokaltajiet ta' Marsaskala u Marsaxlokk

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala u Marsaxlokk mill-Awtorità tat-Turiżmu fis-sena 2021 u fis-sena 2022? Fuqiex intefqu dawn il-flus?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2021 u 2022 l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nefqet €126,921 fil-lokalità ta’ Marsaskala. Dan apparti t-€3.2 miljun b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea biex flimkien mal-Fondazzjoni Wirt Artna jiġi restawrat it-Torri ta’ San Tumas. Fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, l-Awtorità nefqet total ta’ €15,326. Min-naħa tal-Ministeru saru u għadhom għaddejjin xogħlijiet fiż-żona tal-Magħluq f’Marsaxlokk bl-ispiża s’issa telgħet għal aktar minn €130,000. Il-proġett jikkonsisti f’toroq ġodda, bankini ġodda, arranġamenti ġodda tat-traffiku, żona ta’ parkeġġ, uffiċċju tal-Informazzjoni għat-Turisti ġdid fjamant, u faċilitajiet pubbliċi rranġati fost l-oħrajn.

Berġa ta’ Marsaskala — servizz ta’ nutritionist

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li fil-Berġa ta’ Marsaskala jiġi introdott is-servizz ta’ nutritionist bħalma hemm f’ċerti bereġ oħrajn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-Nutritionists għandhom bażi ġewwa Kliniċi partikolari peress li x-xogħol ta’ Nutritionist jirrekjedi formazzjoni ta’ gruppi ta’ persuni. Dawk interessati jistgħu jiġu referuti mingħand kull professjonista jew billi jċemplu l-Primary HealthCare Client Support Centre fuq 21231231 jew 21222444. Jistgħu japplikaw ukoll fuq sit online - nutritionist.phc@gov.mt

Marsaskala — Ħaddiema taħt l-Iskema tal-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ħaddiema taħt l-Iskema tal-Komunità f’Marsaskala? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema f’din il-lokalità? Min hi l-persuna responsabbli minn dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-istess Kunsill għandu 12-il ħaddiem fejn dawn jaghmlu xoghol ta’ manutenzjoni, tindif, zebgħa, patching ta' tarmak kif ukoll tindif ta’ ġonna.

Marsaxlokk – Triq Lambordi limiti ta’ Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk tistax titkompla Triq Lambordi limiti ta’ Delimara, Marsaxlokk, li tiġi qrib ukoll Kamra tan-Nar, sa Triq Xrobb l-Għaġin, minħabba li s’issa nofsha biss saret?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà sar xogħol struttruali f’parti mit-triq imsemmija u bħalissa għaddej ukoll xogħol ta’ resurfacing wara li sar xogħol minn entitajiet oħra. Madanakollu, Infrastructure Malta għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ toroq residenzjali u rurali li se jkunu qed isiru f’kull lokalità, inkluż f’Masaxlokk, matul is-snin li ġejjin. Dawn id-diskussjonijiet għadhom ma ġewx konklużi.

Żejtun – Triq Ħal Tarxien –ħitan imwaqqa’ bil-maltemp

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li xi ħitan li waqgħu minħabba l-maltemp ta’ xi ġranet ilu fi Triq Ħal Tarxien, iż-Żejtun jiġu rranġati minħabba li huma ta’ periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn kien meħtieġ, id-Dipartiment tax-Xogħlijet Pubbliċi ħa ħsieb ineħħi kull ostaklu li seta’ kien hemm għat-traffiku.

Priġunieri barranin li ġew ripatrijati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ priġunieri barranin li ġew ripatrijati mis-sena 2020 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bejn l-2020 u l-aħħar ta' Jannar 2023 ġew ripatrijati minn pajjiżna 52 persuna lejn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropeja, li kienu nstabu ħatja ta' reat u skontaw sentenza ta' priġunerija f'pajjiżna. Huma ġew deportati fuq ordni tal-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni skont il-provediment tal-liġijiet Maltin.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża għal kull ġurnata ta’ priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar snin sar investiment bla preċedent fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, kemm permezz ta' żieda fil-ħaddiema u professjonisti li jaħdmu fuq riabilitazzjoni, ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid u anke investiment importanti ġewwa l-bini. L-ispiża fuq kull priġunier tvarja minn kemm ikun hemm priġunieri f'sena ġewwa l-aġenzija u dan meta wieħed iqis spejjeż diretti u indiretti. Matul is-sena 2022 ġew minfuqa madwar €135 kuljum għal kull priġunier.

Ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Victim Support Agency

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Victim Support Agency?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ dijetetiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ dijetetiku u kif wieħed jista’ jagħmel użu minnu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-servizz dijetetiku huwa offrut fid-djar residenzjali tal-Gvern u f’dawk privati fejn hemm sodod mixtrija mill-Gvern. Dan is-servizz huwa offrut ukoll lil dawk l-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom għal dan is-servizz. Kriterji ta' Riferiment għal servizzi dijetetiċi: A. Malnutrizzjoni jew f'riskju ta’ malnutrizzjoni · Pazjenti mibdula għal dieta likwidata; · Feriti – stadju 4-5 jew feriti li ma jfiqux jew feriti b’evidenza ta’ malnutrizzjoni (konsum baxx, piż li jiddeterjora); · Evidenza ta' malnutrizzjoni: Deterjorament fil-Konsum/Piż. B. Nutrizzjoni Enterali · Il-persuni kollha fuq Tmigħ Enterali (tmigħ permezz ta’ tubu NG, RIG jew PEG); · Titrazzjoni għal dieta orali C. Oħrajn · F'każ ta' tħassib nutrittiv ieħor, dawn iridu jiġu diskussi mad-dijetista tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Dan is-servizz huwa offrut lil: • Anzjani ta’ 60 sena ’l fuq, u ma joħorġux minn darhom. • Residenti f’Dar Residenzjali tal-Gvern jew li jifforma parti mill-iskema tal-Public Private Partnership (PPP). • Lil min jgħix fid-dar personali tiegħu u li ma jistax ikollu aċċess fi klinika tal-gvern minħabba saħħa u fraġilità. Wieħed jista’ japplika billi jniżżel applikazzjoni mis-sit tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Mehmuż mal-applikazzjoni, wieħed irid jinkludi: • Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-familja; • Lista ta’ kwalunkwe medikazzjoni li tittieħed; · Għal min jgħix f’dar residenzjali tal-Gvern jew dar residenzjali li tifforma parti mill-iskema tal-PPP, għandu jiġi riferut għal dan is-servizz mit-tabib jew infermiera responsabbli tad-dar residenzjali.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – taħriġ tal-IT lill-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn sar it-taħriġ tal-IT lill-anzjani li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u residenti fid-djar residenzjali tal-Gvern matul dawn l-aħħar sentejn u jekk hux se jsir aktar taħriġ matul din is-sena?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar sentejn sar it-taħriġ tal-IT lill-anzjani li jattendu fiċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva ta’ Birżebbuġa, il-Ħamrun, Ħad-Dingli, il-Mosta, in-Naxxar, Sta. Venera, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, l-Imġarr, Ħal-Luqa u s-Swieqi. Dan it-taħriġ sar ukoll ġewwa d-dar residenzjali tal-Mellieħa u bħalissa qiegħed jingħata fiċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għadha kif iffirmat ukoll ftehim mal-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA) biex tkompli toffri aktar taħriġ lill-Anzjani, f’livelli differenti.