Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas ta' konsulenti tal-Air Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34892, jista l-Ministru jgħid jekk il-konsulenti tal-Air Malta tħallsux mill-gvern u allura minn fondi pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni ma tistax tingħata għax hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35508 u jgħid jekk taħt id-dekasteru tiegħu jiġux regolati dawk li huma magħrufa bħala hawker ticket seller? Jekk fl-affermativ liema awtorità jew dipartimenti huwa responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Liċenzja ta' hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35506 u jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35506.

ticket booths fl-area tal-Viset

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35499 u jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartment tal Kummerċ ma jilliċenzjax ticket booths.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistpqsija parlamentari 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — ilmenti fuq nemus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diversi awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu rċevewx xi ilment jew ilmenti dwar ammont ta' nemus li qed ikun hemm ġewwa Bormla? Jekk fl-affermattiv, saru xi investigazzjonijiet dwar għaliex hemm dan in-nemus kollu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali mill-bidu tax-xahar ta’ Ġunju ta’ din is-sena rċieva erba` ilmenti dwar ammont ta’ nemus minn residenti li joqgħodu fil-viċinanzi tal-Baċir Nru. 1. Mill-ispezzjoni li saret minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali dan l-ilment ġie kkonfermat u mill-investigazzjoni li saret instabet ħofra kbira bl-ilma fl-istess baċir li tista` tkun wieħed mis-sorsi għal din l-infestazzjoni tan-nemus u nsetti oħra. Għaldaqstant sar immedjatament kuntatt ma’ uffiċċjali fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonijiet fejn ġew infurmati bil-problema u minn hemm sar kuntatt mall-Project Leader tal-Grand Harbour Regeneration Corporation plc, liema korporazzjoni hija responsabbli għall-proġett ta’ żvilupp tal-Baċir Nru. 1. Fil-5 ta’ Ġunju, 2012 bdiet tittieħed azzjoni sabiex jitbattal l-ilma qiegħed, u sabiex tiġi ndirizzata l-problema tan-nemus u insetti oħra. Sadanittant instab li qed inixxi ilma minn taħt it-triq għal ġol-Baċir, liema problema qed tiġi nvestigata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Saret spezzjoni oħra fuq il-post minn uffiċjali ta’ dan id-Direttorat fl-14 ta’ Ġunju 2012 fejn il-problema tan-nemus u nsetti oħra ġiet innotata li naqset ħafna permezz tal-ippumpjar frekwenti ta’ ilma baħar frisk u riċirkolazzjoni tal-ilma biex ma jiġix qiegħed u ghalhekk jkun lok ta’ fejn ibejtu aktar insetti. Fi żmien qasir parti kbira mill-ħofra se tiġi mirduma iżda parti oħra se tibqa għaliex hija parti mill-proġett bħala ‘ water feature’ , iżda l-ilma se jibqa jiġi ċċirkolat. Is-sitwazzjoni se tibqa tiġi mmonitorjata kontinwament.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

ticket booths fl-area tal-Viset

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Liċenzja ta' hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Hawker ticket seller — proċedura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru huwiex responsabbli mill-ħruġ ta' hawker ticket seller? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura addottata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura mhuwiex responsabbli mill-ħruġ ta’ hawker ticket seller għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk taħt id-dekasteru tiegħu jiġux regolati dawk li huma magħrufa bħala hawker ticket seller? Jekk fl-affermativ liema awtorità jew dipartimenti huwa responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fgura — Triq il-Foss - tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx it-tender sabiex Triq il-Foss ġewwa l-Fgura ssir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fuq il-parti ta’ din it-triq, bejn Triq Hompesch u Triq il-Kottoner sar xogħol t’asfaltar f'dawn l-aħħar ġranet. Għall-parti li hija cul de sac, saru l-istejjem tax-xogħlijiet meħtieġa u ġie maħruġ Call for Tenders fil-ġranet li għaddew.

Marsaxlokk — tindif ta' latrina

Question

Jista' l-Ministru jara li l-latrina pubblika li tinsab faċċata tal-knisja ta' Marsaxlokk fejn jarma l-monti tiġi miżmuma b'mod nadif minħabba li kemm Maltin kif ukoll turisti qed jilmentaw minn ħmieġ kbir fiha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli interpellant li responsabbiltà ta’ din il-latrina kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, għalhekk nitolbu jqajjem il-każ ma’ dan il-kunsill lokali.

tender għal trasport bil-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-tender għat-trasport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta u mill-Belt Valletta għall-Kottonera? Meta għalqet din it-tender u x'ġara minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-Tender "Provision of Scheduled Maritime Ferry Services for the Grand Harbour and the Port of Marsamxett" għalqet fis-16 ta' Frar 2012. Transport Malta rċeviet offerta waħda. Intbagħtet il-Letter of Acceptance fid-29 ta' Marzu 2012 u Transport Malta preżentament tinsab f'diskussjonijiet mal-kumpanija li tefgħet l-offerta biex jiġi finalizzat il-kuntratt għas-servizz.

Kon Katidral ta' San Ġwann — xogħol marbut ma' restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuni li qed jaħdmu u qed jagħmlu xi tip ta' xogħol marbut ma' restawr li qed isir fil-Kon Katidral ta' San Ġwann ġewwa l-Belt Valletta huma kollha persuni kwalifikati u mħarrga sewwa fis-sengħa tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ix-Xogħol ta’ restawr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann isir skond standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali kif inhu stabilit mill-ECCO (European Confederation of Conservators-Restorers Organisation). Kull impjegat li jagħmel xogħol ta’ restawr għall-Fondazzjoni tal-Konkatidral hu kwalifikat b’mod xieraq u/jew għandu esperjenza skont il-kariga tiegħu. Il-Fondazzjoni tqabbad konsulenti skond il-qasam partikulari ta’ xogħol meta u kif hemm b¿onn. Kull individwu, kuntrattur tar-restawr u l-ħaddiema tiegħu li jitqabbdu jagħmlu xogħol ta’ restawr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann huma kwalifikati kif jixraq jew għandhom esperjenza fix-xogħol li jitqabbdu jagħmlu. Qabel ma’ jibda x-xogħol, il-kuntratturi huma obbligati jippre¿entaw CV dettaljata ta’ kull impjegat tagħhom, dikjarazzjoni dettaljata tal-metodoloġija u speċifikazzjoni tal-materjal li jkun ser jintu¿a. Ix-xogħol kollu huwa sorveljat mill-kuratur u l-konservatur tal-Fondazzjoni. Testijiet preliminari xjentifiċi jsiru hekk kif il-proġett jibda u tintu¿a l-metodologija addattata kif hemm b¿onn. Il-kuntrattur hu obligat ukoll li jippre¿enta rapport finali li jkun fih l-istudji artistiċi u l-istorja, il-metodologija w¿ata, dokumentazzjoni bir-ritratti u grafika u l-aħħar ri¿ultati tat-testijiet ta’ dak il-proġett partikolari. Il-permessi kollha meħtieġa huma miġjuba mill-MEPA u konsultazzjonijiet isiru ma’ uffiċjali tal-MEPA kull meta jkun hemm b¿onn. Kopji tar-rapporti dwar ir-restawr huma ddepo¿itati fl-uffiċju tas-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali.

Arms Ltd — għajnuna biex jitħallas kont

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tiġi mgħejjuna mill-kumpanija ARMS Ltd dwar kif tista' tħallas il-kont tad-dawl imma b'mod li ma jinħoloqx tbatijiet għaliha u għal dawk il-persuni li jgħixu magħha minħabba ċ-ċirkustanzi soċjali li tinsab fihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Fgura — Triq il-Merħba - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq il-Merħba ġewwa l-Fgura wara li x-xogħol fuq is-servizzi u l-bankini tlesta u li għad jonqos huwa t-tarmac f'parti minn din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol twaqqaf sakemm instabet soluzzjoni oħra għall-ġbir tal-ilma tax-xita. Ix-xogħol mistenni jitkompla sa nofs il-ġimgħa d-dieħla.
Leg 11 PQ #35144 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal LSA

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tingħata LSA wara li suppost kellha tidħol fi Frar ta' din is-sena u s'issa għad ma tistax tagħmel dan minħabba li ma ġietx mogħtija LSA skont kif ġie konkluż fir-rapporti li saru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament ingħatat is-servizz ta’ supply learning support assistant (SLSA) li ġiet mpjegata fid-29 ta’ Mejju 2012.

Żejtun — Triq il-Fieres - kanali mkissra

Question

Jista' l-Ministru jara li kanali li jinsabu fuq il-ħitan tas-sejjiegħ fi Triq il-Fieres ġewwa ż-Żejtun jiġu msewwija minħabba li jinsabu mkissrin u allura qed jinħela ħafna ilma li qed jaqa' fit-triq wara li jkun ġie ppumpjat mill-impjant ta' Sant' Antnin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dan il-każ diġa ġie investigat u diġa qed jittieħdu l-passi meħtieġ sabiex it-tiswija meħtieġa ssir fl-iqsar żmien possibbli.

Valley Management Unit — tnaqqis ta' allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Valley Management Unit li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu tneħħewlhom l-allowances li kienu jieħdu sa ftit żmien ilu minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li meta l-ħaddiema konċernati jkunu ntitolati għal xi allowance, huma għadhom jirċievu l-ħlas dovut lilhom. Barra minn hekk nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26738.