Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zvilupp ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista' jgħid fiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li din l-istatistika ma tinżammx b’mod aggregate kif mitlub, isir ħafna xogħol ta’ ristrutturar ta’ fabbriki u estenzjonijiet. Hafna drabi jsir xogħol estensiv fuq fabbriki eżistenti li prattikament jirrenduhom daqs kieku nbnew ġodda. Dan l-iżvilupp mhux dejjem ikun għas-spejjeż pubbliċi u jkun akkumpanjat minn investiment privat fuq l-istess sit. Barra minn dan isir ukoll żvilupp industrijali privat. Fondi pubbliċi għal dan l-iżvilupp fuq dan l-investiment intefqu: €2,152,067 Fl-2005 €5,123,203 Fl-2006 €8,013,585 Fl-2007 €30,169,055 Fl-2008 (jinkludi €23m fuq il-Lufthansa Technik Malta Ltd sa Settembru 2008)

Żvilupp ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2822 u jgħid kemm-il metru kwadru ġdid ta' spazju għal fabbriki ġie żviluppat matul din is-sena? Kemm kienet din l-ispiża u fejn sar dan ix-xogħol? Jista'jgħid fiex wasal dan ix-xogħol, jekk hux lest jew le? Jista' jgħid ukoll kemm-il metru kwadru ġdid ġew żviluppati fis-snin 2005, 2006 u 2007 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2822.
Leg 11 PQ #4101 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' senior principal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3784 u jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ senior principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4101, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3784.

Bini ta' ġibjuni taħt l-art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3538 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslu l-pjani tal-Gvern imħabbra mill-predeċessur tiegħu dwar bini ta' ġibjuni taħt l-art biex jinġabar l-ilma tax-xita u b'hekk jiġu evitati ħafna għargħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 4087.

Talbiet għal-użu ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bring-in sites — Ġbir ta' ħġieġ, karti, metall u plastik

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-ewwel għaxar xhur tas-sena nġabar ħġieġ, karti, metall u plastik mill-bring-in sites ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid x'isir minn dawn wara li jiġu riċiklati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi minn Jannar sa Ottubru 2008 mill-bring-in-sites ta’ Malta u Għawdex inġabru: Ø 1532.11 tunellata karta, Ø 677.86 tunellata plastik, Ø 224.22 tunellata metall Ø 950.06 tunellata ħġieġ. Wara li dan l-iskart ikun trasportat għand il-WasteServ, dan jiġi magħżul bl-idejn biex tonqos il-kontaminazzjoni, u jinbiegħ għar-riċiklaġġ. Peress li d-domanda għal dan l-iskart tvarja ħafna, jkun hemm perjodi fejn dan jiġi maħżun.
Leg 11 PQ #4162 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3784 Sitting 59 2008-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' Senior Principal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ Senior Principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-vakanzi fil-grad ta’ Senior Principal jimtlew skond l-esiġenzi tas-Servizz u l-prioritajiet tal-Gvern skond kif identifikati u miftehma waqt il-capacity building fora li jsiru regolarment bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeri.

Smart city — Nefqa fuq bini ta' infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li ser jintnefaq globalment għall-bini ta' infrastruttura xierqa f'affarijiet bħal dawl, ilma, drenaġġ eċċ biex tkun moqdija Smart City? Meta hemm il-ħsieb li jinħarġu s-sejħiet biex dan ix-xogħol jibda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3631 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpanniji u fabbriki — sensji

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2008 kemm kien hemm sensji mogħtija minn fabbriki/kumpanniji li joperaw minn Malta? Kemm kienu irġiel u kemm nisa? Mil-liema fabbriki/kumpanniji kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ngħataw is-sensja mill-1 ta’ Jannar 2008 sa Settembru 2008 f’Malta u Għawdex u li marru jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 1,387, li kienu 1,095 raġel u 292 mara. Ma nħossx li hu xieraq li nippubblika l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija għaliex din l-informazzjoni jista’ jkollha effett ħażin fuq il-prospetti kummerċjali tal-organizzazzjonijiet konċernati.
Leg 11 PQ #3632 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema fuq bażi part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time? Kemm minn dawn huma rġiel u kemm nisa? Kemm mit-total għandu dan ix-xogħol bħala x-xogħol prinċipali tiegħu jew tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta’ ħaddiema li sa l-aħħar ta’ Ġunju 2008 kienu jaħdmu fuq bażi part-time huwa 48,749; 26,436 huma rġiel u 22,313 huma nisa. Minn dawn 27,579 kellhom ix-xogħol part-time bħala x-xogħol prinċipali tagħhom.

Enemalta — xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull kemm żmien l-Enemalta tixtri ż-żejt u għal kemm tul ta' żmien? Jista' jgħid ukoll x'arranġamenti fit-tul għandha għax-xiri taż-żejt u għal kemm hu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta tixtri ż-żejt b’mod kontinwu u għal perjodu li jiġi determinat minn diversi fatturi fosthom minn l-ammont ta’ żejt li hemm fil-ħażna, il-qies ta’ kull konsenja u l-konsum ta’ kull prodott. Il-Fuel Oil li jintuża fil-Power Stations jinxtara f’bejn wieħed u ieħor 20 konsenja kull sena, Gas Oil li jintuża ukoll fil-Power Stations jinxtara minn 4 sa 8 konsenji kull sena, Diesel minn 4 sa 6 konsenji kull sena u Petrol bejn wieħed u ieħor 8 konsenji fis-sena. Iż-żejt jinxtara wara sejħa għal offerti u b’kuntratti li varjaw bejn 6 u 12-il xahar.
Leg 11 PQ #3784 Sitting 52 2008-11-14 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali Pubbliċi — Appointment ta' Senior Principal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jingħataw l-appointment ta’ Senior Principal dawk l-uffiċjali pubbliċi li għaddew mill-eżami li sar għal dan il-grad wara sejħa li ħarġet f’Novembru tas-sena l-oħra? Billi l-proċess tal-għażla ntemm u digà ġew ippubblikati r-rizultati, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Talbiet għal użu ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Timber carriers

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax fir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3542 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Hanover Street - Proġett

Question

Minħabba li l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel xi proġett f'Hanover Street, Bormla jista' l-Ministru jgħid il-persuni li kienu jgħixu f'din il-binja u huma proprjetarji tal-post tagħhom x'kumpens ingħataw għall-post tagħhom? Ġew mogħtija post alternattiv fejn se joqogħdu sakemm il-proġett jitlesta? Jista' jgħid ukoll għall-post alternattiv hux qed iħallsu xi spejjeż li qabel ma kenux qed iħallsu minħabba li kienu sid ta' darhom? Jista' jgħid x'se jiġri meta l-proġett jitlesta u jekk hux se jingħataw il-post li kellhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kull resident fil-blokka li ser titwaqqa fil-proġett indikat mill-Onor. Interpellant ġie mogħti post alternattiv, inklużi dawk ir-residenti li kienu propjetarji ta' djarhom. Kumpens fuq postijiet li jitwaqqgħu bħala parti minn tali proġetti, jiġi kkalkulat u mħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Ninsab informat ukoll li l-Awtorita' tad-Djar ma' taf l-ebda spiża li proprjetarji tal-postijiet l-antiki jridu jħallsu għall-post il-ġdid ħlief dawk relatati ma l-użu tal-lift. Meta l-proġett jitlesta, l-Awtorita' tad-Djar tqassam dawn il-postijiet lill-applikanti tagħha u mhuwiex maħsub li min kien joqgħod f'din il-blokka jerġa jmur lura fiha.

MIP — vot kapitali - fondi - Dħul minn fabbriki u faċilitajiet bankarji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija numru 2820, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul minn kirjiet ta' fabbriki u kemm kien id-dħul minn faċilitajiet bankarji jekk kien il-każ? Kemm hija s-somma li suppost tinġabar matul din is-sena fejn jidħlu kirjiet u kemm inġabru s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena, s’issa l-MIPL irċeviet €6,764,094 (li minnhom €1,052,463 huma arretrati) għal kirjiet tal-fabbriki. Is-somma li trid tinġabar tul din is-sena hi ta’ €8,085,505 (inkluż VAT). Minn facilitajiet bankarji l-MIPL kella fondi li jammontaw għal €73 miljun.

Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati

Question

Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3243 u 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2814.