B'referenza għar-rapport ta' investigazzjoni dwar l-inċident serju (AIRPROX) li seħħ fil-21 ta' April 2007, u li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-Kamra ftit ġranet ilu, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkmandazzjoni RO1/07/03 ġietx attwata? Jekk le, x'passi ħa s'issa l-Ministru jew l-Ministeru biex din tiġi attwata?
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili, li għandu l-obbligu ta' Regolatur fl-Avjazzjoni Ċivili, ħax xi passi biex jassigura li l-iStandard Operating Procedures u l-Works Practices tal-Malta Air Traffic Services jiġu aġġornati biex inċidenti simili titnaqqsilhom il-possibilita' li jerġgħu jiġru? Jekk iva, x'kienu l-passi li ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili kiteb lill-Malta Air Traffic Services Ltd., fejn irrefera għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport u talab għar-reazzjonijiet fuqhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies direttament jew indirettament mit-tipjip u dan fl-ewwel sitt xhur tas-sena? X'inhu jsir speċjalment fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex biex it-tfal, anke ta' eta' żgħira, jkunu jafu bl-effetti ħżiena tat-tipjip?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-aħħar statistika miġbura hija dik sa’ l-aħħar tas-sena 2007, fejn bejn l-ewwel ta’ Jannar 2007 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li mietu total ta’ 3111 persuna residenti ta’ Malta u Għawdex. Min dawn huwa stmat illi 341 mietu direttament jew indirettament mit-tipjip. L-istatistika għal l-ewwel sitt xhur tas-sena 2008 għadha qed tinġabar minn entitajiet varji oħra.
Fl-iskejjel isiru diversi inizzjativi li jinkludu tagħrif dwar il-ħsara tat-tipjip. Saru interventi kemm matul is-sena skolastika, kif ukoll waqt
Skolasajf
tas-sena l-oħra. F’dawn l-aħħar xhur, b’kollaborazzjoni sħiħa mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, saru dawn l-attivitajiet:
·
Jum Dinji bla Tabakk 2007
ġiet iċċelebrata ġo skola primarja bil-participazzjni sħiħa ta’ tfal, fejn itella kunċert li kien jiffoka fuq it-tabakk u ħsara relatata miegħu,
· Waqt
Skolasajf
fit 2007, saru attivitajiet permess ta’ logħob fejn it-tabakk kien wieħed mis-suggetti li ingħataw importanza,
· Saru ukolll diversi
talks
ġo skejjel fl-livell sekondarju kemm din is-sena u dik li għaddiet,
· Tagħrif dwar ħsara mit-tabakk ġie inkorporat f’attivita sportiva, ukoll fl-livell sekondarju f’Mejju ta 2008.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li ġew sospiżi mill-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti f'din l-aħħar sena skolastika u minn liema skejjel ġew sospiżi? Kemm-il darba dawn l-istudenti ġew sospiżi mill-iskola matul din is-sena? Qed isir xi programm biex dawn it-tfal ma jibqgħux itellfu lill-istudenti li jridu jitgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nfurmata li fost il-mi¿uri li ttieħdu sabiex l-istudenti jtejbu l-imġieba tagħhom insibu ¿-¿amma ta’
case conferences
, riferimenti lis-
Safe School Programme
, lil
Guidance Teachers
u lill-
Counsellors
. Jsir ukoll moniteraġġ kontinwu mill-iskola sabiex l-istudenti jintegraw bl-aħjar mod possibbli, attendenza f’
Learning Zone
, involviment fir-
Ray Programme
(programm li jsir mas-
social worker)
u l-iskejjel jieħdu wkoll passi korrettivi oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri ta' l-armata ma jitħallsux ta' l-overtime tant li fil-budget ma jeżistix line item għall-ħlas ta' overtime u dan b'kuntrast ma' korpi ta' dixxiplina oħra? Hemm il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tinbidel fiż-żmien li ġej?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif imħabbar fid-diskors tal-budget għas-sena 2008 is-salarji tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew riveduti ’l fuq sabiex ikunu proporzjonati max-xogħol diffiċli u partikulari tas-suldati.
Minn barra skali ġodda, ir-ristrutturar tas-salarji li daħal fis-seħħ b’effett mill-ewwel ta’ Jannar 2008 jinkludi wkoll
on call duty allowances
, ħlas bir-rata ta’ siegħa/siegħa u nofs għal xogħol li jsir fi btajjel pubbliċi u
allowances
ġodda għal xogħol speċjalizzat. Dawn kollha ġew miżjuda mal-kundizzjonijiet li kienu jgawdu minnhom is-suldati qabel daħlu fis-seħħ dawn l-istess kundizzjonijiet.
Għaż-żmien li ġej mhux previst li jibda jsir ħlas ta’
overtime.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1266, jista' l-Ministru jpoġġi fuq l-mejda tal-Kamra l-action plan jew il-policies dwar l-alkolħol etc li ġew identifikati mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-abbuż tad-droga, l-alkoħol u vizzji oħra flimkien mad-Direttorat għall-Policies u l-Implimentazzjni ta' Programmi?
Jista' jippreżentalna wkoll l-abbozz ta' policy nazzjonali li kien miktub fis-sena 2001 mill-Agenzija Sedqa u mill-Health Promotion Unit dwar l-alkoħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li għadu ma ġie ppublikat ebda dokument dwar l-alkoħol, imsemmi fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument mitlub fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux veru li meta kien hemm il-proċess sabiex jinħatar direttur tal-programmi ta' l-Unjoni Ewropea kien imwaqqaf u ntagħżlet persuna partikolari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1555.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mis-sena 2000 sal-2007, kemm ġew ippreżentati kawżi ta' separazzjoni quddiem l-Qrati? Kemm minnhom ġew deċiżi kull sena u kemm ġew irtirati? Jista' jagħti wkoll in-numru ta' kawżi li ġew ippreżentati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-inforamazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħdha fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid matul din is-sena skolastika li għadha kemm intemmet kemm kien hemm studenti li ngħataw permess jitilqu mill-iskola qabel għalqu s-sittax-il sena? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kemm kienu jattendu skejjel tal-gvern, tal-knisja u dawk indipendenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1426.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm vakanzi ta' għalliema mal-Gvern bħalissa? F'liema suġġetti u f'liema livell? Tista' tgħid ukoll kemm hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati supply teachers għas-sena skolastika li jmiss u f'liema suġġetti u livelli?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li bħalissa il-vakanzi ta’ l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern huma skond it-tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan għaliex l-impjieg ta’ Supply Teachers jiġi terminat fi tmiem is-sena skolastika.
Mhux possibli li jingħata tagħrif dwar kemm se jiġu mpjegati
Supply Teachers
għas-sena skolastika li jmiss. Dan minħabba l-fatt li wieħed irid jistenna r-riżultati ta’ l-għalliema ġodda u ċ-ċaqlieq li jsir internament ta’ għalliema li jiġu maħtura Assistenti Kapijiet kif ukoll ir-rikjesti li jkun hemm minn għalliema biex jiedu l-
Parental Leave
.
Tista' l-Ministru tgħid fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti separatament kemm hemm għalliema li għandhom temporary warrant? Tinżamm statistika ta' liema suġġetti qed jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Informata li fil-preżent hemm 151 għalliem fl-iskejjel tal-Gvern u 123 għalliem fl-iskejjel tal-Knisja u 98 fl-iskejjel indipendenti li għandhom warrant temporanju.
Tabella bid-dettalji ta’ liema suġġetti qed jgħallmu ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li dehru diversi ittri fil-gazzetti f'dawn l-aħħar ġimgħat fejn ilmentaw mill-fatt li qed isir tipjip f'diversi postijiet ta' divertiment bħalma huma bars, night clubs, ristoranti, etc, jista' l-Ministru jordna li jsiru aktar spezzjonijiet spissi biex il-liġi tiġi rispettata? Jista' jgħid kemm inqabdu jpejpu f'dawn il-postijiet fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena u f'liema lokalitajiet kienu? Ittieħdu passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet tad-divertiment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab konvint li l-Pulizija ga qed taghmel il-parti taghha sabiex trazzan dan l-abbuz. Fil-fatt, ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 1,081 li nqabdu mill-pulizija jpejpu f’bars, ristoranti, jew nightclubs f’diversi lokalitajiet. Minn l-investigazzjonijiet li saru ma rrizultax li kien hemm kazi fejn kien hemm xi ksur tar-regolamenti da parti tas-sidien ta’ dawn l-istabbilimenti”.
Tista' l-Ministru tgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena finanzjarja kemm intnefaq fuq fuel li jintuża biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq? Liema kumpannija tissuplixxi l-fuel? Meta ngħata l-kuntratt?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li n-nefqa fuq fuel li jintuża biex tissaħħan il-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena jammonta għal EUR 184,480. Il-kumpanija li tissupplixxi l-fuel hija Falzon Services Station Limited u l-kuntratt ingħata fit-2 ta’ Marzu 2007.
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti li jinstabu fil-Form 5 talbu li jispiċċaw qabel it-tmiem tas-sena skolastika jew qabel jilħqu l-eta' ta' 16-il sena? Tista' tagħti din l-informazzjoni separata għall-iskejjel statali, indipendenti u tal-Knisja u kemm huma bniet u kemm subien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li kien hemm 7 subien u 6 bniet li talbu biex jispiċċaw s-sena skolastika qabel għalqu is-
16-il sena , waqt li kienu hemm 11 subien u 5 bniet li għalqu is-16-il sena iżda li talbu li jispiċċaw is-sena skolastika qabel it-tmiem tagħha. Dawn kollha ġejjin minn skejjel ta’ l-istat. Ma kienx hemm każijiet simili li ġejjin mill-qasam ta’ l-iskejjel indipendenti u tal-knisja.
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 231 u 892, tista' l-Ministru twieġeb fejn waslu dawn id-diskussjonijiet minħabba li din hija materja urġenti minħabba mpenji internazzjonali li x-Shooting Federation ġiet fdata bihom?
Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti se jispċċaw l-aħħar sena primarja, skola skola u maqsumin fi bniet u subien? Kemm minnhom resqu biex jagħmlu l-eżami tal-Junior Lyceum skola skola u maqsumin fi bniet u subien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fil-Kulleġġ San Benedittu sarux jew le l-annual exams tal-foundation classes? Jekk dawn ma sarux, għaliex u min huwa responsabbli għal dan? Kif ġew milquta dawn l-istudenti u kif se jsir il-kejl biex jinqasmu l-klassijiet fis-sena skolastika li jmiss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-foundation classes ma jkollhomx annual exams imma school-based tests. L-amministrazzjoni ta’ l-iskola għamlet dak li setgħet biex dawn iseħħu. Finalment dan ma setgħax isir minħabba direttiva ta’ l-MUT. Minflok saru class-based tests mill-għalliema ta’ dawn il-klassijiet.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada hux se tiġi amalgamata jew tifforma parti minn wieħed mid-Direttorat ta' l-Edukazzjoni ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma hemm l-ebda ħsieb li l-Fondazzjoni ta’ l-Iskejjel t’Għada tiġi amalgamata jew tifforma parti minn ma’ wieħed miż-żewġ Direttorati ta’ l-Edukazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' l-MCAST li qed jagħmlu xogħol fis-Sajf ma jitħallsux bħal studenti oħra tal-Junior College u l-Universita'? Kemm hemm studenti ta' l-MCAST li qed jagħmlu xogħol fis-sajf? Kull student fl-MCAST huwa obbligat li jagħmel xi tip ta' xogħol fis-sajf? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal dan u kif isir l-assessment tax-xogħol li jkunu għamlu għall-fini tal-kors li jkunu qed isegwu fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li:
1. Mhux l-istudenti kollha li jattendu l-MCAST huma obbligati jagħmlu xogħol fis-sajf. Huma biss l-istudenti li jinsabu fi tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ l-Apprendistat li jikkwalifikaw għal perjodu ta’ Osservazzjoni fis-Sajf (Summer Observation Period) bi ħlas ta’ €232.94 fix-xahar. Xi studenti oħra li m’humiex fuq skema ta’ Apprendistat jingħataw l-opportunita’ biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol minn meta jispiċċaw f’Ġunju (Summer Placement). Dawn jitħallsu bir-rata ta’ €4.193 għal kull jum ta’ xogħol. Il-perjodu mhux soltu jaqbeż it-tlett ġimgħat.
2. In-numru ta’ studenti fuq dawn iż-żewġ skemi fis-Sajf ta’ l-2007 kien hekk:
(a) Perjodu ta’ osservazzjoni fis-Sajf – 318
(b) Summer Placement – 177
3. Kif spjegat aktar il-fuq, mhux kull student fl-MCAST huwa obbligat li jagħmel perjodu ta’ xogħol fis-Sajf.
4. Fiż-żewġ każi msemmija hawn fuq, jiġifieri dak tas-Summer Placement u dak tas-Summer Observation Period, in-natura tax-xogħol huwa wieħed ta’ osservazzjoni u li m’huwiex parti integrali mill-assessment. Għaldaqstant matul dan il-perjodu ma jsir l-ebda assessjar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 897 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?