Legislature:
Category:
Reset
Active:

Offiżi ta' natura sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każi marbuta ma' offiżi ta' natura sesswali fost it-tfal matul is-sena 2007 u 2008? Kemm kienu dawk il-każi li tressqu l-Qorti fis-snin imsemmija? Jista' jgħid ukoll fil-każi fejn ingħatat sentenza kemm kienu dawk id-drabi li l-Avukat Generali appella mis-sentenza mogħtija? Jekk kien hemm dawn il-kazi ta' appell, jista' jgħid liema kienu dawn il-każi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2007 ġew irrappurtati lill-Pulizija 42 każ ta' abbuż sesswali fuq it-tfal u inbdew proċeduri fi 38 każ minnhom, filwaqt li 3 każijiet oħra għadhom qed jiġu investigati u f'każ ieħor kien hemm rinunzja. Minn dawn ġew deċiżi 4 każijiet filwaqt li f'każ ieħor l-akkużat miet. Fl-2008 ġew irrappurtati 36 każ, li dwarhom inbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti u s'issa ġew deċiżi 2. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każijiet kollha ma sarx appell mill-prosekuzzjoni/Avukat Ġenerali.
Leg 11 PQ #5720 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Boffa u Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5234 jgħid x'se jiġri mill-Isptar Boffa issa li tħabbar li se jinbena sptar għall-kura tal-kanċer fl-Isptar Mater Dei? X’se jiġri mill-Isptar Zammit Clapp li wkoll kien se jiġi rranġat biex jilqa' pazjenti morda bil-kanċer?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għad m'hemmx deċiżjoni finali dwar dak li qed jitlob.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5338, 4813, 3052 u 3465 u jgħid liema huma dawk it-triqat li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li huwa ppjanat li jsiru mill-ġdid jew ser issir manutenzjoni sħiħa fuqhom fix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5722 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar San Luqa — Partijiet li qed jintużaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5233 u jgħid liema huma dawk il-partijiet tal-Isptar San Luqa li bħalissa qed jintużaw? X’kura qed tingħata? Kemm hemm pazjenti f’kull sala li qed tintuża? Ġie deċiż x’se jsir mill-bqija tal-isptar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li bħalissa l-bini tal-Isptar Karin Grech, il-bini tal-Out-Patients tal-Fiżjoterapija u tal-Occupational Therapy, l-X-Ray tal-Casualty, l-Orthotics u l-Prosthetics Unit, CDAU u Child Guidance Clinic. Għandna ukoll iċ-Ċentru minn fejn tiġi amministrata il-POYC, kif ukoll il-Bank Nazzjonali tad-Demm Nazzjonali tad-Demm u l-Unit tad-Detox. Informat ukoll li fl-Isptar Karin Grech hemm 31 pazjent f'kull waħda minn ħamest iswali li b'kollox jagħmlu 155 sodda. Is-swali li baqgħu vojta fl-Isptar Karin Grech qegħdin jistennew li jiġu rrenovati biex il-quddiem jilqgħu fihom il-pazjenti tal-Isptar Żammit Clapp. Il-Kumplament tas-swali fil-binja tal-Isptar San Luqa m'humiex qed jintużaw.

Smart City — Sejħiet għal xogħol tal-Infrastruttura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5237 u ċioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3629 jista' jgħid għal liema tip ta' xogħlijiet saru sejħiet għal xogħol ta' infrastruttura għal Smart City? Jista' jgħid jekk ingħatawx xi kuntratti? Min ħadhom? Għal liema xogħol? Kemm jiswa kull kuntratt li ngħata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 5340, 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' industriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' industriji ġodda? Meta saret kull applikazzjoni u minn min? X'inhu l-prodott li se jinħadem? Kemm hu maħsub li kull fabbrika se tħaddem nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa Novembru 2008 kienu qed jiġu diskussi: - 16-il proġett ta’ investiment barrani (li bejniethom jirrikjedu 50km kwadru ta’ art għal fabbriki) u - 25 proġett lokali (li bejniethom jirrikjedu 84km kwadru ta’ art għal fabbriki) Uħud minn dawn il-proġetti jmorru lura għal bidu ta’ l-2008. Ta’ min jinnota li ammont sostanzjali mill- promoters għadhom qegħdin jibnu business plan b’dettal suffiċenti hekk kif rikjesta għal għan ta’ evalwazzjoni mill-Malta Enterprise. L-oħrajn jkunu qegħdin fi stat avvanzat ta’ negozjati partikolarment fuq l-għajnuna u l-post minn fejn joperaw. La darba d-dettalji jkunu aċċettati u n-negozjati mwassla, il-Malta Enterprise tmexxi l-applikazzjoni għal deċiżjoni finali fi żmien ta’ ftit gimgħat. Is-setturi huma varji u jinkludu l-farmaċewtika, elettronika, apparat mediku, smart cards , plastik, inginerija, prodotti ta’ l-ikel u teknoloġiji ta’ enerġija alternattiva. Hemm żewġ proġetti oħra mis-settur tas- software li huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja. Madankollu l-Malta Enterprise ma taċċettax talbiet għal art biex isiru proġetti ta’ software . L-impjieg mistenni minn dawn il-kumpaniji għadu mhux verifikat għalhekk l-ammont ma jistax jingħata.

Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4809 u 4509 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żona industrijali f’Għawdex hemm joperaw 32 fabbrika. Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #5542 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ponta ta' Tignè — kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ffirmati l-kuntratti li għad jonqos jiġu ffirmati għar-residenti tal-Ponta ta’ Tignè li kienu ġew rilokati hemmhekk? X’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien u min qed itawwal daqshekk?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li s’issa minn disa’ kuntratti ta’ kirja (appartamenti wieħed ġie maqsum fi tnejn) ta’ postijiet ġewwa il-Ponta ta’ Tigne’ ġew ffirmati tlett kuntratti biss u dan għaliex jidher li hemm xi oġġezzjoni min-naħa ta’ l-inkwilini fejn skond il-ftehim oriġinali huma kienu imwiegħda li jingħataw parking space wieħed filwaqt li huwa qegħdin jitolbu li jingħataw żewġ parking spaces skont ftehim li l-inkwilini qed jgħidu li għandhom ma’ l-iżviluppaturi ta’ dan il-proġett. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tisħaq li ser timxi mall-ftehim iffirmat bejna u bejn l-inkwilini f’’Settembru 1999. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda għalhekk tistenna lis-sitt inkwilini jiġu biex jiffirmaw il-kuntratt skont il-ftehim oriġinali datat Settembru 1999.

Industrial Estates — Tibdil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għat-tmexxija tal-industrial estates? Liema huma dawk l-industrial estates li ser jiġu milquta minn dan it-tibdil u meta huwa maħsub li dawn l-arranġamenti l-ġodda jidħlu fis-seħħ? Jista’ jagħti dettalji oħra marbuta ma’ obbligazzjonijiet li s-sidien/l-inkwilini tal-fabbriki se jkollhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — Ftehim mal-inkwilini tal-fabbriki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ftehim għandha l-Malta Enterprise mal-inkwilini tal-fabbriki fl-industrial estates kollha? Jista’ jgħid kemm hemm kirjiet, ċnus u xi forom oħra ta’ ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fabbriki jistennew biex jiffirmaw il-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qed jistennew li jiffirmaw il-kuntratt u għadhom b’letter of intent ta’ ċens emfitewta? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raguni għal dan id-dewmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-MIPL ma għandha l-ebda kuntratt ta' ċens emfitewta pendenti rigward fabbriki. Dan għaliex il-fabbriki amministrati mill-MIPL jingħataw fuq kera u mhux fuq ċens emfitewta. Fil-kaz li l-mistoqsija tirreferi għal artijiet amministrati mill-MIPL, in-numru ta’ Kumpaniji/individwi li qed jistennew li jiffirmaw il-kuntratt u għadhom b’letter of intent ta’ ċens emfitewta huwa ta’ 5. L-artijiet in kwestjoni jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, San Gwann, Luqa u Ta’ Dbiegi Għawdex. Ir-raġunijiet għaliex il-kuntratti għadhom ma ġewx iffirmati huma varji. F'ċerti każi, il-proċess biex is-sidien ta' l-art esproprijata jiġu kkumpensati skond il-liġi għadu għaddej u filwaqt li oħrajn jiddependu minn kwistjonijiet legali li għad iridu jiġu riżolti.

Fabbriki b'eviction order fuq is-sid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li hemm eviction order fuq is-sid? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raġuni għal kull eviction order u kemm ilhom jokkupaw dawn il-postijiet? Jista’ jgħid ukoll min huma dawn il-persuni jew kumpanniji li fuqhom hemm eviction order?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għammieri — bejgħ għal skopijiet kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bl-eżerċizzju li għaddej bħalissa, biex tiġi stabbilita l-funzjoni li għandu jieħu l-Għammieri fiċ-ċirkostanzi u r-realtà tal-lum, hemmx il-ħsieb li l-Għammieri jkun mibjugħ lil xi entità privata għal skopijiet kummerċjali u t-349 impjegat li hemm bħalissa jiġu trasferiti lejn xi dipartimenti oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

M’għandix xi nżid mar-risposta li diġà tajt għall-mistoqsija Nru 4956.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus minfuqa fuq bini ta’ fabbriki ġodda bejn is-sena 2000 u Settembru tas-sena 2008 huwa kif ġej: SENA AMMONT 2000 €7,449,595 2001 €7,297,324 2002 €6,904,132 2003 €9,441,568 2004 XEJN 2005 €2,152,067 2006 €4,003,858 2007 €1,694,580 2008 (sa Settembru) €28,470,515 (jinkludi €23m fuq Lufthansa Technik Malta)

Fabbriki Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3051 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.

Impjegati tal-Air Malta — Rifjut għal xogħol fl-Ivory Coast

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4804 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Air Malta tilfet aktar minn €6 miljun meta numru ta’ piloti u cabin crew ma ridux imorru jaħdmu għal ftit ġimgħat fl-Ivory Coast? X’raġuni ngħatat għal dan ir-rifjut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-istaġonalita tas-suq turistiku Malti, kull xitwa l-Air Malta tipprova tikri l-barra numru ta’ ajruplani li jkunu żejda. L-Air Malta ppruvat tikri żewg ajruplani lill-linja ta’ l-ajru ibbażata f’Cote d’Ivoire. Kieku rnexxiet din il-kirja kienet trendi dhul ta’ madwar 6 miljun Ewro. Għad li ntlaħaq ftehim ma 3 Unions (Union tal-cabin crew, Union ta’ l-Enġiniera u l-General Workers’ Union) fuq il-kundizzjonijiet tal-membri tagħhom meta jmorru Abidjan ma l-ajruplani, ma setgħax jintlaħaq ftehim mal-Union tal-piloti (ALPA) fuq dan is-suġġett. Għalhekk il-kirja ma setghetx issir.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4814, 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.

Wied il-Għajn bypass — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn li issa ilha tissemma għal tul ta' żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT tistima li x-xogħol jinbeda madwar erba' ġimgħat wara li jkun iffirmat il-kuntratt mal-fornitur ġà identifikat għal dan il-proġett.