kumpanija li tipprovdi saqajn għal min ikun għamel l-operazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38010, jista' l-Ministru jispjega l-ħlasijiet bejn l-2010 u l-2012 u żidiet li kien hemm? Barra minn dan, jista' jgħid min huma l-għaqdiet li ġew ikkonsultati u meta sar dan? X'tip ta' konsultazzjoni saret?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38466 u jgħid fejn jista' jirrikorri l-pubbliku meta jkun hemm każ ta’ problema fis-sistema tad-drenaġġ li tista' tkun kkawżata lil terzi mill-ġirien li jgħixu fuq jew inkella fil-madwar ta’ xi post ta’ persuna oħra fejn ikun qed jirriżulta li qed ikun hemm problem fl-istess sistema tad-drenaġġ possibilment anke minħabba li servizzi ta’ drenaġġ ma jkunux saru kif suppost? X’rimedji jistgħu jsiru f’każijiet bħal dawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tikkonferma l-Ministru li matul din is-sena skolastika l-istudenti jew xi studenti kellhom jixtri xi kotba huma fosthom tal-Malti u l-Ingliż minħabba li nbidel is-sillabu fil-livell tas-SEC? X’kienet ir-raġuni għal dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prassi, mill-inqas għal dawn l-aħħar għaxar snin, hija li l-istudenti tal-Form 5 jakkwistaw huma l-kotba tal-litteratura tal-Malti u l-Ingliż. Dan isir kemm minħabba l-bidla fit-testi li sseħħ skont il-bidla fis-sillabi, l-aktar fil-każ tal-Ingliż, imma l-iktar minħabba li l-istudenti jkollhom bżonn jippersonalizzaw il-kotba tagħhom bin-noti personali marbuta mat-test.
L-iskejjel huma dejjem attenti li f’każijiet ġenwini l-famlji jkunu mgħejjuna biex l-istudenti jkollhom il-kotba skolastiċi li jkollhom bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn jista' jirrikorri l-pubbliku meta jkun hemm każ ta’ problema fis-sistema tad-drenaġġ li tista' tkun kkawżata lil terzi mill-ġirien li jgħixu fuq jew inkella fil-madwar ta’ xi post ta’ persuna oħra fejn ikun qed jirriżulta li qed ikun hemm problem fl-istess sistema tad-drenaġġ possibilment anke minħabba li servizzi ta’ drenaġġ ma jkunux saru kif suppost? X’rimedji jistgħu jsiru f’każijiet bħal dawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Nuqqas ta' ħaddiema fil-laboratorji tal-isptar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-preżent ġewwa l-Isptar Mater Dei hemm nuqqas ta' ħaddiema fil-Laboratorji tal-istess sptar? Jikkonferma ukoll li filwaqt li hemm diversi li se jiggradwaw u oħrajn li diġà gradwaw m'hemm l-ebda ħsieb li dawn se jiġu impjegati minħabba li d-Dipartiment tal-Patoloġija m'għandux finanzi għall-pagi tal-ħaddiema? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji fl-Isptar Mater Dei u kull wieħed minnhom kemm qed iħaddem nies fil-preżent u kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li suppost jaħdmu f'kull laboratorju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm vakanzi approvati li għadhom mhumiex mimlija u li preżentament hemm sejħa biex jintlew vakanzi ta’ Medical Laboratory Technologist fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, li fetħet fl-20 ta’ Novembru 2012 u tagħlaq fil-14 ta’ Diċembru 2012.
Ninsab informat ukoll illi fil-Medical Laboratory Services tal-Isptar Mater Dei hemm total ta’ 149 impjegat li qed jaħdmu fit-taqsimiet kif jidher hawn taħt:
Administration
6
Bacteriology
24
Biochemistry
39
Cytogenetics
3
Cytology
5
Haematology
23
Histology
15
Hospital Blood Bank
14
Immunology
6
Mortuary
2
Mycology
2
Toxicology
3
Virology
7
Total ta’ Taqsimiet: 13
149
Direttorat għall-Kontroll tas-Sajd — proċeduri ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb wara proċedura ġdida li ġiet introdotta issa mid-Direttorat għall-Kontroll tas-Sajd bil-barka tal-Ministeru sabiex il-ħlas tal-liċenzja ma jsirx għal sena waħda biss imma jsir għal sentejn jiġifieri sas-sena 2014 meta dan il-ħlas dejjem kien isir għal sena waħda biss?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-frekwenza tal-ħlas ta’ liċenzji se tibqa fuq bażi annwali. Preżentement id-Direttorat għall-Kontroll tas-Sajd, qiegħed jintroduci sistema li biha ir-Reġistru tal-Bastimenti tad-Direttorat ghall Kontrol tas-Sajd ser ikollom tibdil fid-data li fiha tiġi mġedda l-Licenzja biex tikkonċidi mad-data ta’ reġistrazzjoni u li għalhekk il-ħlasijiet se jkun fihom aggustamenti pro-rata biex jikkonċidu mad-data ta’ reġistrazzjoni.
Ninfurmah ukoll li għal Bastimenti li huwa minn sitt metri ‘l fuq, id-data tat-tiġdid tal-liċenzja l-ġdida ser tkun abbinata mad-data li fiha il-bastiment ikun ġie reġistrat ma Transport Malta u li fl-istess data jrid jigi mġedded il-permess ma din l-Awtorita’. Dan biex tinħoloq sinerġija bejn ir-reġistri taż-żewġ awtoritajiet. Minn-naħa l-oħra Bastimenti fejn it-tul huwa ta’ anqas minn sitt metri, id-data li ser tigi applikata ghat-tigdid tal-licenzja mad-Direttorat ghall-Kontrol tas-Sajd ser tkun l-istess data ta’ meta kien reġistrat l-ewwel darba il-bastiment mad-Direttorat ghall-Kontrol tas-Sajd. Għaldaqstant jirrizulta li l-ħlas li ser isir fix-xahar ta’ Diċembru 2012 irid ikopri s-sena 2013 kollha kif ukoll il- parti tas-sena 2014 sad-data (xahar u jum) li fiha kien registrat għall-ewwel darba il-bastiment skont kif indikat qabel. Wieħed jista japprezza li l-ħlas mitlub mid-Direttorat fil-maġġoranza tal-kazi fil-fatt ma jkoprix sentejn imma sena u numru ta’ xhur skond il-kaz.
Għalhekk wieħed jista’ jara li bis-sistema l-ġdida it-tiġdid tal-liċenzji ser ikun mifrux matul is-sena kollha biex b’hekk, barra li jkun iffacilitat ix-xogħol tad-Direttorat u titjieb is-sinergija bejn l-awtoritajiet koncernati, l-istess sajjieda jiġu moqdija aħjar kemm bħala tul ta’ proċess kif ukoll b’ inqas dewmien biex jircievu il-liċenzja mġedda.
Id-Direttorat m’hu bl-ebda mod ifittex li jżied xi piz fuq is-sajjieda peress li eventwalment il-ħlas tal-liċenzja fis-snin ta’ wara jibqa’ jsir fuq bażi ta’ sena. Fi kliem sempliċi din is-sistema ser taħdem fuq l-istess linji bħal ma hemm diġa dwar il-liċenzji tal-vetturi.
Sptar Mater Dei — Ftehim ma' Sptar Privati għal servizz mogħti fil-weekend
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-ftehim li sar ma' sptar privat dwar servizz mogħti fil-weekend minflok persuna tmur ġewwa l-Isptar Mater Dei jeskludiex persuna taħt it-18-il sena? Jekk dan mhux minnu, kellu xi rapport li ġieli ntqal dan il-kliem minn xi persuni li forsi jaħdmu fl-isptar privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fid-definazzjoni ta’ dan il-kuntratt li jirregola dan is-servizz bejn id-dipartiment tas-Saħħa u l-isptarijiet ta’ s-St. James (Żabbar u Sliema), jeskludi pazjenti ta taħt is-sittax-il sena (paediatric patients).
B’konsegwenza, pazjenti bejn is-sittax u t-tmintax-il sena jiġu trattati bħal kull pazjenti regolari oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tkun qed tirċievi l-pensjoni u taħdem fl-istess ħin mingħajr ma titlef il-benefiċċju tal-pensjoni hemmx obbligu li tagħti jew tingħata n-notice?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna li tilhaq l-eta' tal-irtirar meta tkun fl-impjieg tista' tieqaf jew tigi mwaqqfa mill-impjieg taghha minghajr l-obbligu li jinghata notice.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex xi plot jew plots vojta u/jew mhux żviluppati fi Triq is-Sikka ġewwa Wied il-Għajn? X’inhu l-ħsieb għal dawn il-plots?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ghandha plots fi Triq is-Sikka M’Scala. L-Awtorita' prezentament qed tirrevedi l-policies taghha dwar bini ta' binjiet godda.
Dipartiment tas-Sanità Pubblika — azzjoni industrijali
Question
Jikkonferma l-Ministru li fil-preżent hemm azzjoni industrijali fi ħdan id-Dipartiment tas-Sanità Pubblika? Jekk fl-affermattiv x’inhi r-raġuni għal din l-azzjoni? Jista' jgħid kif il-pubbliku qed jiġi moqdi fil-preżent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li preżentament hemm azzjoni industrijali fi ħdan id-Direttorat għal Saħħa Ambjentali. Ir-raġuni għal tali azzjoni hija minħabba nuqqas ta’ qbil mal-Union Ħaddiema Magħqudin dwar il-ftehim kollettiv settorali. Il-pubbliku mhux qiegħed jiġi moqdi fir-rigward ta’ dawk l-azzjonijiet indikati fl-istess azzjoni mill-Union.
Ħaż-Żabbar — Triq Patri Felicjan Grech - tiswija tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Patri Felicjan Grech (area ta’ St. Peter) ġewwa Ħaż-Żabbar meta din suppost saret diġà skont ma kien intqal lir-residenti tal-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 33332, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-carers li jaħdmu fid-djar residenzjali tal-privat attendewx xi kors partikolari biex ikunu jafu aħjar kif jaħdmu mar-residenti anzjani? Jekk iva, x’tip ta’ kors ta’ taħriġ huma attendew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat illi l-carers li jaħdmu fid-djar residenzjali tal-privat ikunu attendew xi forma ta taħriġ biex ikunu jafu aħjar kif jaħdmu mar-residenti anzjani. Dawn il-korsijiet huma varji u jinkludu korsijiet pprovvduti mil-MCAST, korsijiet organizzati minn kumpanija privata u xi taħriġ ieħor ipprovvdut fuq il-post tax-xogħol stess. Hemm ukoll carers illi huma ikkwalifikati bħala nursing aides u health assistants.
Ta’ min jgħid li l-Gvern jorganizza wkoll korsijiet ta’ taħriġ għall-
carers
li jkunu se jaħdmu bħala
carers
mal-anzjani.
Istituzzjonijiet post-sekondarji — programmi pathway għal żgħażagħ b'diżabilità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34580, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-MCAST Pathway to Independent Living li jingħata lill-istudenti b’xi forma ta’ diżabilità intelletwali? Kemm kien hemm studenti li għaddew minn dan il-kors minn mindu beda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta jiskadi l-kuntratt li l-gvern għandu mal-kumpanija li tipprovdi s-saqajn għall-persuni li jkunu jeħtieġuhom? X’jisimha l-kumpanija li ħadet dan il-kuntratt u kemm ġiet imħallsa tul dan il-kuntratt? Jikkunsidra l-Ministru li meta jkun imiss li jiġi aġġudikat kuntratt ġdid l-għaqdiet li jinteressaw irwiehom mill-interessi tal-amputees ikunu kkonsultati bis-serjetà u involuti wkoll?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntratt tal-prosthetics li l-Gvern għandu bħal issa huwa mall-kumpanija RSL Ltd. u jiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2012. Il-ħlasijiet li saru s’issa huma:
Sena
Ħlas
2010
€97,554.54
2011
€258,027.04
2012
€368,419.27
L-għaqdiet interessati kienu ikkonsultati kemm qabel il-ħruġ tat-tender kif ukoll waqt li t-tender kien qed ikun aġġudikat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li jinsab post dinjituż u sura ta’ nies minn fejn l-amputees jingħataw servizz aħjar u mhux mill-post fejn jinsab fil-preżent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji sabiex l-Orthotic and Prosthetic Unit jiġi rilokat minn fejn jinsab bħalissa. Dan il-proċess jinkludi assessment ta’ numru ta’ postijiet alternattivi u idonji għall-pazjenti li jużaw dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità u għal kull resident li jgħix f’xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghas-sena 2011 l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum huwa ta` € 10,952 fis-sena ghal-kull klijent individwali u ta` €57,406 fis-sena għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27283, 32097 u 34322 jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hux se tinbena għassa tal-pulizija f’Wied il-Għajn wara li kienet indikata lista twila ta’ proprjetajiet battala f’din il-lokalità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru irriżulta li l-ebda wieħed mill-postijiet indikati ma huwa tajjeb sabiex jintuża bħala Għassa tal-Pulizija.
Madankollu ninsab infurmat ukoll illi l-Għassa tal-Pulizija ta' Wied il-Għajn qiegħda tinżamm miftuħa għall-pubbliku regolarment. Huma biss f’każijiet eccezzjonali u fejn l-ezigenzi tas-servizz jkunu jirrikjedu mod ieħor, li tingħalaq din l-Għassa. Dan isir meta il-preżenza tal-pulizija f’din il-lokalità tkun meħtieġa barra mill-Għassa jew f’xi post ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ tfal li ġew irrappurtati lill-Pulizija għax kienu abbandunati mill-ġenituri tagħhom matul il-ħames snin li għaddew? Mil-liema lokalitajiet kienu ġejjin dawn il-każijiet? Kemm minnhom dawn it-tfal spiċċaw b’care order?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghall-fini ta din ir-risposta, Agenzija APPOGG tiddefinixxi tfal abbandunati meta ma jkunx hemm tracci tal-genituri fil-punt tal-Ordni tal-Harsien.
Matul dawn l-ahhar hames snin kien hemm zewgt kazijiet ta’ tfal li gew abbandundati f’Cospicua u fir-Rabat rispettivament u li saret hidma mal-pulizija. Dawn iz-zewg minuri gew prottetti bl-Ordni ghall-Harsien.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34323, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-professjonisti u l-email addresses tagħhom li jaħdmu fis-servizzi msemmija f’din il-mistoqsija speċjalment għall-benefiċċju tal-klijenti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ismijiet tal-professjonisti u l-email addresses tas-servizzi varji fi hdan il-Fondazzjoni Ghal-Servizzi ta’ Harsien socjali jinsabu hawn that imsemmija.
FSWS
Human Resources Department
HR Manager Vivienne Mallia Goham vivienne.mallia@gov.mt
Agenzija Sapport
Social Work Services:
Assitant Manager Carmen Burmingham carmen.burmingham@gov.mt
Leader Lorraine Gauci lorraine.a.gauci@gov.mt
Community Services
Assitant Manager Carmen Burmingham carmen.burmingham@gov.mt
Leader Vanessa Caruana vanessa.caruana@gov.mt
Residential Services
Services Manager Elaine Galea elaine_galea@hotmail.com
Resource Services
Services Manager Elaine Galea elaine_galea@hotmail.com
Day Services
Services Manager Mauro Farrugia mauro.farrugia@gov.mt
Services Executive Adreana Sammut adreana.sammut@gov.mt
Agenzija
sedqa
Care Services
Manager Manuel Mangani manuel.mangani@gov.mt
Asstant Manager Godwin Saliba godwin.saliba@gov.mt
Drugs Community Team
Unit Leader Bridget Fava bridget.bonnici@gov.mt
Alcohol & Gambling Community Team
Unit Leader Stephanie Caruana stephanie.b.caruana@gov.mt
Substance Misuse Out-Patients Unit (Detox)
Nursing Officer Joe Caruana joseph.k.caruana@gov.mt
Substance Misuse In-Patient Unit (Dar l-Impenn)
Unit Leader Renato Camilleri renato.camilleri@gov.mt
Komunita’ Santa Marija & Zerniq (Residential Programmes)
Unit Leader Jacqueline Zammit jacqueline.c.zammit@gov.mt
Psychology and Family Therapy Services
Unit Leader Antonella Mizzi antonella.mizzi@gov.mt
Agenzija APPOGG
Out of Home Care Programme
Service Manager Dr Patricia Bonello patricia.bonello@gov.mt
Intake and Protection Services
Service Manager Ms Ruth Sciberras ruth-rose.sciberras@gov.mt
Family and Health Services
Service Manager Ms Mary Anne Gauci marianne.gauci@gov.mt
Community Services
Service Manager Ms Catherine Fleri Soler catherine.fleri-soler@gov.mt
Children and Young Person’s Support Services
Service Manager Ms Graziella Castillo graziella.castillo@gov.mt
Tista’ l-Ministru tordna fil-futur sabiex jibda jsir assessment tat-tfal li jkunu għadhom kemm spiċċaw jattendu ċ-childcare centres u dan jingħata lill-ġenituri ta’ dawn it-tfal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa responsabbli mill-operat taċ-Ċentri ta’ matul il-jum għat-tfal Smartkids. Il-ġenituri tat-tfal li jattendu ċ-Childcare Centres immexxija mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi jingħataw rapport dwar il-progress li t-tfal tagħhom ikunu għamlu tul iż-żmien li jkunu attendew iċ-Ċentri Smart Kids. L-informazzjoni f’dan ir-rapport tinġabar minn checklist dwar l-Iżvilupp tat-Tfal kif ukoll minn osservazzjonijiet li jkunu saru b’mod regolari matul l-attendenza tagħhom fiċ-Ċentri.
Dan ir-rapport jittratta dawn l-oqsma:
• Żvilupp Personali, Soċjali u Emozzjonali (Personal, Social and Emotional Development)
• Komunikazzjoni, Lingwa u Litteriżmu (Communication, Language and Literacy)
• Problem-Solving, Raġunar u Numeracy (Problem-Solving, Reasoning and Numeracy)
• Għarfien u Fehim tad-Dinja (Knowledge and Understanding of the World)
• Żvilupp Fiżiku (Physical Development)
• Żvilupp Kreattiv (Creative Development)
Dan ir-rapport jiġi diskuss mal-ġenituri tat-tfal f’laqgħat li jissejħu
Exit Reviews,
li jitħejjew għal kull tifel u tifla b’mod individwali. Barra minnhekk jingħata portfolio tax-xogħol kollu li jkun sar matul l-attendenza tat-tfal fiċ-Ċentri Smart Kids.