Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fabbriki — Nuqqas ta' ordnijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki jew kumpanniji li kellmu jew infurmaw lill-Gvern li qed ikollhom diffikultajiet minħabba nuqqas ta’ ordnijiet u li qed jaħsbu li jnaqqsu l-ħaddiema tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi disgħa kumpanniji tkellmu mal-Gvern li qegħdin f’diffikultajiet peress li kellhom nuqqasijiet fl-ordnijiet fil-kotba tagħhom. Il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet ma dawn il-fabbriki biex l-impatt fuq il-ħaddiema ikun minimizzat.

Timber carriers Russi

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5724, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-diffikultà biex iwieġeb il-mistoqsijiet imsemmija f’diversi mistoqsijiet parlamentari li saru?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3541.
Leg 11 PQ #6188 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Karen Grech — rinnovazzjoni

Question

Peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5722 intqal li s-swali vojta fl-Isptar Karen Grech se jiġu rinnovati biex jieħdu l-pazjenti li hemm fl-Isptar Zammit Clapp, jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan isir? X’rinnovazzjoni trid issir? Kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #6189 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Zammit Clapp — pazjenti rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti, irġiel u nisa separatament, li bħalissa jinsabu rikoverati fl-Isptar Zammit Clapp? X’tip ta’ kura tingħata f’dan l-isptar? Kemm hija l-medja li pazjent idum f’dan l-isptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kordin — ground - Ipparkjar ta' karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija jieħdu ħsieb li jsir ipparkjar ta’vetturi kif suppost meta jkun hemm logħob tal-football tal-Premier League fil-grawnd tal-Hibernians f’Kordin? Jaf li kemm-il darba qed isir ipparkjar ħazin tant li dan qed jikkawza imblukkar totali bil-konsegwenza li ambulanza ma jkollhiex minn fejn tgħaddi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza illi l-faċilitajiet għall-ipparkjar ta’ vetturi ta’ l-imsemmi ground huma limitati. Ninsab infurmat li l-akkwata hija żona industrijali u għalhekk waqt il-ħin tal-logħob il-fabbriki, fil-maġġoranza tagħhom, ikunu magħluqin u ma jkunx hemm movimenti ta' vetturi għajr għal dawk li jkunu ser jattendu għal-logħob fl-istess ground. Madankollu, ninsab infurmat illi fejn ikun hemm vetturi li jkunu qed jimblukkaw il-passaġġ il-Pulizija ser tkompli tieħu l-passi meħtieġa.

Segretarju permanenti — Kuntratt

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta jiskadi l-kuntratt tas-Segretarju Permanenti attwali? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi mġedded? Jekk fin-negattiv, min ser jinħatar minfloku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, is-Sur Francis Borg, kellu l-kuntratt imġedded fis-26 ta’ Lulju 2008. Minn-nhar is-27 ta’ Frar 2009, is–Sur Francis Borg sar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, filwaqt li Dr.Christopher Bezzina nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.

Ġlied wara l-logħba bejn Sliema u Qormi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-investigazzjoni tal-Pulizija fil-każ ta’ġlied wara l-logħba Sliema u Qormi ta’ Diċembru li għadda qed tieħu tant fit-tul? Il-Pulizija talbet biex tara xi filmati li dehru fuq xi stazzjon tat-televiżjoni biex tara tidentifikax lil xi persuni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5238, kont għidt illi li l-Pulizija kienet qed tinvestiga l-inċidenti imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Issa, ninsab infurmat illi b’riżultat ta’ din l-investigazzjoni nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra l-persuna b’konnessjoni ma' dawn l-istess inċidenti.

Riżenja ta' direttur

Question

Tikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar kien hemm xi direttur li rriżenja jew inkella qal li se jagħmel dan minħabba raġunijiet diversi? Jekk fl-affermattiv, min huwa dan id-direttur u x’inhuma r-raġunijiet mogħtija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’għandi l-ebda informazzjoni li kien hemm Direttur li rriżenja jew li kien hemm Direttur li għandu l-intenzjoni li jirriżenja mill-kariga tiegħu minħabba xi raġuni jew oħra.

Offiżi ta' natura sesswali

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5608, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-Avukat Ġenerali m'appellax meta kien hemm ċertu każi li pubblikament kien intqal li ser isir appell?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Illi f’materja kriminali l-Avukat Ġenerali skont il-Kostituzzjoni jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u ma hux soġġett għad-direzzjoni ta’ ebda persuna oħra u għalhekk ma inhix f’pożizzjoni li ngħid x’kienu r-raġunijiet li minħabba fihom huwa ddeċieda li ma jappellax. Ir-raġunijiet ivarjaw minn każ ghal każ u għalhekk kont inkun f’pożizzjoni biex nirregola ruħi aħjar kieku l-Onor Interpellant jagħtini informazzjoni aktar preċiża dwar il-każ jew każijiet li jidher għandu f’moħħu b’mod partikolari u ċioe` il-każi li l-Onor Interpellant jgħid li dwarhom pubblikament kien intqal li ser isir appell. Jidher li jista’ jkun li l-allużjoni hi għall-istess każ li għalih saret riferenza riċentement f’gazzetta lokali li kien jirrigwarda żewġt aħwa Rumeni. Jekk hu hekk jirriżulta li l-fatti f’dak il-każ ġraw fl-1998 u għalhekk il-każ ma jidħolx fil-parametri tad-domanda parlamentari 5608 li kienet tirreferi għal rapporti li saru fis-sena 2007 u 2008 u għalhekk għal fatti li ġraw ferm wara l-1998. Jista’ jiżdied li fil-każ imsemmi, il-Qorti tal-Maġistrati kienet imponiet sentenza ta’ sitt snin priġunerija. L-Avukat Ġenerali fil-fatt appella dik is-sentenza u l-Qorti ta’ l-Appell Kriminali bidlet is-sentenza billi żiedet il-piena ta’ priġunerija minn sitt snin għal għaxar snin.

Gvern Ċentrali — Xogħol fuq toroq

Question

B’riferenza għall-mistoqsijiet 5338, 4813, 3052, 3465 u 5721, il-fatt li l-Ministru mhux qed jagħti t-tweġiba mitluba jfisser li għad mhux deċiż ix-xogħol li ser isir matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Le, ir-raġuni hi li l-file għadu ma ġiex lura mill-enti konċernata.

Smart City — Xogħol infrastrutturali

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5724, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-diffikultà biex iwieġeb il-mistoqsijiet imsemmija f’diversi mistoqsijiet parlamentari li saru?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6008 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Fabbriki li għadhom joperaw

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb l-aħħar żewġ mistoqsijiet ta’ mistoqsija parlamentari 5333 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġew riferuti lilha u tgħid kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw il-fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li tidher hawn taħt. Din it-tabella turi t-total ta’ nies li jaħdmu fiż-żona industrijali ta’ Għawdex kif ukoll it-tip ta’ manifattura li ssir mill-fabbriki. Matul il-perjodu mitlub fil-mistoqsija jirriżulta li kien hemm seba` (7) fabbriki li naqqsu xi ħaddiema. Total ta’ nies jaħdmu Jannar 2008 2009 529 504 Fabbriki jimmanifatturaw MARBLE WORKS STONE DECORATORS FURNITURE FURNITURE WEAVING WROUGHT IRON PROD. FURNITURE FOODSTUFFS MANUF. ALUMINIUM LAUNDRY & DRY CLEANING FURNITURE SOFTWARE SERVICE CENTRE FOODSTUFFS MANUF. TOOLS BONDED SEALS BAKERY METAL PRODUCTS FURNITURE ICE CREAM MANUF. DOUBLE-GLAZING GLASS FASHION ACCESSORIES PRINTING FURNITURE FURNITURE FURNITURE
Leg 11 PQ #5985 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għabex — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża kuljum ta' kull residenta li qegħda fl-Għabex li huwa shelter għall-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ispiża kuljum ta' kull persuna li tirrisjedi f'Għabex li tinkludi l-adulti u t-tfal tagħhom hija ta' €22.39 (Tifel/Tifla ta' klijent huwa meqjus bħala resident ukoll).
Leg 11 PQ #5987 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — Tneħħija ta' ħajt

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa ħajt mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jidher li huwa illegali u li jinsab fi Triq il-Ħerba kantuniera ma' Triq Santa Monika fiż-Żejtun, fejn qed jinżamm ukoll trakk mimli ċilindri tal-gass fl-abitat u dan b'periklu ċar għar-residenti kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni mill-uffiċjali tal-Infurzar fuq is-sit indikat u jirriżulta kif ġej: Il-ħajt imsemmi huwa wieħed ferm antik u li huwa l-kontinwazzjoni tal-linja tal-bini l-antik li hemm fit-triq. Għaldaqstant m’hemmx lok t’infurzar sabiex dan jitwaqqa’. Pero jirriżulta wkoll li fuq l-art il-ġewwa minn dan il-ħajt qed isir żvilupp li jinvolvi l-użu bil-poteri mogħtija taħt l-Att Nru 1 dwar l-Ippjanar ta’ ta’ l-Iżvilupp permezz ta’ ECF 214/09. L-ilment ġie mgħoddi lill-Awtoritajiet kompetenti sabiex jinvestigaw dwar kwalunkwe possibilta’ ta’ periklu li tali vettura mgħobbija biċ-ċilindri tal-gass tista’ tikkawża f’ambjent magħluq ta’ bini, bħalma hija l- area ndikata.

Ċilindri tal-gass maħżuna fuq trakk

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn suppost jiġu maħżuna ċ-ċilindri tal-gass meta jkunu fuq it-trakk? Huwa permess li dawn jinżammu f'postijiet li huma abitati min-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ġibjuni madwar Malta — Tiswija

Question

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5729, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jaħżnu ilma dawn il-ġibjuni li ġew imsewwija u kif qed jiġi wżat dan l-istess ilma? Liema huma l-ġibjuni li se jsir xogħol ta’ manutenzjoni fuqhom matul din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li hu stmat li dawn il-ġibjuni jaħżnu madwar 32,000 metru kubu ta’ ilma. Uħud minn dawn il-ġibjuni huma ta’ natura soak away jiġifieri li l-ilma tagħhom jinżel fl-aquifer, waqt li oħrajn jintużaw mill-bdiewa tal-viċin għat-tisqija. Jien infurmat matul is-sena 2009 hemm ppjanat xogħol ta’ tindif u tiswija fuq sitt ġibjuni li huma: Luqa - Ħal Farruġ, Mġarr, Zejtun - taċ-Ċawsli, u tal-Ħotba, Siġġiewi - tal-Provvidenza, Mqabba.

Awtorità dwar it-Trasport — Speed limit fit-Triq tal-Barrani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5243 u 5730 u jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmel speed limit wieħed fit-Triq tal-Barrani minħabba li hemm tabelli li qed juru limiti tas-sewqan differenti? Nista' nissuġġerixxi li l-limitu tas-sewqan f'din it-triq arterjali jkun bħal f'toroq oħra simili jiġifieri dak ta' 70 km/h?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5332 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera li rriżenjaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 4947 li oriġinarjament saret lill-Minstru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5734.