Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3242 u 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2815.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond ir-Reġistru ta’ intrapriżi li jinżamm mill-NSO, il-kumpaniji li preżentament jimpjegaw aktar minn 250 huma 49.
Jiddispjaċini li minħabba il-provedimenti ta’ kunfidenzjalita’ tal-Att ta’ l-Istatistika ma tistax tingħata informazzjoni dwar kumpaniji individwalment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2815.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3051 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3052 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 3053 u jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3053.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fuq il-Mużew tal-Gwerra fil-Belt Valletta? Kemm intnefaq s'issa? Min qed jagħmel ix-xogħol? Tista' tgħid meta hu maħsub li jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku speċjalment peress li l-post huwa ta' attrazzjoni turistika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li x-xogħol li sar u qed isisr fil-Mużew tal-Gwerra jinkludi xogħol strutturali, kuratorjali u ta’ konservazzjoni. In-nefqa totali mistennija li tkun ta’ €412,795.53
Ix-xogħol kollu kuratorjali, ta’ konservazzjoni tal-oġġetti u konservazzjoni tal-partijiet esterni tal-binja sar minn ħaddiema ta’ Heritage Malta. Ix-xogħol ta’ manutenzjoni intern sar minn kuntratturi differenti.
Huwa maħsub li l-Mużew jerġa jinfetaħ għall-pubbiku fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern imħabbra mill-predeċessur tiegħu dwar bini ta' ġibjuni taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita u b'hekk jiġu evitati ħafna għargħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l’ammont ta’ flus li ġew użati mill-fondi strutturali allokati għall-MIP din is-sena jammontaw għall €453,119 eskluż il-VAT. Dawn ġew użati fuq proġett ta’ tisbieħ ta’ Żoni Industrijali ta’ Ta’ Dbiegi, Bulebel u Ħal Far. Il-fondi kollha ġew eżawriti.
Rigward il-fondi allokati lil Malta Enterprise taħt item 7173 ġew użati kollha sa l-aħħar ta’ Settembru 2008. Ta’ min isemmi li din is-sena ħdax-il kumpanija bbenefikaw minn total ta’ €484,957. Sebgħa minn dawn il-kumpaniji bbenefikaw minn
grants
b’total ta’ €298,915 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (taħt Item 7173), filwaqt li l-Malta Enterprise għenet l-erbgħa kumpaniji l-oħra b’total ta’ €186,042.
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Struttuali allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemmx fondi taħt l-Item 7211 EU Structural Funds 2007-2013 allokati a priori speċifikament għall-Malta Industrial Parks u l-Malta Enterprise taħt il-Vot Kapitali X. Iżda fondi ġew allokati wara li kienu approvati proġetti li ż-żewġ entitajiet issottomettew għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013). Il-proġetti approvati huma:
Malta Industrial Parks
Upgrading and Embellishment of Industrial Estates
Malta Enterprise
Expansion of the Kordin Business Incubation Centre
Setting Up a Life Sciences Centre
Malta Enterprise
ġiet ukoll allokata fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2007-2013) biex timplementa skemi ta’ għajnuna ghall-intrapriżi.
Sal-lum għadhom ma ntefqux fondi fuq dawn il-proġetti u skemi. L-ammont li hu stmat li jista' jintefaq sa l-aħħar tas-sena hu, fil-fatt, negliġibbli minħabba li għadu għaddej il-proċess tal-fażi preliminari tal-proġetti/skemi.
Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2814.
Malta Enterprise u MIP — Fondi Strutturali allokati
Question
Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu huwa din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2813 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7173? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Fadal xi fondi li għadhom ma ġewx allokati?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2813.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2822 u jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Venture Capital Fund inħoloqx jew le? Jekk fl-affermattiv, kif qed jitħaddem dan il-fund u x’inhu l-ammont ta’ flus li fih?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Venture Capital Fund inħoloq b’investiment inizzjali mill-Gvern ta’ Euro2,097,000 (Lm900,000). Effettivament il-fond għadu ma bediex jitħaddem. Il Board tad-diretturi qed jagħmel sforzi biex jingaġġa r-riżorsi meħtiega biex dan il-fond jibda jopera skond investment policies xierqa u jiġi ukoll supplimentat b’kapital minn istituzzjonijiet finanzjarji.
Jikkonferma l-Ministru li matul din is-sena 2008 tħallsu jew se jkunu tħallsu madwar €20.5 miljun f’incentivi? Jekk fl-affermattiv, kif ġew allokati dawn l-inċentivi?
Ta' Qali — Villaġġ tas-snajja - Pjanijiet għall-iżvilupp
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3049 u jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet għall-iżvilupp u bini tal-villaġġ tas-snajja ġewwa Ta' Qali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm fabbriki vojta fiż-żoni industrijali f'Malta u Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' fabbriki vojta fiż-żoni industrijali ta' Malta huwa ta' 23, filwaqt dawk f'Għawdex huma 5. Minn dawn, ħdax-il fabbrika f'Malta u zewg fabbriki f'Għawdex huma diga' riservati.
Din il-figura tista' tinbidel minn żmien għall-ieħor skond iċ-ċirkustanzi.