Legislature:
Category:
Reset
Active:

Talbiet għal-użu ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġew allokati proprjetajiet skond hawn taħt: 2005: 11-il fabbrika 2006: 20 fabbrika 2007: 24 fabbrika 2008: 23 fabbrika Il-Malta Enterprise approvat dawn il- proġetti li talbu assistenza għall- fabbriki. L-isem ta’ dawn il-kumpaniji ma jistax jigi żvelat. 2005 Numru ta’ Proġetti Barranin (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’fabbriki 12 Numru ta’ Proġetti lokali (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 16 2006 Numru ta’ Proġetti Barranin (Ġodda u ta’ espansjoni li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 24 Numru ta’ Proġetti lokali (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’fabbriki 23 2007 Numru ta’ Proġetti Barranin (Ġodda u ta’ espansjoni li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 19 Numru ta’ Proġetti lokali (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 10 Noti: In-numru ta’ proġetti jirreferu għall-proġetti kollha li ġew approvati fabbrika fis-sena partikulari u ma jieħdux l-‘status’ tal-proġett f’konsiderazzjoni. Hemm perjodu ta’ żmien minn meta proġett jiġi approvat art/fabbrika sa meta dan fil-fatt jiġi allokat din l-assistenza jekk il-proġett jimmaterjalizza. Il-proġetti li ġew approvati spazju fil-KBIC m’humiex inklużi fil-lista. Il-proġetti li ġew approvati art u jaqgħhu taħt is-Small Enterprise Directorate (SED) ġew esklużi. ______________________________ Dawn ma jinkludux 2 proġetti ta’ oriġini barranija u 4 proġetti Maltin li ġew approvati spazju fil- Kordin Business Incubation Centre ( KBIC). Ma jinkludux 11 il-proġett ta’ oriġini lokali li ġew allokati art f’ Ta’ Qali u Ħal-Luqa. Dawn il- proġetti ma jinkludux 2 proġetti ta’ oriġini barranija u 4 proġetti Maltin li ġew approvati spazju fil- KBIC. Hemm ukoll 8 proġetti ta’ oriġini lokali li ġew allokati art li kienu jaqgħu taħt is-‘Small Enterprise Directorate (SED) li ma ġewx inklużi ma’ dawn il-proġetti. Dawn il- proġetti ma jinkludux 3 proġetti ta’ oriġini barranija u 2 proġetti lokali li ġew approvati spazju ġewwa il-KBIC. Kien hemm proġett ieħor li ġie approvat art u 34 oħra kienu allokati art u kienu jaqgħu taħt is- Small Enterprise Directorate (SED). Il- proġetti rrapurtati f’din ir-risposta jirriflettu dawk li ġew approvati assistenza f’fabbriki iżda ma jirriflettux jekk fil-fatt dawn il- proġetti mmaterjalizzaw jew jekk bdewx.

Talbiet għall-użu ta' fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4103 u 3540 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4103.

Esportazzjoni ta' prodotti lejn il-Lvant Nofsani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mill-gvern biex igħin l-industrija Maltija tesporta l-prodotti tagħha lejn il-Lvant Nofsani? X'ġie esportat matul din is-sena f'dan ir-reġjun u f'liema ammonti?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' żejt mhux maħdum għas-suq Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinxtara ż-żejt mhux maħdum għas-suq Malti? Fejn jinħadem biex ikun jista' jintuża mill-konsumatur? Kemm saru ordnijiet fl-2007 u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm ġie impurtat petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel din is-sena? Kemm kien jiswa l-prezz ta' kull prodott maħdum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' industriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' industrijia ġodda? Meta saret kull applikazzjoni u minn min? X'inhu l-prodott li se jinħadem? Kemm hu maħsub li kull fabbrika se tħaddem nies?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru totali ta' priġunieri li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imqassma f'Maltin u barranin? Kemm minn dawn qed jiskontaw sentenza? Kemm hemm priġunieri li qed jagħmlu xi xorta ta' studju li jista' jwassal għal "O" level? Kemm hemm li qed jagħmlu kors fi stadju aktar avvanzat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi preżentement ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm 298 priġunier ta' nazzjonalita' Maltija u 139 ta' dik barranija. Minn dawn hemm 273 Maltin u 61 barranin li qed jiskontaw sentenza. Infurmat ukoll li hemm 11-il priġunier li qed isegwi studju li jwassal għal-livell Ordinarju, filwaqt li 9 qed jattendu korsijiet li jwasslu għal-livell aktar avvanzat.

Priġunieri mgħallma xi snajja'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-snajja' li jiġu mgħallma lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm li qed jitgħallmu f'kull xogħol? Hemm barranin li qed jitgħallmu xi sengħa? Liema sengħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li preżentement qed jiġu mgħallma 6 tipi ta' snajja ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, jiġifieri: Electrical and Plumbing,Xogħol fil-ġebel, Fuħħar, Beautician, Body Therapy u Advanced Make- Up. Infurmat ukoll li hemm 20 priġunier Malti u 11-il barrani li qed jattendu dawn il-korsijiet, kif ġej :- Electrical and Plumbing 3 Maltin irġiel; Xogħol fil-ġebel 7 Maltin u 2 barranin; kollha rġiel Fuħħar 3 Maltin u 2 barranin; kollha rġiel Beautician 6 Maltin u 4 barranin; kollha nisa Body Therapy 3 nisa barranin Advanced make Up 1 Maltija Barra minn dawn kien hemm ukoll priġunieri Maltin li attendew korsijiet li ingħataw barra mill-Faċilita' matul din is-sena, kif spjegat hawn taħt:- Shutter Frame Work 1 Manual Metal Arc Welding 2 Introduction to pipe welding 2 Vehicle Spray Painting 1 Food Preparation & Culinary Arts 1 Food Handling, Catagory A & B 1
Leg 11 PQ #4516 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti li ħadu sehem fi programmi mmexxija mill-Appoġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja li s-sena l-oħra u din is-sena ħadu sehem fil-programmi Budz, High Support u Innoċenti li kienu mmexxija mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li fil-Programm Budz kienu jattendu 7 studenti minn Skejjel tal-Gvern u 2 minn skejjel tal-Knisja. Informat ukoll li fil-Programm High Support jattendu 15 studenti li jattendu kollha fl-iskejjel tal-Gvern. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm Innoċenti mhuwiex immexxi mill-Aġenzija Appoġġ.
Leg 11 PQ #4517 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Familji ntitolati għas-sussidju tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm familji li jgħixu fi djarhom (u mhux f'xi dar residenzjali) li huma ntitolati għas-sussidju tad-dawl u l-ilma? Kemm minn dawn il-familji applikaw għal dan is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta’ familji li jgħixu fi’ djarhom u li qedgħin jibbenefikaw mis-sussidju tad-dawl u l-ilma jammonta għal 29,298. Minn dawn hemm 8,281 li kkwalifikaw awtomatikament għax jirċievu xi tip ta’ għajnuna soċjali, hemm 20,896 li kkwalifikaw għax issodisfaw it-test tal-mezzi u 121 li kkwalifikaw għax applikaw bħala każijiet umanitarji. Informat ukoll li id-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali ma tistax tikkwantifika kemm hawn familji li jista jkunu intitolati għal dan is-sussidju jekk dawn ma jkunux ikkwalifikaw għal xi għajnuna.

Marsaxlokk — Skola Primarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq is-sala tal-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk? Meta huwa maħsub li din titlesta u li tibda tintuża mill-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-bini tlesta u qiegħed jiġi finalizzat ix-xogħol ta’ ġewwa, fejn, jekk ma jkunx hemm problemi, ikun lest għall-bidu ta’ April 2009.
Leg 11 PQ #4634 Sitting 66 2008-12-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nuqqas ta' foster carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal indikati mis-social workers li għandhom bżonn is-servizz tal-fostering u ma jistgħux jiġu moqdija minħabba li hemm nuqqas ta' foster carers? Kemm hemm tfal oħra li lanqas ma jistgħu jiġu placed fid-djar residenzjali minħabba li lanqas hawn m'hemm post għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Priġunieri fi djar residenzjali

Question

B'referenza għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4401, jista' l-Ministru jindika kemm hemm priġunieri Maltin bħalissa li kienu f'Istituti tal-Knisja jew dawk immexxija mill-Gvern (bħal Fejda u Frate Francesco) qabel ma dawn daħlu fil-Facilita' Korrettiva ta’ Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 4401, il-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ma żżommx rekords ta' priġunieri Maltin li kienu fostered, inkluż f'xi istituti tal-knisja mmexxija mill-knisja jew mill-Gvern, qabel ma daħlu l-ħabs. .
Leg 11 PQ #4162 Sitting 65 2008-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi applikazzjoni f'dawn l-aħħar ħames snin biex jinfetaħ impjant għar-riċiklaġġ tal-ħġieġ? Jekk iva, meta saret kull applikazzjoni u minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4463.

Malta Industrial Parks

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-Malta Industrial Parks ta' dawn l-aħħar ħames snin, jiġifieri mis-sena 2003 'l quddiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Audited Accounts li l-MIPL għandha huma għas-snin 2003 u 2004. Is-snin 2005, 2006, 2007 għadhom ma ġewx awditjati minħabba li ftehim bejn il-Ministeru u l-MIPL dwar ir-responsabilitajiet ta’ l-MIPL (Service Level Agreement) lejn u minn il-proprejetajiet li ġew avdati lilha għadu ma ġiex iffirmat u għalhekk l-audits ma jistgħux jiġu konklużi.

Korporazzjoni Enemalta — Light heating oil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont totali f'tunnellati ta' light heating oil li l-Korporazzjoni Enemalta biegħet lill-industriji f'Malta u f'Għawdex fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena? Kemm kien l-ammont f'euros?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għeluq tal-Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Qorti Superjuri — Imħallfin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' imħallfin fil-Qorti Superjuri? Min huma u meta ġew appuntati? Jista' jindika kemm se jirtiraw matul l-2009 għaliex ikunu għalqu l-65 sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' Imħallfin fil-Qorti Superjuri huwa ta' 19 (inkluż il-Prim Imħallef). Infurmat ukoll illi fis-sena 2009 ser jirtira Imħallef wieħed għaliex ikun għalaq il-65 sena. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija.