Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri tal-Klabb 3 — 16

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6094 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċentri tal-Klabb 3-16 u fejn huma allokati? Kemm jattendu studenti għal dan is-servizz? X’inhija l-funzjoni tagħhom? Jista’ jgħid jekk dawn humiex bil-ħlas? Jista’ jgħid ukoll x’għandu wieħed jagħmel biex jibda jirċievi dan is-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Klabb 3-16 huwa programm nazzjonali għal studenti wara l-ħin tal-iskola. Dawn iċ-ċentri jiftħu wkoll waqt il-btajjel skolastiċi. Il-programm imħejji f’dawn iċ-ċentri jinkludi attivitajiet bħal arti, drama, edukazzjoni fiżika, logħob, sessjonijiet ta’ tisjir, esperimenti ta’ xjenza u taħdidiet edukattivi. Apparti dawn l-attivitajiet, tingħata wkoll għajnuna fil-homework minn għalliema ingaġġati apposta għal dan il-għan. Filwaqt li l-ħlas għall-Klabb 3-16 huwa ta’ €0.80 fis-siegħa, niġbed l-attenjzjoni tal-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti li qegħdin fuq skema 9 jew każijiet imressqa minn Foundation for Social Welfare Services (FSWS), ma jħallsux għal dan is-servizz. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li permezz ta’ SLC number, il-ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn rifużjoni tat-taxxa. Il-lista taċ-ċentri tal-Klabb 3-16 u t-total ta’ reġistrazzjonijiet, jinsabu hawn taħt: LokalitàNumru ta’ reġistrazzjonijiet Attard214 Birkirkara209 Birzebbuġa123 Fgura246 Għargħur51 Guardian Angel RC Hamrun9 Gżira124 Ħamrun GP170 Helen Keller RC Qrendi7 Luqa135 Marsaskala - St Anne200 Marsaskala - St Joachim198 Mellieħa219 Mġarr134 Mosta177 Mosta Annex77 Mqabba91 Naxxar200 Paola180 Pembroke150 Qawra414 Qormi San Bastjan135 Rabat A113 San Ġwann167 San Miguel RC Pembroke3 Siġġiewi170 Sliema183 St. Julians98 St. Paul's Bay218 St. Venera205 Victoria - Gozo76 Wardija Resource Centre3 Żabbar A177 Żabbar B96 Żebbuġ - Malta150 Żejtun196 Żurrieq210 Total5528

Tfal b-Diżabilità Intellettwali fl-iskejjel tal-Gvern

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8266, jista’ l-Ministru jindika x’qiegħed isir biex jiġu megħjuna l-1,762 tifel u tifla fl-iskejjel tal-Gvern li għandhom diżabilità intellettwali u l-ġenituri tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dawn l-istudenti jiġu mgħejjuna mil-LSE tagħhom b’riżorsi neċċesarji ħalli jkollhom aċċess għall-kurrikulu. Minbarra hekk Kap ta’ Dipartiment (Inclusion) hu assenjat f’kull skola biex jgħin bi strateġiji u riżorsi adekwati lill-edukaturi li jaħdmu magħhom, waqt li jeżisti programm ta’ litteriżmu (NWAR) mill-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu li dawn l-istudenti jistgħu jattendu flimkien mal-ġenituri taghhom. Hemm ukoll nurture class jew Learning Support Zones u Multisensory Learning Rooms, skont il-bżonnijiet tagħhom.

Marsaskala — Każijiet ta’ Kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati każijiet ta’ kriminalità f’Marsaskala mill-2021 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Liema reati kienu rrappurtati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ kriminalità f’Marsaskala li kienu rreġistrati mal-Pulizija mis-sena 2021 sal-31 ta’ Mejju 2023, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt li fiha wkoll dettalji dwar it-tip tar-reati: Tip ta reat 2021 2022 sal- 31/05/2023 Total Abbuż ta’ awtorita pubblika 0 1 0 1 Kazi ta’ ħruq 1 0 2 3 Attentat ta’ offiżi 10 6 2 18 Feriti fuq persuna 29 20 5 54 Użu ħazin ta’ computer 6 11 4 21 Reati kontra l-paċi pubblika 1 0 0 1 Reati kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja 2 0 0 2 Ħsarat 85 84 37 206 Vjolenza domestika 70 59 28 157 Offiżi relatati ma drogi 26 4 7 37 Falsifikazzjoni 4 0 1 5 Frodi 61 34 23 118 Offiżi relatati ma immigrazzjoni 0 1 0 1 Ġurament falz 0 1 0 1 Pornografija 0 2 0 2 Prostituzzjoni 1 1 0 2 Offiżi sesswali 4 6 1 11 Serq 117 87 28 232 Theddid u vjolenza privata 4 3 2 9 Traffikar ta’ persuni 0 1 0 1 Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku 1 3 3 7 Ħasil ta’ flus 1 0 0 1 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet. 13 8 4 25 Total 436 332 147 915

Marsaskala — Triq il-Qaliet – traffic calming measures

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1878 u 3578, jista’ l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala wettaqx ix-xogħol fuq in-numru ta’ traffic calming measures approvati mill-Awtorità għat-Trasport fi Triq il-Qaliet biex jiġu evitati inċidenti? Jekk le, x’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol ma sarx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi l-proġett ta’ resurfacing tal-imsemmija triq kien sar minn Infrastructure Malta imma r-raised pedestrian crossing li kien hemm ma reġgħetx saret kif kienet - Humped Crossing : Humped Crossing approvata f’Marzu 2015 – Registry File No. – 35/TM/15/04. Il-Kunsill għalhekk issa bagħat lil InfrastructureMalta sabiex jerġgħu jagħmlu din ir-road hump peress li kienet hemm qabel ma sar il-proġett ta resurfacing u allura ix-xogħol irid isir kollu kif kien qabel. Ninforma wkoll illi Il-‘50 km/h speed signs’ se jiġu ordnati mil-Kunsill u ser jitwaħħlu hekk kif dawn jiġu delivered.

Taħriġ lill-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’sar f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex anzjani joħorġu l-potenzjalità tagħhom għall-benesseri fiżiku, soċjali u mentali tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li inizjattivi f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex l-anzjani joħorġu l-potenzjal tagħhom għall-benessere fiżiku, soċjali u mentali tagħhom kienu bosta. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema barranin — rata ta' taxxa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9913, jista' l-Ministru jispjega u jikkonferma jekk ħaddiema barranin li jkunu jaħdmu Malta għal żmien qasir iħallsu rata anqas ta’ taxxa? Kemm hu dan iż-żmien, u kemm hi r-rata ta’ taxxa? X’inhi r-raġuni għal dan?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi ma tipprovdix għal rata inqas ta’ taxxa fil-każ ta’ barranin li jkunu Malta għal żmien qasir. Madankollu, skont numru ta’ trattati li għandna ma' diversi pajjiżi dwar ħelsien minn taxxa doppja, barrani li jaħdem Malta għal zmien qasir (ġeneralment 183 jum), ma jkunux taxxabbli hawn Malta jekk jiġu sodisfatti kundizzjonijiet provduti skont l-istess trattati.

Wied il-Għajn – Trejqet it-Torri — bankina

Question

Jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9912, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u permezz tal-aġenzija konċernata jara li ssir bankina fi Trejqet it-Torri, Wied il-Għajn?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Wied il-Għajn – Trejqet it-Torri — bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara permezz tal-aġenzija konċernata, li ssir bankina fi Trejqet it-Torri, Marsaskala?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9912 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Ħlas ta’ taxxa minn ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-taxxa li jħallsu l-ħaddiema barranin hux l-istess bħal dik li jħallsu l-ħaddiema ta’ nazzjonalità Maltija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħaddiema barranin li jaħdmu f’Malta għal tul ta’ żmien li jirrendihom bħala persuni residenti f’Malta, għal finijiet tat-taxxa jħallsu t-taxxa bl-istess rati ta’ persuni Maltin.

Ħaż-Żabbar – Triq Ġanni Bonavia – xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8934, peress li ninsab infurmat li x-xogħlijiet huma lesti u ċerti ostakli tneħħew, jista’ l-Ministru jara li Infrastructure Malta tagħmel ix-xogħlijiet tad-drenaġġ u l-ilma li huma tant meħtieġa sabiex in-nies jidħlu fir-residenzi ta’ din l-istess triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru ser tkun qed tintervjeni fil-ġimgħat li ġejjin wara li jsir koordinament mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward is-servizzi indikati.

Wied il-Għajn – dħul miċ-ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien id-dħul tal-Gvern miċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku li saru mis-sena 2021 sal-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt. Dan l-ammont ma jinkludix l-ispejjeż relatati ta’ operat. Year Issue / Agency Value Paid 2021 LESA €171,451.40 Malta Police Force € 44,792.62 2022 LESA €112,476.71 Malta Police Force € 25,070.45 2023* LESA € 42,536.55 Malta Police Force € 9,953.34 * sal-31 ta’Mejju 2023

Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn – rivista lir-residenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala huwiex se jerġa’ jibda jibgħat rivista ta’ kull sena lir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi l-Kunsill ilu ma joħroġ rivista għaliex inħass li peress li illum jeżistu mezzi alternattivi li huma aktar effikaċi u efficjenti, bħal Facebook u midja soċjali oħrajn, fejn in-nies saħansitra ikunu jistghu jagħmlu l-kummenti u rimarki tagħhom.

MTA – proġetti f’Wied il-Għajn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti se jsiru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn matul din is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tipprovdi servizz ta’ lifeguards u beach supervisors fil-Bajja tal-Fajtata bħala parti mill-immaniġġar tal-bajjiet. Infakkru wkoll fil-ħidma li l-Awtorita’ qed tagħmel mal-Fondazzjoni Wirt Artna biex jiġi restawrat it-Torri ta’ San Tumas. L-Awtorita’ tagħti wkoll għajnuna għal tiżjin tal-Milied.

Kunsilli Lokali – promozzjoni tal-anzjanità attiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li ppromwovew l-anzjanità attiva fil-komunitajiet tagħhom f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, kif ukoll dan il-Ministeru jibqghu dejjem impenjati sabiex l-anzjanità attiva tibqa fuq l-ogħla prijorità ta’ ħidmet il-Kunsilli Reġjonali u Lokali fl-intier tagħhom.

Bastiment – raġuni li jinsab f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-bastiment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jinżamm Malta? Jista’ jikkonferma li dan il-vapur mhu ta’ ebda periklu ambjentali? Kemm huwa maħsub li se jdum hawn Malta dan il-bastiment u fejn jinsab sorġut? Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li MT Chem P kienet involuta f'inċident f'Mejju 2022 fl-ibħra territorjali ta' Malta. Il-bastiment bħalissa jinsab marbut b’mod sigur b’ekwipaġġ abbord fil-port ta’ Marsaxlokk u ma joħloqx periklu għall-ambjent. Qed isiru arranġamenti għat-tluq tagħha tielet kwart ta’ din is-sena.

Telemediċina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li rċevew is-servizz ta' tabib mid-dar permezz tat-telemediċina s-sena l-oħra? X’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2022 iċ-Ċentru tat-Telemediċina rċieva 85,624-il telefonata għall-parir mediku. Kull min irid jagħmel kuntatt mat-tobba ta’ dan iċ-Ċentru jrid iċempel il-Primary HealthCare Client Support Centre fuq 21231231 jew 21222444.

Servizzi fil-qasam tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jelenka s-servizzi li ngħataw lill-anzjani mill-Kunsilli Lokali matul is-sena 2021 u sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt illi ntenni l-impenn kontinwu ta’ dan il-Gvern vis-à-vis ċ-ċittadini kollha, mhux l-inqas liċ-ċittadini anzjani, ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 5976.

Taħriġ lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx taħriġ lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Anzjani, meta sar din it-taħriġ u dwar xiex ingħata dan it-taħriġ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taħriġ lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum (Saħħa Mentali)

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid jekk mis-sena 2021 sad-data ta' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija ingħatax taħriġ lill-ħaddiema taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u dwar xiex ingħata dan it-taħriġ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar diversi taħriġ għal occupational therapists li jaħdmu fil-komunità mil-2022 sal-lum. Parti mit-taħriġ li ngħata huwa: Suicide risk training for all OTs Discourse in Psychiatry and the power of the lived experience Internal CPD – Model of Human Occupation Screening Tool (MOHOST) Scoring Internal CPD - Financial Capability session plans for OTs Internal CPD - Community OT Data collection EU Sponsorship financed by Ministry of Health and IPS – 2 OTs received training in Brussels: Belgian Reform 1 OT received training in Italy: Eating Disorders Belgian Reform internal CPD for all OTs post EU OT training in Brussels - 19 OTs Internal CPD Learning points from HORATIO Congress – Reuniting mental health nurses Community Mental Health Conference organised by the community leadership team in which all teams presented their services, challenges and achievements Malta association of occupational therapy (MAOT) Conference: Recovery Approach Peer Specialists and Co-Production training for South region community mental health teams (as part of Joint Action Implemental, Work Package 5) Study day with Ms Jeanette Allen (foreign OT professional from UK) Introducing the Recovery Approach to support staff