Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35876 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

mod kif tħallas entità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sistema li entità governattiva inkluż kunsilli lokali, jitħallsu lura xi flejjes li l-istess entità li tkun ħallset żejjed lil xi kumpanija kummerċjali dak li tissejjaħ refund, li l-entità li tkun tħallset żejjed, tagħti lura l-ammont li tkun irċeviet żejjed, jew tħallset żejjed għal xi servizz li tkun għamlet, flok fi flus, tħallas lura b'oġġetti jew affarijiet oħra, iżjed u iżjed jekk dawk l-affarijiet jew oġġetti ma jkunux manifatturati minnha, dak li fis-sistema kummerċjali tissejjaħ bartering hijiex skont ir-regolamenti finanzjarji? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk sistema bħal din hijiex fit-termini tar-regolamenti finanzjarji u jekk xi dipartiment tal-gvern, kumpaniji governattivi u kunsilli lokali, jaddottaw din il-proċedura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Filwaqt illi nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat għal dak li jirrigwarda regolamenti finanzjarji applikabbli għad-dipartimenti tal-gvern u kumpaniji governattivi, ninsab infurmat li, fil-każ ta’ kunsilli lokali, il-Proċeduri dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) tal-1996, jikkontemplaw l-użu ta’ credit notes bħala parti minn transazzjonijiet ta’ xiri.
Leg 11 PQ #35877 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

SATU — informazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm qed jalloka flus ghas-sena 2012 sabiex jiġi finanzjat is-SATU? Mil-liema vot qed joħorġu dawn il-fondi? Kemm intefqu flus f’dawn l-aħħar erba’ snin mis-sena 2008 sas-sena 2011 sena b’sena? Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa s-suċċess tas-SATU sabiex priġunieri jiġu riabilitati mill-vizzju tad-droga? Kif jinterpreta u x’jikkummenta l-Prim Ministru fuq stqarrija li qal uffiċjal pubbliku li jaħdem mall-Aġenzija Seqda fejn stqarr li l-ħabs mhux post fejn persuni bi problema ta’droga jiġu riabilitati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul is-snin indikati mill-Onorevoli Interpellant in-nefqa komplessiva fir-rigward ta’ programmi ta’ rijabilitazzjoni mid-droga taħt il-Vot tad-Dipartiment li jipprovdi speċifikament għal dan it-tip ta’servizz kienet kif jidher hawn taħt: 2008: €260,000 2009: €290,000 2010: €325,000 2011: €257,687 Dawn ma jinkludux spejjeż oħra li jkunu ġew koperti taħt il-Voti ġenerali tad-Dipartiment, u dan japplika b’mod speċjali għal-manteniment u żamma tas-SATU, li flimkien mas-SEDQA u l-Caritas jipprovdu l-programmi ta’ rijabilitazzjoni li jipparteċipaw fihom numru ta’ ħabsin. L-għan tar-rijabilitazzjoni hekk kif jista jikkonferma kull professjonist fil-qasam, huwa li tagħti lura il-valuri li l-persuna tkun warrbet mill-ħajja tagħha. F’dan il-kuntest id-dmir tal-Faċilità huwa li tipprovdi l-meżżi sabiex persuna tiġi kkurata, u hekk qed isir. Madankollu, l-Onorevoli Interpellant japprezza li ġewwa l-Faċilità hemm priġunieri li ghandhom dipendenza fuq id-droga li ħafna drabi ma jinsabux hemm biss għax kellhom fil-pussess tagħhom droga għal użu personali, iżda għax ikkommetew reati oħra ukoll. Filwaqt li huwa essenzjali li dawn il-persuni jingħataw l-opportunità għar-rijabilitazzjoni, u għalhekk il-Facilità tippromwovi dawn il-programmi kif inhu dmir tagħha li tagħmel, huwa wkoll meħtieġ li dawn jiskontaw ukoll is-sentenza tagħhom li hija propju r-raġuni ewlenija għaliex qegħdin hemm.
Leg 11 PQ #35870 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

Ikel mogħti lill-priġunieri — ilmenti

Question

Minħabba li kien hemm diversi ilmenti dwar l-ikel mogħti lill-priġunieri, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet għall-għarrieda mill-ispetturi tas-saħħa fil-ħabs? X’kien ir-riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin saru spezzjonjiet għal għarrieda mill-Ispetturi tas-Saħħa fil-kċina ta’ Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bir-riżultati li jidhru hawn taħt: 1. 2.7.2009 - Grade D; 2. 10.7.2010 – Grade C; 3. 14.4.2011 – Grade D; 4. 21.10.2011 – Grade D; 5. 25.6.2012 – Grade C. Infurmat ukoll li fil-biċċa l-kbira l-ilmenti dwar l-ikel minn ċertu priġunieri kienu aktar dwar palat.
Leg 11 PQ #35871 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

kunsili lokali — inventarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-kunsilli lokali bħala gvern lokali sostnuti u ffinanzjati minn fondi pubbliċi; a) humhiex obbligati fit-termini tal-liġi tal-kunsilli u/jew tar-regolamenti finanzjarji li jżommu inventarju tal-oġġetti permanenti li jippossedu, bħal computers , makkinarju, għamara, affarijiet elettroniċi eċċ.; b) jekk oġġetti ta’ natura permanenti li jingħataw lill-istess kunsilli f'forma ta’ donazzjoni jew sponsorships għandhomx ikunu wkoll inkluż fl-imsemmi inventarju; ċ) jekk teżistix proċedura li permezz tagħha oġġetti ta’ natura permanenti li jippossedu l-kunsilli, mixtrija jew mogħtija lilhom taħt forma ta’ donazzjoni jew sponsorship ma jibqgħux aktar tajbin għall-użu, jinqatgħux mill-istess inventarju; u d) jikkonfermax li responsabbli għal dan huma s-sindki u s-segretarji eżekuttivi? Jekk le, min hu responsabbli li jsegwi din il-proċedura.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), A.L. 155 tal-1993, (Regolament 39) “Is-Segretarju għandu joħloq, iżomm u jikkontrolla nventarju preċiż u aġġornat tal-beni u ta’ l-istokkijiet tal-Kunsill.” Ir-Regolamenti ma jispeċifikawx dwar dak li l-Onor. Interpellant sejjaħ “oġġetti ta’ natura permanenti li jingħataw lill-istess Kunsilli f’forma ta’ donazzjoni jew sponsorships”. Madankollu, ġa la darba tali oġġetti jsiru parti mill-beni u l-ħażniet tal-Kunsill, ir-Regolament 39 li semmejt japplika għalihom ukoll. Għaldaqstant, kemm il-darba tali oġġetti jsiru parti mill-beni u l-ħażniet tal-Kunsill, f’każ li ma jibqgħux tajbin għall-użu japplika Regolament 41 (6) u (7) tal-istess Regolamenti Finanzjarji li semmejt. Dan jistipola li “Materjal, beni, stokkijiet jew tagħmir li ma jibqgħux tajbin għall-użu għandhom jitneħħew b’offerta kompetittiva, b’irkant pubbliku jew b’xi mezz ieħor approvat mill-Kunsill, u jinqatgħu mill-kontijiet tal-Kunsill” u “Is-Segretarju għandu jgħarraf lill-Kunsill b’kull tneħħija” Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi), A.L. 155 tal-1993 41 (6) u (7). Finalment is-Segretarju Eżekuttiv huwa l-uffiċċjal responsabbli mill-inventarju.
Leg 11 PQ #35872 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

Xiri tal-apparat electronic tagging

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34694, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jinxtara l-apparat electronic tagging billi dan l-apparat jista’ jiġi introdott taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jippermetti li meta priġunier jingħata l-parole, il-Bord tal-Parole jista’ jimponi kundizzjonijiet li huwa jqis xierqa, u dawn jistgħu jinkludu l-moniteraġġ elettroniku, iżda dan il-moniteraġġ mhuwiex prerekwiżit sabiex jaħdem l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. F’dan ir-rigward wieħed irid ifakkar li l-Att msemmi jistabilixxi forom oħra ta’ moniteraġġ, jiġifieri li monitraġġ li jsir mill-Parole Officer inkarigat minn kull persuna li se tingħata il-parole u dan jibqa’ essenzjali, irrespettivament minn jekk priġunier ikunx suġġett għall-moniteraġġ elettroniku jew le. Il-moniteraġġ elettroniku huwa għodda siewja, iżda fil-kuntest tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, ta’ natura supplimentari. Fil-kuntest preżenti qegħda tingħata prijorita’ għal aktar tisħieħ fl-ambitu tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kif ukoll tad-Dipartiment għall-Parole u Probation. Għaldaqstant huwa prematur li wieħed jagħti dati preċiżi għax-xiri ta’ sistema ta’ moniteraġġ elettroniku.
Leg 11 PQ #35873 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

persuni l-ħabs minħabba ħlas ta' manteniment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fl-aħħar ħames snin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba li weħlu l-ħabs għax ma ħallsux il-manteniment lill-ulied jew lill-konjugi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi f dawn l-aħħar ħames snin il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korretiva għax ma ħallsux il-manteniment huwa kif indikat hawn: 2008 8 2009 5 2010 27 2011 8 2012 3
Leg 11 PQ #35874 Sitting 494 2012-06-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

pornografija — persuni akkużati

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35048, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm mid-69 persuna li weħlu sentenza ta’ prigunerija, sentenza ta’ priġunerija sospiża, probation, liberazzjoni kondizzjonata u kondizzjoni ta’ attendenza għal kura psikoloġika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi b’żieda mat-tagħrif mogħti bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35048, ninsab infurmat illi mid-69 persuna li ġew imressqa l-Qorti b’konnessjoni ma’ pornografija tat-tfal, matul dawn l-aħħar disa’ snin, kien hemm 49 persuna li kellhom il-kaz tagħhom deċiż. Il-pieni mogħtija kienu kif ġej: Sentenza ta’ priġunerija 1 Sentenza ta’ priġunerija sospiża 9 Sentenza ta’ priġunerija sospiża u multa 5 Sentenza ta’ priġunerija sospiża u ordni ta’ superviżjoni 6 Sentenza ta’ priġunerija sospiża u attendenza għal kura psikoloġika 15 Probation 5 Probation u trattament 2 Multa 5 Liberazzjoni kundizzjonata 1

Aġenzija Sapport — għajnuna lil persuni b'diżabilità fil-komunità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29678, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom jistennew is-37 persuna li jingħataw is-servizz fil-komunità wara li ġew approvati li jkollhom dan is-servizz?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament hemm tletin (30) persuna jistennew li jingħataw is-Servizz fil-Komunita wara li gew approvati li jkollhom dan is-servizz. Dan ghax kien hemm tnaqqis fil-‘waiting list’ minhabba li numru ta’ persuni bdew jiehdu s-servizz. Minn dawn it-tletin hemm hames persuni li diga qeghdin jiehdu s-servizz izda talbu zieda fuq in-numru ta’ sieghat li qed jiehdu. Hemm persuna li qed tistenna risposta meta se ssirilha operazzjoni qabel ma tkun tista’ tinghata s-servizz u persuna ohra li qed tistenna risposta ghal xoghol ghax ghanda bzonn xi ghajnuna ghal mat-tifel taghha. Ghaldaqstant dawn it-tnejn ta’ l-ahhar ma jistghux jinghataw is-servizz qabel ma jinfurmaw lill-Agenzija huma. Ghalhekk huma tlieta u ghoxrin (23) is-sitwazzjonijiet li ghadhom ma bdewx jiehdu servizz. Minn dawn, hemm wiehed u ghoxrin persuna li qed tistenna servizz fil-Komunita ghal-socjalizazzjoni u hemm zewg persuni li ghandhom bzonn assistenza personali. L-Agenzija taghmel l-almu taghha sabiex is-servizz jibda jigi pprovdut mill-aktar fis possibbli billi tevalwa kull sitwazzjoni li tigi approvata ghal Servizz fil-Komunita’ u tara kif is-servizz jista’ jibda jigi pprovdut specjalment f’dawk is-sitwazzjonijiet li jkollhom bzonn assistenza personali. L-Agenzija taghmel l-ahjar uzu mir-rizorsi taghha biex taqdi lill-klijenti li jkollhom bzonn dan is-servizz. Meta l-klijent jibda jinghata dan is-servizz, dan jibqa’ ghaddej ghal snin peress li n-natura tal-bzonn hi tali, ghaldaqstant, is-sitwazzjonijiet huwa rari li jinghalqu. Fil-maggoranza tas-sitwazzjonijiet gew approvati s-servizz bejn l-2011 u 2012.

Airmalta — ħlas lill-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern, b'mod partikolari tal-Ministeru tal-Finanzi, ħallasx lill-konsulenti tat-task force imwaqqfa minħabba l-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistax tingħata minħabba li hi ta’ natura kummerċjalment sensitiva. Ara korezzjoni f'PL 10279 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012 f'Seduta 496.

Airmalta — ħlas lill-konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern, b'mod partikolari tal-Ministeru tal-Finanzi, ħallasx lill-konsulenti tal-Air Malta f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistax tingħata minħabba li hi ta’ natura kummerċjalment sensitiva. Ara korrezzjoni f'PL 10280 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 2 ta' Lulju 2012 f'Seduta 496.

Testijiet minħabba l-mard tas-sider

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35153, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li jkunu koperti n-nisa kollha ta' età bejn il-50 u s-60 sena hux maħsub li dan l-iscreening jitkompla f'etajiet differenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li, kif kien ippjanat fil-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer, din is-sena ser issir evalwazzjoni tal-programm Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer tas-Sider. Bħalha parti minn din l-evalwazzjoni, se jiġi ddeterminat jekk u kif għandu jiġi estiż dan il-programm.

Transport Malta — Aviation Group - Call Centre

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34890, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu, u jekk huwa l-każ, kemm qed jinħarġu fondi mill-budget ta' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32598.

Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26702, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għandux issa l-istandards meħtieġa u jekk sarux konsultazzjonijiet pubbliċi u mal-entitajiet oħra biex jibdew isiru spezzjonijiet regolari fid-Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum bħalma jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawn l-istandards qed jinħadmu. Malli jkunu lesti bħala draft jinbeda proċess ta' konsultazzjoni pubblika u mal-entitajiet li jipprovdu dan is-servizz. Sadanittant, l-Aġenzija Sapport fi hdan il-Fondazzjoni tal-Ħarsien tas-Servizzi Socjali tilqa' u tinvestiga kull ilment li jista' jkun hemm fl-għoti tas-servizzi lil persuni b'diżabiltà.
Leg 11 PQ #35869 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

Persuni li daħlu l-Ħabs minħabba drogi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu priġunieri relatati ma’ droga fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin f’din il-leġislatura? Kemm minnhom huma traffikanti ta’ droga? Kemm minnhom irċevew il-programm ta’ riabilitazzjoni minħabba din il-problema serja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitlulba mill-Onorevoli Interpellant.

ticket booths fl-area tal-Viset

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35667.

Bormla — tindif tal-ilma qiegħed mill-Baċir Numru 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk parti mix-xoghol li qed isir ġewwa Bormla bħala parti mill-proġett hux se jiġi mnaddaf l-ilma qiegħed li hemm fil-Baċir numru 1 u li mid-dehra qed ikun il-kawża ta' numru ta' nemus aktar min-normal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-fatt l-ilma in kwistjoni qed jinbidel b'ieħor nadif.

Air Malta — konsulenti li jagħtu pariri lit-Task Force

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni li ġew imqabbda skont mistoqsija parlamentari 24972 mingħajr ma jagħti kemm tħallsu? Jista' jgħid jekk il-ħlas sarx mill-gvern jew inkella mill-Air Malta stess?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33364.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32403 u jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32403.

Taxxa mill-Gaming Parlour

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus skont il-liġi mill-gaming parlour minn meta bdiet tinġabar din it-taxxa? Xi jsir minn din it-taxxa miġbura?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35173.

Liċenzja ta' hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-liġi sussidjarja 441,07 imħaddma mid-Dipartiment tal-Kummerċ li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi ma tipprovdix għal-liċenzji ta’ hawker ticket seller. Tajjeb li wieħed jinnota pero li xi persuni kienu għamlu applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ attivita’ “sale of tickets.” Dawn l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ġew milqugħa fit-2010. Instab pero’ li dawn mhux qed ibiegħu l-biljetti bħala prodott per se imma bħala indikazzjoni li jinxtara xi tour mill-klijent. Il-klijent imbagħad ikun jista’ juża dan il-biljett biex jibbenifika mit-tour. Peress li d-Dipartiment tal-Kummerċ ma jilliċenzjax il-bejgħ ta’ tours inħass li dawn ir-reġistrazzjonijiet m’għandhomx jiġu mġedda. Dan l-aħħar jiem daħlu ukoll numru ta’ applikazzjonijiet ġodda tal-istess attivita’ abbażi ta’ dak li għadu kemm intqal iktar qabel. Id-Dipartiment tal-Kummerċ mhux qiegħed f’pożizzjoni li joħroġ liċenzja f’dan ir-rigward.