Tista' l-Ministru tgħid mill-2003 sas-sena li għaddiet, sena b’sena, kemm kien l-ammont li għadda l-Gvern lill-Knisja għall-iskejjel tagħha? L-ammont tħallas kollu? Tista' tgħid ukoll kemm hu previst li se jingħata għal din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-ammont li l-Gvern għadda lill-Knisja għall-iskejjel tagħha bejn l-2003 u l-2008 huwa kif ġej:
Sena €
2003 23,108,418
2004 25,390,170
2005 26,787,794
2006 29,699,511
2007 32,028,884
2008 32,116,000
L-ammont dovut għadu ma’ tħallasx kollu.Għal din is-sena ġie vvutat l-ammont ta’ €33,000,000.
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2008 kemm kien hemm ħaddiema li tilfu x-xogħol tagħhom minn fabbriki li joperaw f’pajjiżna? Kemm tilfu l-impieg tagħhom f’Jannar ta’ din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fis-sena 2008 kien hemm 363 ħaddiema li kienu jaħdmu fil-manifattura u li ġew jirreġistraw għax-xogħol wara li tilfu x-xogħol tagħhom, filwaqt li f’Jannar 2009 kien hemm 83 ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2008 kemm kien hemm fabbriki li poġġew il-ħaddiema tagħhom fuq ġimgħa anqas ta’ xogħol? Mil-liema fabbrika jew kumpannija ġejjin? Kemm hemm li għamlu l-istess ix-xahar li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 5842.
Jista' l-Ministru jgħid x' kien l-ammont ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija fl-2008 u f’Jannar ta’ din is-sena? X’tip ta’ droga kienet u f’liema ammonti? Kemm tressqu persuni l-Qorti? Kemm kienu Maltin u kemm barranin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Attachments:5803 Drugs confiscated during 08 & 09 Jan.doc
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali li għandhom jitħallsu f’kontijiet tad-dawl u ilma minn fabbriki li joperaw minn Malta u Ghawdex? Kemm hemm li ilhom aktar minn sena li ħallsu xi kont u kemm ilhom aktar minn tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki jew kumpanniji li kellmu jew infurmaw lill-Gvern li qed ikollhom diffikultajiet minħabba nuqqas ta’ ordnijiet u li qed jaħsbu li jnaqqsu l-ħaddiema tagħhom?
Imsida, Birkirkara, Ħal-Qormi, Ħal Lija — Pjanijiet tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5406 u 5236 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jelenka xi pjanijiet għandu l-gvern għal postijiet bħall-Imsida, B’Kara, Ħal-Qormi, Ħal Lija u postijiet oħra li jsofru kull darba li tagħmel xita qawwija fejn ħafna toroq u djar jgħerqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern għandu proġett kontra l-għargħar, li ser jiswa madwar 57 miljun Ewro, ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea li hu maħsub li jinbeda fl-2010. Dan il-proġett jinkludi diversi xogħlijiet maħsuba prinċipalment biex itaffu l-problema tal-għargħar f’bosta lokalitajiet madwar Malta kif ukoll joħolqu infrastruttura ġdida li kapaċi taħżen madwar 200,000 metri kubi (44 miljun gallun) ta’ ilma tax-xita. Għadu kemm inħareġ u għadda tender għall-Environmental impact assessment, cost benefit analysis u xogħol ta’ dettal tekniku għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5332 u 4947 u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 5334, 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5335, jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li minn meta twaħħlet il-camera sal-lum kien hemm inqas incidenti, jew le? Kemm kienet din id-differenza, jekk il-każ huwa li kien hemm inqas inċidenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għat-tmexxija tal-industrial estates? Liema huma dawk l-industrial estates li ser jiġu milquta minn dan it-tibdil u meta huwa maħsub li dawn l-arranġamenti l-ġodda jidħlu fis-seħħ? Jista’ jagħti dettalji oħra marbuta ma’ obbligazzjonijiet li s-sidien/l-inkwilini tal-fabbriki se jkollhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-MIP qiegħda tistudja sistemi ta' tmexxija ġodda biex is-sidien tal-fabbriki fiż-żoni industrijali mmexxija minnha jkollhom servizz u ambjent aħjar billi ngħollulhom l-livell għal standards internazzjonali. Huwa mportanti li jingħad li il-pjanijiet imsemmija huma fir-rigward ta' l-immaniġjar taż-żoni komuni fl-estates biss u mhux tat-tmexxija ta' l-estates.
Il- proċess huwa fil-bidu tiegħu u l-MIP qiegħda tippjana li tibda il-proċess ta' titjib lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Peress illi l-ħsieb tal-Gvern ma jinkludix il-privatizzazjoni tal-fabbriki, d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-sidien tal-fabbriki mhumiex ser jinbidlu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li hemm eviction order fuq is-sid? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raġuni għal kull eviction order u kemm ilhom jokkupaw dawn il-postijiet? Jista’ jgħid ukoll min huma dawn il-persuni jew kumpanniji li fuqhom hemm eviction order?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm tmien fabbriki li hemm eviction order pendenti fuq is-sid. Dawn il-fabbriki jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, Ħal Luqa, Kordin, Ħ’Attard u San Ġwann.
L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija dwar min huma il-persuni/kumpaniji li fuqhom hemm eviction order, m’għandhiex issir pubblika peress illi hija informazzjoni sensittiva li tista’ anki toħloq preġudizzju lil individwu jew kumpanija li fil-konfront tagħhom inħarġet tali ordni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5407 u 5235 u jgħid minn fejn tixtri ż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm xtrat żejt matul l-2008 u kemm sewa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2008 il-Korporazzjoni Enemalta xtrat total ta’ 964,604 MT żejt li sewa USD 712,092,900 minn għand:
Totsa Total Oil Trading SA 901,052 MT
Litasco 62,557 MT
FSSL 911 MT
ENI 84 MT
Dan l-ammont jinkludi żejt kemm għall-użu fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku kif ukoll għas-suq lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5403 u cioè: meta ser jinbeda x-xogħol fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn li issa ilha tissemma għal tul ta' żmien, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-kuntratt mal-fornitur, meta din it-triq suppost li bdiet żmien qabel l-aħħar elezzjoni anke kont kif jindika billboard li kien tpoġġa fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddejjin il-proċeduri biex jiġi ffirmat il-kuntratt tax-xogħolijiet għar-rikostruzzjoni tal-
By-Pass
ta’ Wied il-Ghajn. Sussegwentament, ikun hemm il-fazi ta’ koordinazzjoni bejn l-
istakeholders
tal-proġett in kwistjoni biex ikun jista' jinbeda x-xogħol meta dan il-proċess tal-aħħar ikun konkluż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5342 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid liema huma l-kumpanniji li qed jibbenefikaw mill-capping fuq id-dawl u l-ilma fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawk il-kumpanniji li kienu jibbenefikaw mill-capping qabel ma’ daħlu fis-seħħ il-kontijiet l-għolja fl-1 ta’ Ottubru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onor. Interpellant illi fl-ebda ħin din il-mistoqsija ma ġiet irreferuta lili mill-Ministru Gatt.
Għaldaqstant m’għandix xi nżid mar-risposta li ta għal Mistoqsija Parlamentari numru 4817.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5404 u jgħid meta ser isir ix-xogħol fuq parti minn Triq Merħba fil-Fgura li għadha ma ġietx asfaltata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5405 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil-preżent qed jintilef parti sostanzjali minnu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
PQ 5729 – Abbożż ta` risposta
Seduta 80 -04/02/09 (18.00 hrs)
MISTOQSIJA MILL-ONOR CARMELO ABELA
Mistoqsija :
Jista` l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5405 u jgħid jekk hemmx il- ħsieb li ġibjuni madwar Malta jiġu msewwija ħalli jibda jsir użu mill-ilma tax-xita li fil – preżent qed jintilef parti sostanżjali minnu?
Tweġiba :
Jien infurmat li matul 2008 sar xogħol ta` tiswija u tindif fuq numru ta`ġibjuni madwar Malta .L-istess hu ppjanat li jsir matul l-2009. Kienet twaqqfet
Unit
apposta biex tieħu ħsieb dan ix-xogħol.
Nirreferi wkoll l-Onor Membru għar risposta tal-mistosija Nru 5406
Informażżjoni addiżżjonali :
Matul 2008 sar xogħol ta` manutenżżjoni u tindif fuq sitt ġibjuni. Dawn kienu tnejn fi triq Garibaldi,wieħed Santa Luċia, wieħed Msida,u tnejn il-Gudja.
Awtorita' dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5243 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuggerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.