Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32818, jista' l-Ministru jgħid jekk dan iffisirx li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità politika tal-Ministru ma jżommu l-ebda kontroll fuq l-impjegati u dawk li jingħataw xi xogħol xi jwettqu? Jekk fin-negattiv, l-mistoqsija oriġinali tkun tista' tiġi mwieġba?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
ċentri tal-adulti għal persuni b'diżabilità — waiting list
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36653, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fiċ-Ċentri msemmija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-istatiska li ghandha l-Agenzja SAPPORT hemm 198 persuna b’dizabilità li qeghdin fuq il-waiting list ghas-Servizzi ta’ Matul il-Jum. Numru minn dawn il-persuni jattendu centri immexxija minn NGOs li uhud minnhom huma Ko-finanzjati mill-Gvern bil-fond tal-NGOs. Bhalissa ghaddejjin preparamenti bies issir talba ghal Ko-finanzjament mill-fondi tal-UE biex fis-snin li gejjin jinbnew centri ohra godda.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36654, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni konċernati u x'inhu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed separatament? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm se jkun il-perjodu li l-persuna li suppost spiċċat se tkompli tmexxi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill_onorevoli iNterpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jagħti pensjoni sħiħa lil dawk il-pensjonanti li jieħdu kemm pensjoni minn Malta u fl-istess waqt jirċievu pensjoni tas-Servizzi Ingliżi mingħajr ma jibqa' jkollhom tnaqqis fil-pensjoni li jirċievu minn Malta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninfirma lill-Onorevoli nterpellent li fis-sena 2008 il-Gvern beda proċess sabiex fuq medda ta’ snin jibda jonqos l-ammont li ma jiġix meqjus minn pensjoni tas-servizz li toriġina kemm minn Malta kif ukoll minn pajjiż barrani fil-kalkolu ta’ pensjoni kontributorja.
Fil-fatt l-ammont li fis-sena li qegħdin fiha li mhux jiġi meqjus hu ta’ €1,066 u l-ħsieb hu li dan l-ammont jibqa jiżdied skont ir-ritmu ekonomiku tal-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċentri tal-adulti għal persuni b'diżabilità? Fejn qegħdin u kemm hemm persuni f'kull ċentru? Jista' jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul f'dawn iċ-ċentri?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Aġenzija Sapport għandha fi ħdana disa’ Ċentri ta’ l-Adulti għall-Persuni b’Diżabilità. Dawn huma :-
Ċentru ta’ Ħal Far li fih jattendu 82 klijent
Ċentru tas-Swatar li fih jattendu 17-il klijent
Ċentru ta’ Paola li fih jattendu 24 klijent
Ċentru ta’ M’Scala li fih jattendu 63 klijent
Ċentru ta’ Fleur de Lys li fih jattendu 64 klijent
Ċentru ta’ l-Mtarfa li fih jattendu 88 klijent
Ċentru ta’ l-Mtarfa Resource li fih jattendu 21 klijent
Ċentru ta’ Cottonera li fih jattendu 16-il klijent
Ċentru ta’ Santa Venera li fih jattendu 19-il klijent
Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi l-Aġenzija Sapport issa li l-persuna li kienet qed tmexxi rtirat bl-età?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm il-persuna li tmexxi l-Aġenzija Sapport laħqet l-età tal-irtirar, din il-persuna aċċettat li tkompli tmexxi l-Aġenzija ghal perjodu flimkien mal-persuna appuntata wara sejha publika u b’hekk ġie assikurat kontinwità fil-ħidma tal-Aġenzija.
Tista' l-Ministru tgħid hemm studenti b'diżabilità li għandhom aktar minn 16-il sena li jinsabu fl-iskejjel sekondarji jew fl-iskejjel speċjali li llum qed jissejħu ċentri tar-riżorsi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36526 u jgħid Misraħ Karmenu Grima fiż-Żejtun li jaqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta meta se jiġi rranġat u jingħata t-tarmak wara numru ta’ snin mitluq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tinsab fil-lista tat-toroq residenzjali li għandhom jiġu asfaltati minn Transport Malta fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36273 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx kuntratt jew le għat-tqassim tal-frott fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv għalkemm żmien huwa t-terminu ta' dan il-kuntratt u min għandu dan il-kuntratt u kemm hu l-prezz tiegħu? Liema huma l-iskejjel li qed jibbenefikaw minn dan u x'obbligu għandu l-kuntrattur bħal kemm-il darba jrid iqassam frott u jekk dan jistax iġib frott minn barra jew inkella minn Malta biss jew taħlita tat-tnejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hemm kuntratt ta’ tliet snin (2011/12; 2012/13; 2013/14) mal-kuntrattur Frott Artna bil-prezz ta’ €0.30 għal kull tazza bil-frott jew ħaxix. It-tqassim ta’ dawn il-porzjonijiet isir fl-iskejjel kollha primarji tal-iStat, tal-Knisja kif ukoll dawk Privati għall-istudenti tal-etajiet bejn it-3 snin u l-10 snin (jiġifieri minn Kindergarten sa Year 6). It-tqassim huwa ta’ porzjon għal kull student kull ġimgħa matul is-sena skolastika, kif ukoll matul SkolaSajf. Il-kuntrattur huwa obbligat li jqassam darba porzjon ħaxix ma’ kull tliet darbiet frott. Il-kuntrattur jista’ jġib frott minn barra jekk kemm-il darba ma jkunx hemm biżżejjed provista ta’ frott lokali wara li jkun ġab l-approvazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija għall-Pagamenti li tamministra din l-iskema.
Żejtun — Ġebel San Martin - servizzi tad-dawl u ilma
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol f'Binja San Klement ġewwa Ġebel San Martin Housing Estate fiż-Żejtun minħabba li f'kamra isfel tal-blokka, s-servizzi tad-dawl u l-ilma huma flimkien meta suppost dawn ikunu separati? Peress li dan l-aħħar kien meħtieġ xi tiswijiet imma l-ħaddiema ma ħassewx li kien safe biżżejjed biex jagħmlu x-xogħol meta kien hemm dawn is-servizzi flimkien, jista' allura dan jiġi solvut ħalli ma jkunx hemm periklu għall-ħaddiema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-meters ġew installati fil-kamra li ġiet allokata mis-sidien tal-blokka stess. Id-deċiżjoni li l-meters tad-dawl u ta’ l-ilma jiġu nstallati flimkien kienet ukoll ittieħdet mis-sidien tal-blokka.
Kif jidher mir-ritratt li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, il-
meters
tal-elettriku huma stallati kif suppost bis-
service boxes
u l-apparat tal-
meters
kollha tal-
plastic
u iżolati. Jista’ jiġi nnutat li apparti l-
meters
tal-elettriku nbidlu wkoll il-
meters
tal-ilma u jidher illi dawn twaħħlu iktar fil-għoli bir-riżultat li ġew qrib tal-
meters
tal-elettriku. Hija r-responsabbilta’ tas-sidien illi jassiguraw li fil-propjeta’ tagħhom dawn is-servizzi ma jkunux aċċessibbli faċilment billi jistallaw kompartamenti biex jiżolaw aħjar dawn iż-żewġ servizzi.
Madankollu, tajjeb li wieħed jgħid illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ser tikkomunika mas-sidien, ħalli tiġi offruta lokazzjoni alternattiva fejn jeħlu l-
meters
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-anzjani li jagħlqu t-80 sena matul din is-sena humiex ukoll intitolati għall-€300 li ġew imħabbra fl-aħħar budget? Jekk fl-affermattiv dawn jieħdu l-ammont kollu jew parti minnu? Jekk fil-każ kif tiġi maħduma s-somma li jingħataw? Jista' jgħid ukoll jekk din l-għotja ta' €300 hux se titkompla s-sena d-dieħla wkoll jew le?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi dawk l-anzjani li jilħqu l-eta’ ta’ tmenin matul is-sena jkollhom dritt għal parti mill-ammont ta’ €300 bħala Għotja għall-Anzjani.
L-ammount dovut jirrifletti n-numru ta’ ġimgħat li jkun fadal sal-aħħar tas-sena mid-data li fiha l-anzjan jew l-anzjana jilħqu l-eta’ ta’ tmenin sena.
Nikkonferma ukoll illi l-Għotja msemmija ser tkompli titħallas is-sena d-dieħla ukoll.
Bulebel Industrial Estate — ħsara magħmula minn kuntrattur
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa l-ħsara li saret minn kuntrattur imqabbad mill-Malta Enterprise sabiex jagħmel xogħol f'Bulebel Industrial Estate u minħabba f'din il-ħsara għal xhur sħaħ is-servizz tad-dawl fit-toroq tal-industrial estate huwa maqtugħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħsara giet imsewwija fit-23 ta’ Ġunju 2012.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabilità politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32818.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kuntratt jew le għat-tqassim tal-frott fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv għalkemm żmien huwa t-terminu ta' dan il-kuntratt u min għandu dan il-kuntratt u kemm hu l-prezz tiegħu? Liema huma l-iskejjel li qed jibbenefikaw minn dan u x'obbligu għandu l-kuntrattur bħal kemm-il darba jrid iqassam frott u jekk dan jistax iġib frott minn barra jew inkella minn Malta biss jew taħlita tat-tnejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid Misraħ Karmenu Grima fiż-Żejtun li jaqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta meta se jiġi rranġat u jingħata t-tarmak wara numru ta’ snin mitluq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li anzjani li qed iħallsu għal erba' sigħat servizz bħala home help ħalli persuna tmur tagħmel xogħol fid-djar tagħhom qed jieħdu biss siegħa u nofs? Jista’ jgħid jekk dawn l-anzjani hux se jingħataw refund għal flus extra li ħallsu mingħajr ma ħadu servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jista' jkun li xi klijenti li jibbenefikaw minn aktar minn erba' siegħat fil-ġimgħa tnaqsulhom xi siegħat. Din hija miżura temporanja.
Klijenti li jibbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna fid-dar (
Home Help
) iħallsu rata fil-ġimgħa u mhux għal kull siegħa ta' servizz. Għaldaqstant, irrelevanti minn numru ta' siegħat servizz fil-ġimgħa, persuna li tgħix weħidha għal dan is-servizz tħallas €2.33 fil-ġimgħa u meta fl-istess residenza jkun hemm aktar minn persuna waħda li tibbenifika minn dan is-servizz il-ħlas ikun ta' €3.49 fil-ġimgħa.
Meta xi klijent minħabba raġunijiet varji ma jirċevix servizz f'xi ġimgħa partikulari dan il-klijent jingħata l-ħlas lura ta’ dik il-ġimgħa sħiħa li ma jkunx ħa servizz. Dan għaliex, kif spjegajt qabel, hemm
flat rate
ta’ ġimgħa sħiħa għas-servizz ta’
home help
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistpqsija parlamentari 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni bin-numru PA 3666/09, validata fi-27 ta' Awwissu 2009, ġiet sottomessa quddiem l-Awtorita' għall-installazzjoni ta' disa' booths u tined max-Xatt quddiem l-Imħażen ta' Pinto. Wara diversi laqgħat u korrispondenza, id-Direttorat tal-Ippjanar qiegħed jistenna disinn adekwat għat-tined proposti. Minħabba dan, il-permess għall-booths u għat-tined għandu ma ħariġx.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23965, jista' l-Ministru jgħid jekk il-problemi msemmija ġewx issa solvuti u allura l-apparat magħruf bħal 24 Hour Telemetry EEG System li kien ġie stallat fin-Neuromedical Ward tal-Isptar Mater Dei f'Settembru 2009 qed jaħdem mija fil-mija u kif suppost?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-problemi fuq l-apparat magħruf bħal 24 Hour Telemetry EEG, ġew kollha ssolvuti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35668 u 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35668.