Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2821 u jgħid kemm saru toroq fil-Villagg ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali u kemm kienet din in-nefqa? Fadal aktar xogħol ta’ toroq f’dan il-Villaġġ? Jekk fl-affermattiv, meta huwa maħsub li jsir ix-xogħol li fadal u kemm huwa stmat li jiswa dan ix-xoghol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Nru.3020.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2820 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2820.
Nixtieq nirreferi lill-Ministru għad-diskors tal-budget fejn għal din is-sena kien hemm mira ċara biex dak li kien deskritt bħala "l-piż tal-amministrazzjoni pubblika" jitħaffef, għalhekk nitlob li l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2816 u jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' tnaqqis ta' l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttivi ta' pajjizna matul din is-sena 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persentaġġ ta’ tnaqqis ta’ l-amministrazzjoni pubblika fuq l-oqsma produttiva ta’ pajjiżna matul l-ewwel sitt xhur tas-sena huwa kif jidher f’din it-tabella:
2007 Jan - Jun
2008 Jan - Jun
Amministrazzjoni u Difiża Pubblika; Sigurta Soċjali Mandatorja
€ '000
156,755
166,487
Valur Gross Miżjud (Prezzijiet Bażiċi) tal-Ekonomija
€ '000
2,232,080
2,375,078
Kontribuzzjoni lil Ekonomija Maltija
%
7.02
7.01
Figuri skond NSO ċirkolari Nr 159/2008
Ta’ min jgħid li l-figuri minn Jannar sa Settembru 2008 ser ikunu ppubblikati fix-xahar ta’ Diċembru 2008. Filwaqt li l-figuri minn Jannar sa Diċembru 2008 ser ikunu ppubblikati fix-xahar ta’ Marzu 2009.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2827 u jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2826 u jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2826.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2823 u jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2823.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2352 u li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Socjali u li issa ġiet riferuta lilu u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' Monitoraġġ ta' Ħsejjes Ambjentali skond kif inhu mitlub mid-direttiva 2004/49 għadu fi stat li qed jiġi implementat. Meta din id-direttiva tkun implementata jkun hemm indikazzjoinijiet liema żoni f'Malta għandhom bżonn kontrolli fuq ħsejjes ambjentli. Ta' min jinnota li d-direttivi Ewropeja fuq il-ħsejjes ambjentali ma timponix l-ebda limitu ta' ħoss għal stabbilimenti partikolari, pero tirrigwarda biss kontrolli fuq il-ħsejjes ambjentali.
Preżentament, it-tniġġis ta' Ħsejjes Ambjentali min stabbilimenti industrijali hu regolat skond ir-regoli ta' attivitajiet kummerċjali li huma regolati minn Artiklu 13, tieni skeda, LN 1 ta' l-2006 mill-liġi Maltija. L-Awtorità responsabbli min din il-liġi hija Id-Dipartiment dwar is-Saħħa Pubblika.
Żoni Industrijali — Vot Kapital - flus allokat għal upgrading
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-vot kapitali allokat din is-sena għal upgrading f’żoni industrijali, intużaw €115,460.
Ix-xogħolijiet twettqu fiż-żoni industrijali tal-Imrieħel, Mosta, Haż-Żebbuġ, il-Ħandaq, Ħ’Attard, u Ħal-Luqa, kif ukoll fiż-żewġ villaġġi tal-artiġjanat ta’ Ta’Qali u Ta’ Dbiegi.
In-nefqa kienet maqsuma f’€36,000 f’xogħolijiet ta’ asphalt, patching u manutenzjoni ġenerali fuq toroq industrijali, servizzi ta’ tindif u twaħħil ta’ sinjali tat-traffiku, €28,000 fi tkomplijja tal-Proġett ta’ Street lighting, u xogħolijiet ta’ manutenzjoni speċifikament fiż-żona industrijali ta’ f’Ħal Farruġ u Ħal Luqa; €11,646 f’garanzija bankarja mal-MEPA u €39,814 f’xogħolijiet u servizzi oħra ta’ manutenzjoni ġenerali, promozzjoni għall-istess żoni industrijali, publikazzjoni ta’ direttorji ta’ negozji, spejjeż relatati mal-laqgħat ta’ konsultazzjoni ma l-istess sidien ta’ negozji ta’ dawn iż-żoni, eċċ.
Ta' Qali — Vot Kapitali - flus allokat għall-Crafts Village
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi li ġew introdotti matul din is-sena li joħorġu mil-Liġi għall-Promozzjoni ta' l-Industrija? Kemm kienet din l-ispiża u fiex kienet tikkonsisti?
Response (FENECH, TONIO)
Niċċaraw li l-inċentivi l-ġodda li ħarġet il-Malta Enterprise matul din is-sena ma humiex mill- Att Dwar il - Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) iżda jemanaw mill- Att Dwar l-Intrpriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act). L-inċentivi ġodda li ħarġu din-sena taħt dan l-Att ġew stabbiliti minn tlett Avviżi Legali li jġibu dawn in-numri:
Aviz Legali 68 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Għajnuna għall-Investiment
Aviz Legali 69 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Assistenza lil Intrapriżi Żgħar jew ta’ Daqs Medju
Aviz Legali 70 ta’ l-2008 - Regolamenti ta’ l-2008 dwar Inċentivi għas-Sostenn ta’ l-Intrapriża
Bis-saħħa ta’ dawn l-avviżi legali li jaqaw taħt il-qafas tal- Malta Enterprise Act, inħarġu dawn l-inċentivi ġodda:
Aviz Legali 68 ta’ l-2008
Aviz Legali 69 ta’ l-2008
Aviz Legali 70 ta’ l-2008
·Investment Aid Scheme
·Gozo Regeneration Scheme
·Innovative Start-up Scheme
·SME Development Scheme
·Business Advisors Scheme
·Trade Promotion and Trade Fairs support Scheme
·Business development Scheme
Il-Malta Enterprise tkun f’pożizjoni li tagħti rendikont ta’ linfiq fuq dawn l-iskemi wara li tagħalaq il-kotba tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa matul din is-sena biex jitjiebu ż-żoni industrijali għall-intrapriżi ż-żgħar? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa f'kull każ separatament? Kemm kienu l-fondi li ġew mill-Unjoni Ewropea għal dan l-iskop?
Response (FENECH, TONIO)
L-ewwel nett nixtieq ngħarraf lil Onorevoli Interpellant, li ma teżisti l-ebda żona industrijali li hi restritta u iddisinjata specifikament li tilqa fiha xi “intrapriżi żgħar”,(jiġifieri minn imjegat wieħed sa għaxra), għaliex f’kull żona insibu firxa ta’ negozji li jħaddmu minn persuna waħda sa 250 impjegat (hekk kif tgħid id- definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar skond l-Unjoni Ewropea),jew saħansitra aktar minn 250 persuna.
Iżda minn naħa l-oħra tajjeb ninforma lil istess Onorevoli Interpellant li jeżistu kemm żoni industrijali mibnija fuq artijiet tal-Gvern , kif ukoll oħrajn mibnijja fuq art tal-privat.
Din is-sena, mil-vot tal-Ministeru responsabbli minn-negozji żgħar u medji, ser ikunu intefqu mal €115,498 fuq manutenzjoni ġenerali , servizzi ta’ tindif, proġetti ta’ embellishments, u introduzzjoni ta’ sinjali tat-traffiku fost l-oħrajn, fiż-żoni industrijali tal Handaq, Mosta, Haż-Żebbug, u l-Imrieħel.
Sadanintant minn naħa tal Malta Industrial Parks minn Awwissu 2008 sal lum ser ikunu intefqu ukoll mal €15,266 fuq titjib ġenerali, u xogħolijiet oħra ta’ manutenzjoni fl-istess żoni.( servizzi li bħalissa għadhom jingħataw sabiex dawn iż-żoni jinżammu fi stat nadif, u organizzat).
Din is-sena il-Malta Industrial Parks sa issa nefqet ukoll is-somma ta € 204,840, f’ manutenzjoni ġenerali fiż-żoni industrijali l-oħra, fuq art tal-Gvern ( li jinkludu Bulebel, San-Gwann, Hal-Far, Kordin, Marsa, Mosta, H-Attard, Hal-Luqa, Kirkop, Xewkija,) u dan barra it- €28,470,515 li intefqu mil-MIP, f’bini ta fabbriki ġodda, il- €106,000 f’kontribuzzjoni mil MIP lejn id-direttorat għall-intrapriżi żgħar fi ħdan il-Malta Enterprise, kif ukoll it- €252,935 li tħallsu din is-sena, mil-Ministeru, fi flus dovuti bħala retention money lil kuntratturi li kienu responsabbli li jwettqu proġetti infrastrutturali ta’ tiżbieh f’diversi żoni industrijali, fis-snin l-imgħoddijja.
F’din is-sena li qegħdin fiha, kemm il-Ministeru, kif ukoll il-Malta Industrial Parks ma irċevewx u ma nefqux l-ebda fondi mill-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm negozji fil-villaġġ il-ġdid ta' l-artiġjanat ġewwa Ta' Qali? Kemm qed jimpjegaw nies dawn in-negozji? Kemm kien l-investiment tal-Gvern? Kemm minnhom huma fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu huwa din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2813 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2812 jgħid kemm intnefqu flus issa mill-vot rikorrenti 41 bħala inċentivi għall-industrija tal-films? Kif ġew minfuqa dawn il-fondi, lil min u kemm f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għal dak li jirrigwarda s-sena rikorrenti, s’issa ingħataw inċentivi li jammontaw għall-€51,620 lill-produzzjoni tal-films russa ‘Terra Nova’.
Huwa mistenni illi erba produzzjonijiet oħra jissottomettu applikazzjonijiet finali għall-għoti ta’ inċentivi sa’ l-aħħar ta’ din is-sena.
Ta' Qali — Vot Kapitali - Flus Allokati għall-Crafts Village
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2811 u jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għall-Crafts Village f'Ta' Qali? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol u kemm intnefaq f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Żoni Industrijali — Vot Kapital - Flus allokat għall-upgrading
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2810 u jgħid kemm intnefqu flus mill-vot kapitali (vote VI Capital) allokat għal din is-sena għal upgrading f'Żoni Industrijali? Fejn sar dan ix-xogħol u kemm intnefqu f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2810.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2807 u 2354 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jikkonferma jew jiċħad li minn meta seħħ l-inċident f'April 2007 ‘l hawn, il-MATS bidlet il-proċeduri li bihom ajruplani li ma jkollomx it-transponder mixgħul u jiffunzjona tajjeb, dawn mhux qed jiġu ppreżentati fuq id-display tal-Kontrolluri, anke jekk ir-Radar ikun qed jarahom? Jekk dan hu veru, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili approva dawn il-proċeduri ġodda? Jista’ l-Ministru jgħid li jekk dan hu minnu, sarx dak magħruf bħala Safety Case qabel ma dawn ġew fis-seħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi Malta Air Traffic Services Ltd għandha żewġ tipi ta’ radars Primary Radars (PSR) u Secondary Radars (MSSR). Biex ajruplan jidher fuq ir-radar bl-MSSR għandu bżonn ta’ transponder filwaqt li bil-PSR m’għandux. Il-proċeduri tal-kontrolluri li ilhom stabbiliti għal ħafna snin jikkonsistu f’proċeduri, fejn ir-radars jistgħu jintużaw flimkien jew separatament. Dawn il-proċeduri kienu ġew approvati mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili ħafna qabel ma l-MATS stabbiliet Safety Management System tliet snin ilu. Meta l-SMS ġiet stabbilita il-Kumpanija iddeċidiet li l-proċeduri kollha li kienu qegħdin jintuzaw kienu ‘Safe”.
Minhabba il-problemi tekniċi fuq il-PSR, l-informazzjoni mill-PSR ġiet imneħħija minn fuq il-main display tal-kontrolluri u mpoġġija biss fuq il-fallback display li qiegħda ma ġenb il-main display tal-kontrolluri. Bi ftehim mal-union tal- kontrolluri, ajruplani li ma jkollhomx transponder jingħataw servizz ta’ air traffic control minn fuq il-fallback system.
Wara li sar setting fuq il-PSR, saru tliet safety cases biex indaħħlu il-PSR information fuq is sistema prinċipali. Dawn it-tliet safety cases kollha fallew. Għal daqstant, il-kontrolluri għadhom qegħdin jużaw il-proċeduri spjegati fil-paragrafu ta’ fuq.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2805 u jqabbad lil min jinvestiga jekk il-ħsejjes li l-Hompesch Steel ġewwa Ħaż-Żabbar qed tagħmel humiex aċċettabbli u skond ir-regoli ta’ l-UE minħabba li qed ikunu ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2805.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi allokati għall-MIP taħt l-item 7210? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-fondi murija f’Item 7210, Malta Industrial Parks Ltd, ma ntużawx. Il-Malta Industrial Parks Ltd, fil-fatt, tiffinanzja l-operat tagħha, ta’ bini u manutenzjoni ta’ fabbriki li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-MIP Ltd, tramite d-dħul mill-kirjiet ta’ dawn il-fabbriki u faċilitajiet bankarji jekk ikun jinħass il-bzonn.