Malta Enterprise u Malta Industrial Parks — intervista maċ-chairman
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet se jsiru fiż-żmien li ġej fil-Malta Enterprise u fil-Malta Industrial Parks u dan anke fid-dawl ta' intervista li saret maċ-chairman taż-żewġ entitajiet fuq is-sit elettroniku www.di-ve.com dwar bidliet fl-istituzzjonijiet li huwa qed imexxi f'isem il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks s’issa approvaw il-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv konġunt għaż-żewġ organizzazzjonijiet. Huwa naturali, li kull organizzazzjoni tiżviluppa matul iż-żmien sabiex taqdi aktar il-ħtiġijiet tas-suq li fih tkun qed taħdem u li għalih trid tirrispondi. Bħalissa qed jitħejjew il-pjanijiet sabiex il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiġu orjentati mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għar-rejaltajiet ekonomiċi tal-pajjiż u sabiex fl-aħħar mill-aħħar jaqdu l-missjoni tagħhom aħjar. Ninsab infurmat li ċ-Chairman taż-żewg entitajiet huwa dispost li jiddiskuti dawn it-tibdiliet ma’ l-Onorevoli Interpellant.
Awtorità dwar it-Trasport — spped limit fit-Triq tal-Barrani
Question
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuggerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li ntuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka kemm ġie impurtat petrol, diesel, light heating oil u aviation fuel din is-sena? Kemm kien jiswa l-prezz ta' kull prodott maħdum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġabar taxxa tal-VAT s’issa matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm minn dak li ġabar tħallsu mill-industriji u kemm mill-edukazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru 2008, id-Diaprtiment tal-VAT ġabar €448,254,925.15 bħala taxxa tal-VAT.
Id-Dipartiment tal-VAT għandu biss l-informazzjoni miġbura mid-denunzji tat-taxxa. Peress li fid-denunzja jidher ammont globali u mhux ammonti speċifiċi għas-setturi partikolari, l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Bormla — Irranġar ta' triq quddiem l-Iskola G. Despott
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tigi rranġata darba għal dejjem il-problema fit-triq quddiem l-iskola Guzeppi Despott f'’Bormla, fejn wara kull xita jinġabar kwantita` kbira t'ilma eżattament quddiem il-bieb l-antik tad-dħul mill-iskola?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lill-ADT biex tittieħed azzjoni dwarha.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-partijiet tal-Isptar San Luqa li bħalissa qed jintużaw? X’kura qed tingħata? Kemm hemm pazjenti f’kull sala li qed tintuża? Ġie deċiż x’se jsir mill-bqija tal-isptar?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Isptar Boffa issa li tħabbar li se jinbena sptar għall-kura tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei? X’se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp li wkoll kien se jiġi rranġat biex jilqa' pazjenti morda bil-kanċer?
Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — pjaniniet tal-gvern fuq dawn il-postijiet
Question
Jista' l-Ministru jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Smart City — Sejħiet għal xogħol tal-Infrastruttura
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3629, jista' l-Ministru jgħid għal liema tip ta' xogħlijiet saru sejħiet għal xogħol ta' infrastruttura għal Smart City? Jista' jgħid jekk ingħatawx xi kuntratti? Min ħadhom? Għal liema xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt li ngħata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ttellgħet il-Qorti minħabba vjolenza fil-grounds tal-football fl-Istadium Nazzjonali, fil-Hibs Ground f’Kordin, fil-Victor Tedesco Stadium, fiċ-Centenary Stadium u fil-Gozo Stadium minn Settembru li għadda sat-13 ta’ Jannar 2009 u dan separatament? Jista' jgħid jekk itteħdux passi kontra xi nies li daħlu ħdejn id-dressing room tar-referees wara l-logħba Sliema /Qormi fil-ground ta’ Kordin ix-xahar li għadda fejn kien hemm xeni vjolenti, kliem ħazin u ġlied mal-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Settembru 2008 u t-13 ta’ Jannar ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet 8 persuni quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ reati mwettqa fil-grounds tal-football. Tlieta kienu dwar inċidenti li seħħew fl-Istadium Nazzjonali, tnejn fil-Victor Tedesco Stadium u tlieta oħra fis-Centenary Stadium. Infurmat ukoll illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar l-inċident imsemmi fl-aħħar parti tal-mistoqsija għadha mhix magħluqa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mill-gvern biex igħin l-industrija Maltija tesporta l-prodotti tagħha lejn il-Lvant Nofsani? X'ġie esportat matul din is-sena f'dan ir-reġjun u f'liema ammonti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise għandha uffiċċji attivi ħafna ġewwa Dubai kif ukoll ġewwa l-Libya li jassistu kumpaniji Maltin interessati f’dan ir-reġjuni. Barra minn hekk kumpaniji Maltin ikunu jistgħu jipparteċipaw f’avvenimenti li torganizza l-Malta Enterprise fil-Lvant Nofsani. Dawn jinkludu kif jidher hawn taħt:
· Big 5 Show. Din hija l-akbar fiera annwali għall-industrija tal-kuntratturi, kostruzzjoni u ‘interior design’ fil-Lvant Nofsani. Il-fiera seħħet bejn it-23 u is-27 ta’ Novembru 2008 f’Dubai UAE.
· Malta Enterprise ħadet sehem fil-Hotel Show li seħħet f’Dubai bejn it-8 u l-10 ta Ġunju 2008. Din il-mostra hi magħrufa mad-dinja kollha bħala il-forum għas-settur ta’ l-ospitalità f’iLvant Nofsani u l-Afrika ta’ fuq.
· Bejn it-2 u l-4 ta’ Diċembru, ‘Enterprise Europe Network fi ħdan il-Malta Enterprise, organizza il-parteċipazzjoni ta’ xi kumpaniji Maltin fil-Euro Syrian Contact Days li sar f’Damasku fis-Sirja. Din l-attività ta’ ‘brokerage’ ikkonċentrat fuq l-industriji ta’ l-audio visual u krejattività.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għat-tieni parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wara li xi ġimgħat ilu kien ġie mħabbar li l-proġett ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Taetru Rjal se jinbnew, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx xi kumitat ad hoc u min se jkun responsabbli minn dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-kumitat li twaqqaf jew se jiġi mwaqqaf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett?
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed isir xi restawr tal-fdalijiet tal-Banjijiet Rumani ġewwa Għajn Tuffieħa? Meta ser jibda dan ix-xogħol jekk inhu l-każ u meta huwa maħsub li jitlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Heritage Malta rebħet fondi mill-UNESCO sabiex tagħmel rapport intensiv fuq il-qagħda tal-konservazzjoni tal-mużajċi kollha ta’ Malta li ftit minnhom jinsabu ukoll fuq dan is-sit Ruman. Sa llum diġa’ tlestiet id-dokumentazzjoni fotografika (Rectified Photography) tas-sit kollu u beda x-xogħol ta’ conservation mapping tal-istat tal-mużajċi tad-Domus Romana fir-Rabat. Wara li dan jitlesta x-xogħol se jkompli fuq il-banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa. Dawn l-istudji wara jridu jiġu studjati mill-esperta Taljana li tqabbdet apposta sabiex jitnieda pjan ta’ xogħol li jiddetermina x’hemm bżonn bħala riżorsi sabiex il-proġett jkun jista’ jiġi ffinanzjat.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu għandha l-camera li kienet twaħħlet fi Triq tal-Barrani kantuniera ma' Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll min kien talab sabiex din il-camera titwaħħal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Għammieri ġewwa l-Marsa? Huwa minnu li dan il-post se jinbidel f'xi ħaġa oħra u mhux se jibqa' jintuża kif inhu fil-preżent? Jekk fl-affermattiv, x'se jiġri mill-post u min-nies li jaħdmu f'dan il-post? Kemm huma n-nies li qed jaħdmu ġewwa l-Għammieri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Ministeru bħalissa għaddej b’eżerċizzju biex tiġi stabbilita l-funzjoni li għandu jieħu l-Għammieri fiċ-ċirkostanzi u realtà ta’ llum, fejn il-biedja lokali qed tagħmel avvanz fl-investiment tekniku u operattiv tagħha. Il-Gvern irid ikompli jaġġorna ruħu quddiem din ir-realtà ħalli jara x’funzjoni jista’ jaqdi l-Għammieri f’dan ir-rigward.
Bħalissa fl-Għammieri hemm 349 impjegat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet mogħtija flus mill-Unjoni Ewropea l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ f'dawn l-aħħar tnax-il xahar biex ikunu jistgħu jintużaw għall-korsijiet marbuta mat-tagħlim tal-qari u l-kitba (literacy)? X'sar minnhom dawn il-fondi u kif intużaw u minn min? Hu minnu li dawn il-korsijiet jinsabu wieqfa u ma sarux? Jekk fl-affermattiv, għaliex u meta huwa maħsub li jerġgħu jibdew dawn il-korsijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’din l-aħħar programming period (2004 – 2006) il-Korporazzjoni tax-Xogħol u taħrig inatat €390,193 mil-Fond Socjali Ewropew, li fost affarijiet oħra intużaw biex jiġu organizzati diversi programmi ta' taħrig, jiġi organizzat seminar, tiġi mneddija kampanja pubbliċitarja biex jinħoloq awareness fuq il-problema tal-illiterizmu u jiġi żvilluppat materjal li jintuża għat taħrig ta' l-adulti fil-Malti u l-Ingliż.
In-numru ta’ persuni li ġew imħarġa fil-perjodu 2005 sa 2008 jammonta għal 617 li minnhom 435 kienu rġiel u 182 kienu nisa. L-aħħar programmi li ġew organizzati mil-Korporazzjoni kienu f’Diċembru ta’ 2008. Bħalissa il-Korporazzjoni qed tipprepara biex toħrog sejħa għal-persuini biex iservu bħala trejners mal-Korporazzjoni biex jofru tgħalim fil-literiżmu taħt proġett ieħor b’fondi tal-ESF. La darba dawn it-trejners jiġu ikkuntratati il-Korporazzjoni tkun tista’ terġa tibda tofri programmi ta' taħrig f’dan il-qasam.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent — Sewage treatement plant
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent żaru l-aħħar is-sit tas-sewage treatment plant ta’ Sant'Antnin f’Marsaskala biex jistabilixxu il-gravità u s-sors tar-riħa punġenti li qed ikun hemm? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport iffirmat tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4457.