Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Fondi allokati għall-inċentivi

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-inċentivi mogħtija mill-Malta Enterprise taħt l-item 7096? Kif ġew minfuqa, kemm f'kull każ u lil min?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għall-perjodu minn Jannar sa Settembru 2008, intefaq l-ammont ta’ €8,079,838 mill-Vot kapitali X taht l-item 7096. Dan l-ammont intefaq fuq id-diversi skemi kif spjegat fil-lista annessa. Investment Incentives Subvention as at 30 September 2008 Vote X - Item 7096 Euro Access to Finance Interest Subsidy 347,422 Soft Loans 63,083 Investment Aid Gozo Regeneration 180,992 Investment Aid 6,961,658 SME Development START (Start-up incentives) 10,027 SME Development 14,881 Exploratory Awards 5,000 R & D and I Eureka 76,793 Enterprise Development Business Development 56,519 International Competitiveness 165,967 Business Advisors 10,713 Others International competitiveness 1,871 ECO Innovation 116,544 ERDF schemes for year 2007 68,367 Total financing 8,079,838

Malta Enterprise — Proġetti ta' espanzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-12-il proġett ta' espanzjoni minn azjendi Maltin u internazzjonali li ġew aċċettati fl-2007 mill-Malta Enterprise u kemm kien l-investiment reali li dawn wettqu? Jista' jgħid ukoll kemm inħolqu impjiegi b'effett ta' dawn l-espanzjonijiet f'kull azjenda msemmija separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Malta Enterprise ma tistax tiżvela ismijiet ta’ kumpanniji peress li din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva marbuta mal-BPA. Mhux possibbli li tanalizza ż-żieda fl-impiegi wara sena biss li jiġu approvati proġetti. Il- Malta Enterprise normalment tiġbor din l-informazzjoni tliet snin wara li l-proġett jiġi approvat.

MIP — Vot kapitali - Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Villaġġ ta' l-Artiġjanat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru toroq fil-Villagg ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali u kemm kienet din in-nefqa? Fadal aktar xogħol ta’ toroq f’dan il-Villaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol li fadal u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xoghol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żoni Industrijali — Vot Kapital - flus allokat għal upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Vot Kapitali - flus allokat għall-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industrija tal-films — Vot rikorrenti 41

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus issa mill-vot rikorrenti 41 bħala inċentivi għall-industrija tal-films? Kif ġew minfuqa dawn il-fondi, lil min u kemm f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil-Hon. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema perijodu qed jirreferi.

Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Struttuali allokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanniji — Ammont ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kummisjoni għas-Servizz Pubbliku — Tweġibiet

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2350, tista' l-Ministru tgħid meta ngħataw it-tweġibiet lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u meta kien li l-istess Kummissjoni talbet kjarifiki? X’inhi r-raġuni li mhux il-kjarifiki kollha s’issa ngħataw u dwar liema każi huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li l-tweġibiet kollha ngħataw ftit jiem wara li saru l-petizzjionijiet. Il-Kumissjioni għas-Servizz Pubbliku talbet xi kjarifiki kemm f’Mejju u kemm f’Ottubru. Informata li l-kjarifiki kollha ingħataw kemm verbalment matul is-seduta u kemm bil-miktub. Ma hemm ebda risposta pendenti.
Leg 11 PQ #2805 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żabbar — Hompesch Steel - Ħsejjes

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2352 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Socjali u li issa ġiet riferuta lilu u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Direttur tal-Programm tal-EU

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2353, tista' l-Ministru tgħid x’inhuma dawn il-proċeduri stabbiliti? X’kienet ir-raġuni li f’dan il-każ inħass li xi ħadd kellu jiġi detailed għal din il-ħatra minflok toħroġ sejħa kif normalment jiġri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li l-Kordinatur Nazzjonali tal-EUPA gie detailed “on grounds of public policy” permezz taċ-ċirkolari maħruġa mill-Management and Personnel Office numru MPO/211/2007. Informata li l-Ministeru ħass li l-persuna nvoluta kienet idonea li tokkupa din il-ħatra permezz ta’ detailing “on grounds of public policy” wara li l-istess persuna kienet inħatret Acting National Co-ordinator f’Gunju 2007. Dan seħħ wara li għall-sitt xhur sħaħ l-istess EUPU/EUPA kienet immexxija minn Kumitat ad hoc wara li l-Kordinatur Nazzjonali preċedenti ħa ħatra oħra f’Dicembru 2006. Informata wkoll li f’Ġunju 2007, il-Public Service Commission irtirat l-applikazzjoni li kien hemm għal ħatra ta’ National Co-ordinator. Informata li kien inħass il-bżonn li l-EUPA titmexxa b’mod aħjar u bla aktar dewmien anke invista li l-istess EUPA kienet tilfet numru kbir ta’ Uffiċjali wara li ħadu ħatriet oħra.

AIRPROX — Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2354 u jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jinfunzjoni tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Unjoni Ewropea — Kontribuzzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1098, jista' l-Ministru jgħid kif intefqu l-fondi li ssemmew fl-aħħar parti tat-tweġiba?

Response (FENECH, TONIO)

Fondi li rċiviet Malta mill-EU mill- 2000 sa 2008 (Euro) Programmi ta' qabel is-sħubija 2000-2003 28,506,127.35 Programmi ta' Faċilita' Tranżizzitorji (2004-2006) 11,580,185.40 Spejjeż ta' safar ta' delegazzjonijiet b'konnessjoni ma' l-EU 2,611,327.68 Somma globali u Kumpens għall-Budget 261,391,374.78 Programmi għal Fondi Strutturali 2004-2006(ERDF, ESF, FIFG, EAGGF, EQUAL, Coezjoni, Interreg, PRINCE) 57,919,394.64 Total 362,008,409.85
Leg 11 PQ #2809 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Social Work — Abbużi fuq l-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru, jekk jogħġbu, jagħti statistika dwar in-numru ta’ każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani mill-2000 sat-tmiem tas-sena 2007? Jista’ fil-ġbir ta’ din l-istatistika, jinġabar tagħrif kemm mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika fi ħdan l-aġenzija Appoġġ, mid-Dipartiment ta’ l-Anzjani, mis-Servizz ta’ Social Work ġewwa l-Isptar Żammit Clapp, mis-Servizz ta’ Social Work ġewwa l-Isptar Mater Dei, mis-Servizz ta’ Social Work ġewwa ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule, kif ukoll mis-Servizz ta’ Social Work ta’ l-Aġenzija Sapport separatement? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm każijiet kien hemm speċifikament ta’ abbuż li jaqgħu taħt dawn il-kategoriji li ġejjin: - - abbuż emozzjonali u psikoloġiku - abbuż fiżiku - abbandun u traskuraġni ( neglect ) - abbuż finanzjarju - abbuż sesswali. Minn dawn il-każijiet mill-2000 sa l-2007: - Kemm mill-vittmi kienu irġiel u kemm nisa? - Kemm minn dawn l-abbużi saru minn persuni ta’ nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1962 Sitting 40 2008-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Membri ta' l-Armata

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1296, jista' l-Prim Ministru jikkonferma allura li ġaladarba m'hemmx differenzi jew diskrepanzi bejn il-forzi msemmija se jibda' jitħallas l-overtime lis-suldati b'mod immedjat u li fil-budget li jmiss għas-sena 2009 se jibda jkun hemm line item għall-overtime bħal tal-pulizija? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx suldati fil-preżent qed jitħallsu ta' l-overtime kemm mill-finanzi ta' l-armata jew minn x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn qegħdin jaħdmu dawn is-suldati u min qed iħallashom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-mistoqsija parlamentari 1296 li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tikkonċerna r-ringaġġ fil-Forzi Armati u mhux ħlas ta’ overtime, l-Onorevoli Membru hu ġentilment mitlub jikkonferma mill-ġdid in-numru tal-mistoqsija parlamentari inrefernza.

Malta Industrial Parks — EU Structural Funds

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi dettalji dwar x'xogħol huwa maħsub li jsir mill-Malta Industrial Parks minn fondi ta' l-EU Structural Funds? Hemm proġetti oħra li għadhom li ma ġewx approvati u li l-Malta Industrial Parks applikat għal fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsistu dawn il-proġetti? X'inhi r-raġuni li dawn ma ġewx aċċettati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Industrial Parks ipproniet proġetti mill-fondi l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013. Il-proġetti jikkonsistu fit-tisbieħ u titjib ta’ ħames żoni industrjali li huma indikati hawn taħt: Ħal Far – Jitkompla l-proġett ta’ tisbiħ u titjib taż-żoni industrijali permezz ta’ żewġ fażi oħra li jinkludu xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura (toroq, ġbir ta’ l-ilma tax-xita, dranaġġ, fire hydrant system , eċċ.) u tiżdied il- landscaped area Bulebel – Jiġi implimentat it-tieni fażi ta’ titjib u tisbiħ taż-żona industrjali u b’hekk ix-xogħol f’dan l- estate ikun tlesta. In-natura tax-xogħolijiet huma simili għal dawk ta’ Ħal Far Kordin – Jinbeda il-proċess ta’ upgrading f’din iż-żona permezz ta’ l-ewwel fażi li jinkludi xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura tat-toroq prinċipali u l-bini ta’ administration block li jiġi mħares mit- tenants u li fih ser ikollu child day-care centre Xewkija – Isir upgrading komplet f’dan l- estate permezz ta’ titjib fl-infrastruttura, il- landscaping u l-bini ta’ administration block li jiġi mħares mit- tenants u li fih ser ikollu child day-care centre Mosta – Jinbena sular ieħor fl- administration block preżenti sabiex ikun jista’ jitwaqqaf child-care centre . L-għan ta’ dawn il-proġetti huwa biex Malta tkun aktar kompetittiva permezz ta’ żoni industrijali ta’ livell internazzjonali u anke biex jitjiebu il-faċilitajiet u l-ambjent għall-impjegati f’dan is-settur. Dawn il-proġetti ġew approvati mill- Project Selection Committee fi ħdan l-OPM u bħalissa għaddejjin it-tħejjijet neċessarji sabiex jitlestu t- tenders . Il-proġetti ser jiswew ma l-20 Miljun Ewro.

Timber Carriers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 897 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil-Onor Interpellant illi mis-somma dovuta ta’ US$32.9 miljun li tinkludi interessi u spejjeż amministrattivi, il-Gvern Malti daħħal is-somma ta’ US$9M fuq il-vapuri Russi. Din is-somma kienet full and final settlement. Din is-somma hija riżultat ta’ negozjati twal bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija Sudoimport, fejn il-Gvern kien assistit mid-Deutsche Bank, li kien daħal għad-dejn tal-kumpanija (factoring). Is-somma ta’ US$9M ġiet stabbilita wara li tnaqqsu l-multi dovuti minħabba d-dewmien fil-forniment ta’ l-istess vapuri, kif ukoll tnaqqsu l-ispejjeż dovuti lid-Deutsche Bank bħala kumpens għall- factoring .

Timber Carriers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 1299 u 897 u jgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jieħu l-flus dovuti mill-gvern Russu dwar timber carriers li kienu mibnija għall-kumpannija Sudoimport? Kemm huwa l-ammont li huwa dovut lil Malta? Ġie jew qed jiġi kkunsidrat li minflok ma jingħataw flus jsir ftehim u pajjiż jingħata ħwejjeġ oħra li huma meħtieġa għall-pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1299.