Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Campus ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett tal-bini ta' campus ġdid għall-MCAST? Meta se jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni u meta hemm il-ħsieb li dan jitlesta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Proġett tal-bini tal-campus ġdid għall-MCAST qiegħed fil-fażi ta’ disinn preliminary u applikazzjoni tal-MEPA għall-outline permit. It-tenders tat-Traffic Impact Statement għandhom jiġu mogħtija dalwaqt. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jibda meta l-applikazzjoni tal-MEPA tiġi approvata. Għadu kmieni biex wieħed jgħid meta dan il-proġett ser jitlesta.

Laboratorji tax-Xjenza u l-Lingwi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28897 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 592, tista' l-Ministru tagħti l-informazzjoni li hija nieqsa mit-tweġiba mogħtija dakinhar dwar il-laboratorji tax-Xjenza u l-Lingwi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis- sena 2007, fl-iskejjel ta’ l-istat nbnew 9 laboratorji fil-Kulleġġ Sant’Injazju Sekondarja Subien, Qormi. Dawn il-laboratorji huma parti mill-iskola l-ġdida. L-armar ta’ dawn il-laboratorji ġew jiswew Ewro 133,788 ( Lm 57,420)

Regoli dwar d-doping

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jkunu pubblikati r-regoli dwar id-doping?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-KMS lesta it-tenders sabiex l-Antidoping Regulations jigu tradotti għall- Malti fil-fatt inħarġu mill-KMS u ngħalqu f’April. Bħalissa qegħdin fil-proċess ta’aġġidukazzjoni. Ladarba dan il-progett ikun konkluż jingħata t-tender sabiex issir it-traduzzjoni għall- Malti tal-Antidoping Regultations u wara dan jittieħdu l-passi legali u administrattivi sabiex jiġu ppublikati.

Universita' ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28888 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar l-Universita' ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-sena 2006 kull min applika, ġie mogħti performance bonus f’xi livell jew ieħor. L-Universita’ tagħmel minn kollox biex il-letturi u l-amministraturi jkollhom post diċenti minn fejn joperaw. B’ħarsitha lejn il-futur, l-Universita’ ssottomettiet rikjesti għall-fondi li jiġu mill-programmi ERDF u ESF għall-valur ta’ madwar 30 miljun Ewro. Dawn il-proġetti jinkludu: · Il-bini ta’ Ċentru Servizzi ta’ l-IT; · Il-bini ta’ estensjoni tal- Junior College · Il-bini l-ġdid għall-Fakulta’ ta’ l-ICT · L-aqwa fost it-tagħmir għall-Laboratorju fix-Xjenzi u l-Inġinerija Barra minn hekk l-Universita’ applikat għal proġett ieħor biex testendi l-użu ta’ l-electronic journals. Dan l-aħħar is-siegħat tal-ftuħ tal-Libreriji ġew estiżi biex l-istudenti kemm ta’filgħodu u kif ukoll dawk ta’ filgħaxija ikollhom aċċess aħjar.

Universita' ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru twieġeb għall-mistoqsija parlamentari 28889 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar l-Universita' ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Universita’ qed tuża lill-Association of Commonwealth Universities fir-rigward tal-promozzjonijiet ta’ l-akkademiċi. Infurmata wkoll li fl-2004 kien hemm numru ta’ applikazzjonijiet għall-promozzjonijiet u l-Universita’ ma rċeviet l-ebda ‘ peer assessment ’ mill-ACU qabel Settembru 2006. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Universita’ ħadmet biex tipproċessa l-applikazzjonijiet ta’ kandidati hekk kif il-‘ peer assessment ’ tagħhom bdew jaslu. Fil-fatt 30 applikazzjoni għal Associate Professor u 7 għal Professor ġew ipproċessati u l-applikanti ġew notifikati bir-riżultat. Ma neskludix il-possibilta’ li, wara diskussjonijiet mal-Unions, arranġamenti oħra jistgħu jsiru.

Universita' ta' Malta — Sejħa għall-post

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 28890 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 591 dwar sejħa għall-post fl-Universita' ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Universita’ ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fis-27 ta’ Ġunju 2007 u kien hemm seba’ applikanti. Ħames applikanti kienu shortlisted u wara li saru l-invtervisti il- Bord ta’ l-Għażla għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill li ltaqa’fis-27 ta’ Settembru 2007. Il- persuna magħżula ma aċċettatx il-ħatra u l-Universita’ kellha terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Rapport dwar eżami

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex il-ħsieb li tagħmel pubbliku rapport li sar dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance? Jekk fl-affermattiv, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-mejda tal-Kamra? Jekk dan mhux se jiġi ppubblikat, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa r-rapport li sar dwar l-eżami tal-Junior Lyceum u l-Common Entrance qed jiġi studjat fid-dettal tiegħu u deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni tiegħu ser tittieħed iktar ‘il quddiem.

Uffiċjali Edukativi

Question

Tikkonferma l-Ministru li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Uffiċjali Edukattivi ħarġet? Tista' tgħid fhiex wasal il-proċess u kemm applikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Uffiċjal ħarġet fit-30 t’Ottubru 2007. Bħalissa qegħdin isiru l-intervisti lil dawk il-kandidati li nstabu eliġibbli għall-post. Bħala individwi applikaw - Oqsma Umanistiċi 50 Oqsma tax-Xjenzi 20 Bis-suggett applikaw - Oqsma Umanistiċi 67 Oqsma tax-Xjenzi 22

Psikologi Edukattivi

Question

Tikkonferma l-Ministru li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Psikologi Edukattivi ħarġet? Tista' tgħid fhiex wasal il-proċess u kemm applikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skond l-istrutturi l-ġodda, qed tiġi mfassla s-sejħa għall-psikologi edukatturi u anke dik ta’ psikologi trainees.

Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari 26455 li saret fil-leġislatura li għaddiet f'seduta 535 tlestitx? Jekk fl-affermattiv, tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li għalkemm l-investigazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għadha m’hix lesta, l-Kummissarju għat-Tfal bi ħsiebha tikkonkludiha fil-futur qarib.

Bormla — Skola Sekondarja tal-Verdala

Question

Tista' l-Ministru tgħid fhiex waslet il-kostruzzjoni ta' l-iskola sekondarja tas-subien tal-Verdala ġewwa Bormla u meta huwa maħsub li din tkun lesta u tinfetaħ mill-ġdid?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ l-iskola sekondarja tas-subien tal- Verdala tlesta u qed isir xogħol ta’ finishes. L-imsemmija skola se tilqa l-istudenti għas-sena skolastika 2008/2009.

Education Department

Question

Nagħmel riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 4941 sa 4946 li kienu saru fil-leġislatura l-oħra fis-seduta 125, tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwarhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4941 sa 4946 li kienu saru fil-leġislatura l-oħra fis-Seduta 125, infurmata li dwar: Mistoqsija Parlamentari Nru 4941: Fil-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana fire alarm system għad m’hemmx peress li hemm ippjanat tibdil ta’ struttura interna fit-tqassim ta’ l-uffiċini minħabba esiġenzi ġodda li qed iġġib magħha ir-riforma fl-edukazzjoni. Dan hu parti minn pjan ta’ ħames snin li għadu fi stadju ta’ implimentazzjoni. Ma sar l-ebda fire drill fl-aħħar 12-il xahar; pero’ l-impjegati kollha huma mgħarrfa bir-rotot ta’ ħruġ ta’ emerġenza f’każ ta’ ħruq. Mistoqsija Parlamentari Nru 4942: L-għadd ta’ impjegati li jaħdmu fil-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana, inkluż il-Ministeru, id-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni, id-Dipartiment ta’ l-Eżamijiet u d-diversi sezzjonijiet li jaqgħu taħtho hu ta’ 349. Infurmata li l-ispazju ta’ uffiċji fuq il-ħames sulari f’dan il-bini hu ta’ 6805 metri kwadri. Mistoqsija Parlamentari Nru 4943: Il-Health and Safety Implementation Committee huwa responsabbli mid-Direttorati ta’ l-Edukazzjoni sabiex jara li l-fire extinguishers fil-bini kollu ġewwa l-bini ta’ l-Edukazzjoni fil-Furjana huma mimlija. Fil-preżent jirrappreżentaw id-dipartimenti u sezzjonijiet, ingħataw taħriġ fl-użu tal-fire extinguishers. It-taħriġ ingħata mill-Health and Safety Unit tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Mistoqsija Parlamentari Nru 4944: Il-persuna responsabbli li tara li fil-bini ta’ l-Edukazzjoni tal-Furjana issir il-manutenzjoni regolari fuq il-bini u kull żvilupp ieħor li jsir fuq l-istess bini ser tiġi appuntata dalwaqt. Sadanittant, it-Technical Services Branch tara li t-tiswijiet li jkun hemm bżonn dejjem isiru fil-waqt. Saret ukoll stallazzjoni ta’ xibka biex ma jidħlux il-ħamiem fil-viċinanza ta’ l-impjegati. Infurmata li m’għadux ikun hemm sadd fil-katusi ta’ l-ilma tax-xita. Mistoqsija Parlamentari Nru 4945: Fil-Blokk kollu, bl-uffiċini kollha u fis-sulari kollha, hemm aċċess totali għall-persuni b’diżabilita’. Mistoqsija Parlamentari Nru 4946: B’żieda mar-risposta li ngħatat qabel, sar tibdil minimu fid-distribuzzjoni ta’ l-elettriku. Peress illi sar titjib fuq il-linji ta’ energy saving, qed ikun hawn użu aktar għaqli ta’ l-enerġija elettrika.

Skejjel — Maintenance tal-lifts

Question

Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari W429 li saret fil-leġislatura l-oħra f'seduta 566, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s ta' l-iskola u kemm huwa l-ħlas skond kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-iskejjel li għandhom maintenance agreement fuq il-lift/s ta’l-iskola u l-ħlas f’kull każ huma kif hawm mehmuż.

TIMSS

Question

Nagħmel riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21701 li saret fil-leġislatura l-oħra f'seduta 452, tista' l-Ministru tgħid jekk Malta hux qed tipparteċipa fit-TIMSS? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati li għandha, nkluż tal-Pilot Field Test jekk dawn qegħdin għand xi wieħed miż-żewġ direttorati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-field test sar biex jittestja l-instrumenti li ntużaw fl-istudju prinċipali (main study). Din l-analiżi li saret mill-International Association for the Evaluation of Educational Achievement (IEA) tindika l-validita’ u r–reliability tal-mistoqsijiet. Permezz ta din l-analizi, mistoqsijiet ġew imwarrba jew mibdula. Ir-riżultat ta’ l-istudju prinċipali (main study) hu mistenni li jiġi ppublikat mill-IEA f’Diċembru 2008.

Adult Training Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-vot allokat għas-sena 2008 għall-Adult Training Centres li issa qegħdin fi ħdan l-Aġenzija Sapport? Jista' jagħti breakdown iddettaljat ta' dawn il-flus allokati? Kemm sejrin jintefqu flus f'salarji, fl-utilities, materials and supplies, repair and upkeep, trasport, taħriġ, eċċ? Jista' jagħti wkoll breakdown ddettaljat tal-flus li sejrin jintnefqu fid-djar residenzjali?

Response (DALLI, JOHN)

Il-fondi rikorrenti allokati fl-Estimi għas-sena 2008 għaċ-Ċentri għall-Persuni b’Diżabilita’ huma nklużi ma dawk ta’ l-Aġenzija Sapport, li globalment ilaħħqu €5,467,000. Barra minn dan ġew allokati wkoll is-somom kapitali ta’ €70,000 għaċ-Ċentri u €58,000 għall-Aġenzija. Ninsab infurmat li l-ammont rikorrenti globali ġie maqsum internament bejn iċ-Ċentri u l-Aġenzija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Child Care Centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn child care centres fil-preżent u kemm minnhom huma tal-Gvern u mmexxija mill-Gvern stess? Fejn jinsabu dawn il-child care centres? Tista' tgħid jekk jintalabx ħlas għal min jagħmel użu minn dawn ic-child care centres? Fejn huwa maħsub li jinfetħu oħrajn ġodda? X'ħin jiftħu u jagħlqu dawn iċ-ċentri li huma mħaddma mill-Gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ngħarrfek li l-Ministeru tiegħi huwa responsabbli għal proviżjoni ta’ Child Care Centres. Ir-Regolatur ta’ dan is-settur se jibqa’ d-Dipartiment ta’ l-Istandards Soċjali li jaqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u għalhekk ir-reġistrazzjoni taċ-ċentri jsir minn dan id-Dipartiment. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni kien beda proċess li jiddentifika postijiet fi skejjel ta’ l-Istat u diġa’nfetħu tlett Child Care Centres f’Ħal-Luqa , Raħal Ġdid u Għargħur. Dawn iċ-Child Care Centres qed jitmexxew mill-privat wara li kien hemm sejħa pubblika.Dawn iċ-ċentri se jkunu bi ħlas u jistgħu jipprovdu servizz bejn is-7.00 ta’ filgħodu u s-6.00 ta’ filgħaxija. Il-Ministeru qed ikompli bil-proċess li jiġu iddentifikati iktar skejjel ta’l-istat sabiex jinfetħu aktar Child Care Centres.

St Joseph Junior Lyceum

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuwa l-pjan għall-Junior Lyceum tas-subien San Gużepp li jinsab ġewwa Raħal Ġdid? Hemm xi data meta dan huwa maħsub li jiċċaqlaq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-pjan għall-Junior Lyceum tas-Subien San Ġużepp li jinsab ġewwa Raħal l-Ġdid hu li din l-iskola tibda topera fil-premises ta’ Adelaide Cini fil-Ħamrun mill-bidu tas-sena skolastika li jmiss.

Eżamijiet tas-SEC

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux minnu jew le rapport li wasal għandi fejn qed jingħad li fl-eżamijiet tas-SEC tal-matematika u l-fiżika kien hemm diskrepanzi bejn dak li ħareġ fil-karta ta' l-eżami u s-sillabu ta' l-istess suġġetti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma kienx hemm diskrepanzi bejn il- format u l-mistoqsijiet fil-karti ta’ l-eżamijiet tal-matematika u tal- fiżika fil-livell tas-SEC fis-sessjoni ta’ Mejju ,2008 u s-sillabi ta’ l-istess suġġetti.