Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-Task Force

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32740 u jgħid min kienu l-persuni li ġew imqabbda skont mistoqsija parlamentari 24972 mingħajr ma jagħti kemm tħallsu? Jista' jgħid jekk il-ħlas sarx mill-gvern jew inkella mill-Air Malta stess?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

care workers — kundizzjoni tax-xogħol imtejba

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32840 u jgħid x'passi konkreti ttieħdu ħalli l-care workers li qed jaħdmu fil-qasam tas-saħħa ma jkomplux jiġu sfruttati u abbużati minħabba kundizzjonijiet ħżiena fl-impjieg tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kuntratturi li għandhom kuntratt mad-Dipartiment tas-Saħħa biex jipprovdu servizzi ta’ careworkers huma responsabbli biex jassiguraw il-kundizzjonijiet tax-xogħol skont il-liġijiet tal-pajjiż. Id-Dipartiment tas-Saħħa huwa l-klijent li jirċievi dawn l-impjegati u minkejja dan, qed jistudja kif itejjeb il-kuntratti fit-tenders futuri. Barra minn hekk, qed jipprepara korsijiet ta’ informazzjoni u struzzjoni għal carworkers sabiex jigu nfurmati biex jifhmu n-natura u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Tqassim ta' ktieb: Minn Qalbna... Għalik

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33044 u jgħid kemm ġie jiswa il-ktejjeb ta' propoganda li jismu Minn Qalbna...Għalik? Kif tqassam u kemm ġie jiswa t-tqassim tiegħu? Kemm-il kopja ġiet imqassma? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol u jekk ingħatax b'direct order jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Servizz tal-fostering — quality indicators

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31585, jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu ppubblikati l-quality indicators li huma tant bżonnjużi biex ikollna servizz tal-fostering immexxi b'mod aktar professjonali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali ipprepara Standards Nazzjonali għat-Trobbija tat-Tfal fid-djar residenzjali u fil-foster care kif ukoll accreditation criteria għall-aġenziji tal-fostering. S’issa għad m’hemmx quality indicators għall-aġenziji tal-fostering, iżda s-servizz tal-fostering jiġi evalwat kull sentejn skont kif titlob il-Foster Care Act 2007.

Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali — draft law

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30589, jista' l-Ministru jindika meta id-draft law li ilha lesta minn 2008 dwar il-bżonn ta' liċenzja lid-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali biex tibda tinvestiga s-servizzi mogħija mill-gvern u entitajiet oħra, titressaq quddiem il-Parlament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xoghol fuq l-abbozz ta' liġi wasal fl-aħħar stadju. Fadal biss il-bżonn tal-aħħar konsultazzjonijiet li qed nara li jiġu konkluzi fi żmien qasir.

Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Program Budz

Question

Jista' l-Ministru jelenka xi programmi li jeżistu għat-tfal b'challenging behaviour? X'kienet ir-raġuni li l-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali waqfet il-Programm Budz? Kemm kien hemm tfal li laħqu għamlu użu minn dan is-servizz?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-OnorevoliInterpellant li fis-sena 2008, l-programm Budz laqa' ħdax-il adoloxxent - ħamsa tas-sess maskil u sitta tas-sess femminil. Dawn gew minn diversi lokalitajiet madwar Malta. L-attendenza ma kinitx wahda regolari minkejja li l-haddiema socjali kienu jaghmlu minn kollox biex iheggu lil dawn iz-zghazagh jattendu u sahansitra gieli anke marru ghalihom sabiex jigu. Gie evalwat dan il-programm u nhass li hu ta aktar beneficcju li jsir xoghol individwali ma’ dawn l-adoloxxenti u ghalhekk dan il-programm waqaf. L-ahhar grupp ta’ Budz sar lejn l-ahhar ta l-2008. Matul is-sena 2009 saru diskussjonijiet u anke gie evalwat dan il-program biex jigu identifikati il-bzonnijiet taz-zghazagh u kif jistghu dawn jigu mghejjuna ahjar. Iz-zewg servizzi tal-Fondazzjoni; l-Youth Outreach (Appogg) u Teen Support Service (Sedqa), komplew b`dan ix-xoghol individwali matul is-sena 2009-2010 sakemm fl-2010 wara diskussjonijiet bejn iz-zewg Agenziji gie deciz li dawn iz-zewg servizzi jinghaqdu f`wiehed u ghalhekk gie mqawwaf l-Youth in Focus li jaghmel parti mill-Agenizja Appogg sabiex jahdem ma’ adoloxxenti li ghaddejjin minn diffikultajiet kemm ta’ droga u alokohol kif ukoll diffikultajiet ta mgieba. Zghazagh li huma ga involuti fil-prostituzzjoni, kriminalita, etc jistghu jibbenefikaw minn dan is-servizz li fih jigbor grupp ta haddiema socjali li x-xoghol ewlieni taghhom hu li jghinu lil dawn l-adoloxxenti fil-hajja taghhom u anke jaghmlu xoghol mal-genituri, carers u nies ohra fil-hajja ta dawn l-adoloxxenti. Isir hafna xoghol intensiv flimkien ma’ professjonisti ohra bhalma huma probation officers , pulizija, skejjel, psikologi, psikjatri u anke xoghol ma haddiema li jahdmu f`xi dar residenzjali. Fil-prezent dan is-servizz qed joffri ghajnuna lil madwar 210 adoloxxent u l-familji taghhom. Wara l-programm Budz, beda jopera wkoll programm iehor b`fondi ta l-Unjoni Ewropeja – E4L- Embark for Life - Integration of Young People into the Labour Market (ESF 3.61). Dan joffri ghajnuna lil zghazagh b’diffikultajiet ta’ mgieba jew ragunijiet ohra sabiex jigu integrati fid-dinja tax-xoghol. Ghaldaqstant dawn is-servizz issostitwew il-Programm Budz u ghaldaqstant l-Fondazzjoni m’ghandiex il-hsieb li jergaw joperaw il-programm Budz.

Restawr tal-Knisja tal-Parroċċa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex xi talba mill-parroċċa taż-Żejtun għal xi għajnuna ħalli l-knsija parrokjali tiġi restawrata? Jekk fl-affermattiv x'kienet it-tweġiba tal-awtoritajiet responsabbli mill-qasam tal-kultura u r-restawr f'pajjiżna? Jikkunsidra l-gvern li jagħti l-għajnuna ħalli dan ir-restawr tant meħtieġ isir?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Ministeru għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura rċeviet talba mill-Parroċċa taż-Żejtun għall-għajnuna finanzjarja għall-proġett taħt l-Iskema għall-proġetti ta’ Turiżmu Sostenibbli mis-Settur Privat. Il-proġett jikkonsisti fir-restawr u l-ħolqien ta’ mużew tal-knisja. Dan il-proġett ħa jkun parti minn heritage trail il-Knisja taż-Żejtun qed tiżviluppa biex turisti jkunu jistgħu jgawdu l-valur storiku tar-raħal kemm f’kuntest storiku kif ukoll f’kuntest rurali. Il-proġett kellu suċċess fl-evalwazzjoni u b’hekk ġie allokat fondi strutturali taħt l-iskema.

Restawr tal-Knisja tal-Parroċċa taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi talba lill-Ministeru ħalli jkun jista' jgħin fir-restwar tant meħtieġ li l-knisja parrokjali taż-Żejtun tant għandha bżonn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nikkonferma li dan il-Ministeru rċieva talba ta’ għajnuna għar-restawr tal-knisja parrokjali taż-Żejtun liema talba qiegħda ttitieħed konsiderazzjoni tagħha flimkien ma’ ħafna talbiet oħra minn parroċċi oħra.

Marsaxlokk — Ġibjun tas-Silġ qrib kamra tan-nar taż-Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ilma fil-ġibjun tas-Silġ limiti ta' Marsaxlokk u li jinsab qrib il-kamra tan-nar taż-Żejtun mhux qed jasal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32408 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Żejtun — Sqaq Ħaż-Żabbar - Bozza tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza li ilha tiġi rappurtata xi ftit tal-ġimgħat li tinsab fi Sqaq Ħaż-Żabbar numru 3 fiż-Żejtun minħabba li dan huwa l-uniku dawl li hemm f'dan l-isqaq? Jista' jara ukoll li kanna tal-ilma li hija maqsuma tiġi msewwija minħabba l-ħela ta' ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħsarat msemmija ġew imsewwija.

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — karozza mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista' jgħid kemm minnhom għandhom karozza mħallsa mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u kemm hemm karozzi għall-użu tal-istess fondazzjoni? Kemm kienet l-ispiża fis-sena 2010 u 2011 għal dawn il-karozzi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandha fuq il-kotba tagħha 363 impjegat. Dawn huma mqassmin madwar numru ta’ entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’. Persuni fil-gradi ta’ senior management jingħataw jew użu ta’ karozza, jew transport allowance. Dawn skont il-proviżjonijiet tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom mal-Fondazzjoni.

Kunsilli lokali — servizzi marbuta mal-qasam soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se taħdem l-inizjattiva li ħabbar xi ġranet ilu fejn minn numru ta' kunsilli lokali se jkun qed jipprovdu servizzi marbuta mal-qasam soċjali? Jista' jgħid x'tibdil se jseħħ wara li tħabbret din l-inizjattiva?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din is-sistema se tkun qed topera bħala parti minn pjan ta’ ristrutturar tas-servizzi ta’ Customer Care li jagħti d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Id-Dipartiment prezentament ghandu 24 Uffiċċju Distrettwali madwar Malta. Issa id-Dipartiment ser jifrex is-servizz tiegħu f’10 lokalitajiet oħra mal-24 li diġa' jagħti s-servizz fihom. Is-servizz se jkun qed jingħata darba fil-ġimgħa mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħ’Attard, Santa Venera, l-Imqabba, Pembroke, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, Wied il-Għajn, ix-Xagħra u l-Għarb. Dawn se jiżdiedu mal-Kunsill Lokali tal-Gudja li diġa ilu sentejn joffri dan is-servizz. Grazzi għal din l-estensjoni tal-uffiċċji tal-customer care fil-lokalitajiet, minflok imorru f’raħal ieħor jew fl-uffiċċju distrettwali biex jinqdew għal dak kollu li jkollhom bżonn fejn jidħlu informazzjoni u applikazzjonijiet, ir-residenti issa jistgħu jinqdew permezz tal-one-stop shop li qed joffrilhom il-Kunsill Lokali tagħhom stess. Fost l-oħrajn ir-residenti jistgħu japplikaw għal kwalunkwe benefiċċju tas-sigurta’ socjali li ma jirrikjedix dikjarazzjoni guramentata, jagħmlu rapporti dwar bdil fiċ-ċirkostanżi, japplikaw għal jew iġeddu l-karta r-roża, jissottomettu ċertifikati tal-mard, u jagħmlu kwalunkwe talba għall-informazzjoni fuq sigurta’ socjali. Għal dan il-għan uffiċċjali mid-Dipartiment se jkunu qed joffru s-servizzi tagħhom mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Huwa ppjanat li fil-futur dan is-servizz ikompli jkun estiż għal iżjed Kunsilli Lokali.

Benefit Fraud Investigation Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jaħdmu fil-Benefit Fraud Investigation Directorate fi ħdan il-qasam tas-Sigurtà Soċjali? Jista' jgħid kemm minnhom huma spetturi fi ħdan l-istess direttorat?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-Dipartiment għall-Frodi u Investigazzjoni dwar Benefiċċji bħalissa hemm jaħdmu tmien persuni. Id-Dipartiment jinsab għaddej bil-proċess biex joħrog sejħa għal Spetturi ġodda biex jieħdu post dawk li spiċċaw fl-aħħar xhur.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati self employed

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32405, jista' l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet l-oħra tawx l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' self employed li huma impjegati? Jekk iva, jista' jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra kif intqal fit-tweġiba msemmija?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b'zieda mar-risposta ghall-mistoqsija parlamentari 32405 kien fadal tasal l-informazzjoni mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali. Il-persuni li jahdmu bhala self-employed fi hdan l-FSWS huma 8. Seba' minn dawn huma allaccjati ma' progetti ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja. Dawn huma assistant project administrator, 4 professonal youth support workers u 2 project administrators. Hemm persuna ohra li hija driver. Dan jahdem mal-persuni b'dizabilita’ u ghandu bzonn tip ta' licenzja tas-sewqan specjali. Ghalhekk filwaqt li kien ghaddej process biex jigu trasferiti xufiera ohra minn entitajiet ohra ghal mal-FSWS kellu jinghata dan il-kuntratt biex dan is-servizz ta' transport ma jieqafx.

serq minn numru ta' djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32418 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32225, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mis-sena 2008 'l hawn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

persuni li għandhom skorta tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom skorta tal-pulizija? Jista' jgħid jekk din hux 24 siegħa jew inkella għal xi ħinijiet biss? Jista' jgħid ukoll jekk dawn l-istess persuni jew inkella oħrajn għandhomx għassa mar-residenza tagħhom jew ma' xi post ieħor? Hemm xi persuni li għandhom skorta wkoll meta jkunu barra mill-pajjiż? Dawn l-istess persuni kemm ilhom bl-iskorta tal-pulizija? Kemm huwa stmat li tqum kull skorta? Kemm kienet l-ispiża, sena b'sena, fis-snin 2010, 2011 u matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Bħal ma diġa' kelli l-okkażjoni ngħid, mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar miżuri ta' sigurta' li jittieħdu mill-Awtoritajiet kkonċernati meta u fejn ikun meħtieġ.

Gaming Parlours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus skont il-liġi mill-gaming parlours liema fondi jmorru għall-kawżi soċjali? Jista' jagħti din l-informazzjoni għas-snin 2010, 2011 u għal din is-sena separatament? Kif intużaw dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi il-Liġi li tirregola l-Gaming Devices (u Parlours) daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2011, filwaqt illi l-ewwel applikazzjonijiet daħlu għal ħabta ta’ Settembru 2011. Fis-27 ta’ Frar 2012 ingħataw permess illi jiftħu l-ewwel Gaming Parlours u għaldqastant għadha ma nġabret ebda taxxa minn dawn il-ħwienet.

Fgura — Triq il-Foss - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Foss ġewwa l-Fgura ssir kollha kemm hi għallanqas sal-aħħar residenti li hemm fiha minħabba li l-kuntrattur qed jgħid li huwa l-ewwel parti biss se jagħmel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din il-parti msemmija se tiddaħħal bħala parti mix-xogħol ta’ Transport Malta u se tinħareġ sejħa għall-offerti oħra għal dan ix-xogħol.

Transport Malta — tabelli mwaħlin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sens jagħmel li Transport Malta toqgħod twaħħal tabella ma' kull ftit metri ta' tarmac meta minbarra l-kunsilli lokali hija Transport Malta biss li tagħmel it-toroq f'pajjiżna u dan apparti li dawn it-tabelli qed ikerrhu l-ambjent speċjalment fejn f'numru ta' toroq hemm aktar minn tabella waħda u dan għal ftit metri ta' tarmac biss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imsemmija tabelli jitwaħħlu għal perjodu ta’ gimgħatejn biss minn meta jitlesta x-xogħol. Dawn jiffurmaw parti mit-tabelli li jwaħħal il-kuntrattur waqt ix-xogħlijiet skont kif ikun stipulat mill-pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku. Bħall-kumplament tat-tabelli, dawn it-tabelli jibqgħu propjeta’ tal-kuntrattur li jista’ jerġa’ jużahom f’postijiet oħra fejn ikun wettaq xogħol ieħor għal Transport Malta. B’dawn it-tabelli, Transport Malta tkun qed turi ownership tax-xogħol li tkun għamlet, minħabba li xogħol ieħor jista’ jkun sar minn Kunsilli Lokali, li ħafna drabi huma wkoll jagħmlu tabelli simili għax-xogħol li jwettqu. Dawn it-tabelli jinkludu wkoll informazzjoni dwar kif il-pubbliku jista’ jikkuntatja lil Transport Malta.