Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1740 u jgħid kemm saru stupri f'pajjiżna fis-snin 2005, 2006 u 2007? X'sentenzi rċevew dawk il-persuni li kkommettew dan ir-reat serju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Sena
Każi rappurtati
Sentenzi
2005 7 1 - sentenza ta prigunerija
1 - sentenza sospiza
1 - multa
4 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
2006 13 2 - sentenza sospiza
11 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
2007 11 1 - sentenza sospiza
10 - ghadhom pendenti quddiem il-Qorti
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1730 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri ta' l-armata ma jitħallsux ta' l-overtime tant li fil-budget ma jeżistix line item għall-ħlas ta' overtime u dan b'kuntrast ma' korpi ta' dixxiplina oħra? Hemm il-ħsieb li din is-sitwazzjoni tinbidel fiż-żmien li ġej?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 1730 ta’ l-istess Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1741, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-reazzjonijiet ta' dawk li ntalbu jagħtu r-reazzjoni tagħhom fuq l-imsemmi rapport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi r-reazzjoni kienet illi ttieħdu dawk il-passi neċessarji biex sa fejn dan huwa possibli jiġu implementati r-rakkomandazzjonijiet magħmula.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu membri tal-Korp tal-Pulizija jużaw id-droga jew kienu fil-pussess ta' droga jew ittraffikaw id-droga matul din is-sena? Kemm minnhom għadhom fil-Korp tal-Pulizija? X'rank għandhom jew kellhom u x'passi ttieħdu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' membri tal-Korp tal-Pulizija – żewġ surġenti u żewġ kuntistabbli - li nqabdu b’abbuż ta’ droga. Infurmat ukoll li, filwaqt li ħadd minn dawn ma’ għadu jservi fil-Korp, bħalissa għadejjin proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm kapijiet ta' l-iskola fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern li daħlu minn barra s-settur pubbliku fix-xhur li għaddew? Min huma u f'liema skejjel jinsabu? Kemm kienu dawk li applikaw u kemm ġew aċċettati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm żewġ kapijiet ta’ skejjel primarji li daħlu minn barra s-settur pubbliku.
Dawn huma Cynthia Aquilina, il-kap tal-Iskola Primarja ta’ Pembroke u Charlot Cassar li huwa l-kap tal-Iskola Primarja tal-Kalkara.
Kien hemm 21 li applikaw għall-kap ta’ skola u minnhom għaddew mill-intervista u ġew aċċettati 12. Kien hemm 4 applikanti ineliġibbli, 4 li weħlu u applikazzjoni waħda li ġiet irtirata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fhiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi ta' għajnuna lill-investiment ingħataw b'attenzjoni speċjali għal Għawdex? Kemm kienet din in-nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise għandha skemi ta’ għajnuna speċifikament fuq Għawdex li huma għajnuna fuq transport bejn Malta u Għawdex (Industry in Gozo), kif ukoll għajnuna fuq hlas ta’ parti mis-salarji ta’ impjiegi ġodda (Gozo Regeneration scheme).
Fir-rigward ta’ transport bejn Malta u Għawdex, bejn is-snin 2005 sa 2007 ġiet approvata għajnuna li tammonta għal €1,193,085. L-inċentiva tinħadem abażi ta’ l-
audited accounts
, konfirma ta’ l-ispejjes mil-audituri, u dokumentazzjoni relevanti oħra
,
li jissottomettu l-kumpaniji ma l-applikazzjoni lil Malta Enterprise. B’hekk il-figuri għas-sena 2008 ikunu disponibbli wara li din l-informazzjoni tinghata lil Malta Enterprise.
Fir-rigward ta’ ħlas ta’ parti mis-salarji ta’ impjiegi ġodda, liema skema qegħda tiġi amministrata flimkien ma’ l-ETC, din ġiet fis-seħħ fis-sena 2008, u għas-sena 2008 ġiet approvata għajnuna li tammonta għal €297,327.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret matul is-sena 2008 dwar il-manifattura ta’ valur miżjud għoli u x’kienu r-riżultati miksuba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT ġħandu biss l-informazzjoni miġbura mid-denunzji tat-taxxa. Għaldaqstant, id-dettalji mitluba mill-Interpellant ma jiffurmawx parti mill-informazzjoni fuq id-denunzji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' tnaqqis ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttivi ta' pajjizna matul din is-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.