Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġibjuni madwar Malta — Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil-preżent qed jintilef parti sostanzjali minnu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — Pjanijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5236 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5421 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Koppji li jagħmlu fostering — ċertifikat tal-kondotta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Pulizija tibda toħroġ iċ-ċertifikat tal-kondotta dettaljat ta' dawk il-persuni li jridu jagħmlu fostering bħalma jsir fil-każ tal-koppji li jkunu se jaddottaw tarbija?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kandidati prospettivi li jridu jagħmlu fostering huma mitluba għall-kondotta tal-Puluzija. Meta jinħass il-bżonn, il-kandidati huma mitluba għall-kondotta dettaljata.

Tneħħija ta' capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser isir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4814, 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema fiċ-Ċili

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4805 li oriġinarjament saret lill-Minstru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn il-jiem hemm numru ta’ ħaddiema tal-Air Malta fiċ-Ċili? Hemm il-ħsieb li xi ajruplan tal-Air Malta jkun mikri fiċ-Ċili s-sena d-dieħla?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-istaġonalita tas-suq turistiku Malti, kull xitwa l-Air Malta tipprova tikri l-barra numbru ta’ ajruplani li jkunu żejda. Din is-sena bħas-snin l-imgħoddija l-Air Malta irnexxiela tikri ajruplan lill linja tal-ajru privata fiċ-Ċili, din hi l-istess linja tal-ajru li sentejn ilu kienet kriet ajruplan mingħand l-Air Malta.

Capping fuq Dawl u Ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpanniji li qed jibbenefikaw mill-capping fuq id-dawl u l-ilma fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawk il-kumpanniji li kienu jibbenefikaw mill-capping qabel ma’ daħħlu fis-seħħ il-kontijiet il-għolja fl-1 ta’ Ottubru 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 4817.

Għeluq tal-power station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4806 u 4507 u jgħid jekk hemmx data preċiża ta' meta se tagħlaq il-power station tal-Marsa? Jista' jgħid jekk hemmx tagħmir bħalma huma turbine u makkinarju ieħor li huma tajbin biex jibqgħu jintużaw f'post ieħor? X'se jsir mit-tagħmir li ma jkunx tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija Parlamentari nru. 3128. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninsab infurmat li din il-materja qed tiġi studjata.
Leg 11 PQ #5332 Sitting 74 2009-01-21 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 4947 li oriġinarjament saret lill-Minstru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4809 u 4509 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur, minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żejtun — Triq tal-Barrani - Camera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4949 u jgħid x'użu għandha l-camera li kienet twaħħlet fi Triq tal-Barrani kantuniera ma' Triq Bir id-Deheb fiż-Żejtun? Jista' jgħid ukoll min kien talab sabiex din il-camera titwaħħal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Zejtun kien għamel it-talba sabiex tiġi installata tali Speed Camera fi Triq tal-Barrani kantuniera ma’ Triq Bir id-Deheb fiz-Zejtun. Il-camera ġiet installata minħabba l-incidenti li kienu qeghdin isiru f’dawn it-toroq f’dawn l-aħħar tliet snin.

Impjegati tal-Air Malta — Rifjut għal xogħol fl-Ivory Coast

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4804 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Air Malta tilfet aktar minn €6 miljun meta numru ta’ piloti u cabin crew ma ridux imorru jaħdmu għal ftit ġimgħat fl-Ivory Coast? X’raġuni ngħatat għal dan ir-rifjut?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tfal taħt l-età li daħlu ġo postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt l-età legali li daħlu ġo postijiet ta' divertiment, bars eċċ. matul Diċembru 2008 u Jannar 2009 s'issa? F’liema lokalitajiet? X’passi ttieħdu u kontra kemm-il sid tal-post?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul Diċembru tas-sena l-oħra u matul din is-sena s’issa kien hemm 12 il-persuna taħt is-sittax-il sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta’ divertiment f’San Ġiljan. B’riżultat ta’ dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 6 persuni responsabbli mill-postijiet ta’ divertiment fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.

Miżura fuq xorb minn żgħażagħ taħt is-sbatax-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlitx fis-seħħ il-miżura li tħabbret fil-baġit li żgħażagħ taħt is-17-il sena ma jistgħux jixorbu f'postijiet ta’divertiment, bars eċċ? Dawn iż-żagħżagħ jistgħu iżda jidħlu f’dawn il-postijiet għalkemm ma jixorbux xorb alkoħoliku?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-emenda msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha ma daħlitx fis-seħħ.

Investigazzjoni fuq affarijiet li ntqalu fil-programm Xarabank

Question

Wara l-programm Xarabank tal-Ġimgħa 9 ta’Jannar, fejn kien hemm preżenti anke uffiċjal għoli tal-Korp tal-Pulizija, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jiġu investigati xi affarijiet li ntqalu mill-prostituta mill-Ukrajna speċjalment li missier ħa t-tifel tiegħu ta’ erbatax-il sena għandha biex jagħmel is-sess magħha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Korp tal-Pulizija qed isir l-istħarriġ meħtieġ sabiex tkun magħrufa l-identita' tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru.