Grupp imwaqqaf mill-ministeru — għajnuna u kordinazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw parti mill-grupp li twaqqaf dan l-aħħar mill-ministeru biex jagħtu għajnuna u jikkordinaw is-sitwazzjoni lokali fid-dawl ta’ dak li qed jiġri internazzjonalment? Kemm-il darba ltaqgħu b’mod ġenerali u x’deċiżjonijiet ittieħdu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill Onor. Interpellant li bħalma diġa ġie mħabbar fil-mezzi tal-aħbarijiet, it-Task Force imwaqqfa mill-Gvern biex tgħin fl-impatt negattiv li jista jkollha is-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali fuq l-ekonomija Maltija, hija ffurmata kif ġej:
Chairman: Onor. Ministru Tonio Fenech
Segretarju Permanenti, MFEI
Chairman, Malta Enterprise
Chairman, MFSA
Kap Eżekuttiv, ETC
Kap Eżekuttiv, MTA
Direttur Ġenerali, PPCD, OPM
Kap tas-Segretarjat, MFEI
It-Task Force tintaqa kull ġimgħa b'mod regolari.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 5735, 5334, 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn suppost jiġu maħżuna ċ-ċilindri tal-gass meta jkunu fuq it-trakk? Huwa permess li dawn jinżammu f'postijiet li huma abitati min-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-parkeġġ fit-triq ta’ vetturi li jġorru inqas minn 10,000 kilogramm f’ċilindri tal-gass. Infurmat ukoll li l-akbar vetturi li jġorru l-gass fil-gzejjer Maltin iġorru inqas minn 9,000 kilogramm. Rigward il-ħazna ta’ ċilindri tal-gass fuq trakkijiet f’postijiet li mhumiex toroq nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5404 u 5728 dwar Triq Merħba, Fgura u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xogħol ta' asfaltar fuqha jew le?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2008? Lil min? X’kien l-iskop ta’ kull għotja? Kemm kien fadal flus fil-fond fil-31 ta’ Diċembru 2008?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi attwat il-pjan biex isir it-tibdil fit-toroq li jinkludi flyover fejn hu magħruf bħala t-tankijiet tal-gass fit-Triq Reġjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn huma mportati fil-maġġoranza tagħhom il-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżerji tal-Gvern? Issir importazzjoni mill-Albanija? Jekk iva, x’mediċini jinġabu minn dan il-pajjiż? Min jimporta minn hemm?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-immigranti rregolari li jaslu Malta jsirulhomx xi testijiet mediċi? Jekk iva, jista' jgħid x’testijiet isiru? Tinżamm statistika dwar l-eżamijiet li jkunu saru? Hemm tabib/tobba li huma assenjati speċifikament għal dawn l-immigranti?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat, illi mal-wasla tagħhom l-immigranti rregolari jiġu eżaminati klinikament mit-tabib/tobba tal-port. Minbarra dan, isir eżami permezz ta’ chest x-ray biex jiġu identifikati dawk morda bit-tuberkulożi attiva. Tinżamm statistika dwar ir-riżultati ta’ chest x-rays li jsiru u n-numru ta’ X-rays li saru jiġu pubblikati fir-rapport annwali tad-dipartiment.
Meta jinstab xi forma ta’ mard jew korriment illi jitlob rikoverazzjoni mmedjata fl-isptar, dan isir mal-wasla ta’ l-istess imigrant. Jekk jinstabu kundizzjonijiet oħra, din l-informazzjoni tintbagħat lit-tobba li jieħdu ħsieb lill-imigranti. Dawn it-tobba huma mgħażulin mid-
Detention Centre
skond tender maħruġ pubbliku, kif ukoll lit-tobba tal- ‘
Medicines Sans frontier'.
Sptar Mater Dei — Dipartiment tal-Emerġenza - stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex jitnaqqas iż-żmien ta’stennija għal dawk li jkollom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Japprezza li trid issir xi ħaġa ta’malajr biex in-nies jinqdew mill-aktar fis possibbli għaliex skont ittri fil-ġurnali dan l-aħħar kien hemm min stenna sitt sigħat u aktar qabel ma ngħata l-kura?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-Awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2805, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jkun implimentat il-programm ta’ Monitoraġġ ta’ Ħsejjes Ambjentali? Min qed jaħdem fuq dan il-programm u meta bdiet il-ħidma fuqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' Monitoraġġ ta' Ħsejjes Ambjentali skond kif inhu mitlub mid-Direttiva 2002/49, ser jiġi implementat permezz ta' tender CT2006/2009 li ser jinħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Hu ppjanat li t-tender joħroġ dalwaqt. F’dan it-tender sa jiġi mitlub studju bażi fuq il-livelli ta’ ħsejjes u żvilupp għal strateġija ta’ monitoraġġ ta’ ħsejjes ambjentali.
Il-MEPA hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ix-xogħol fuq l-implementazzjoni, jibda hekk kif ikun mogħti t-
tender
. Dan it-
tender
sa jieħu żmien sena biex jiġi implementat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2805, jista’ l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tat-tweġiba dwar ħsejjes mill-istabiliment imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistqosija numru 2352.
Informat li l-istabbiliment imsemmi ma jaqax taħt kompitu tad-Dipartiment kif ġie kwotat u għalhekk huwa kkontrollat mill-Puluzija u Dipartiment tat-Trade, kif stabilit mill-istess liġi.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-għassa ta' Wied il-Għajn tibda tinfetaħ regolarment biex taqdi l-ħteġijiet ta' numru kbir ta' residenti ta' din il-lokalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Madankollu, jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet meta l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lil l-pulizija li jkun għassa joħroġ 'l barra fuq xi doveri oħra, bil-konsegwenza li l-Għassa tingħalaq għal ħin temporanjament.
Wied il-Għajn — Programm għal Wara l-Ħin tal-Iskola
Question
Tista' l-Ministru tghid meta se jibda jitwettaq fl-Iskola Primarja ta' Wied il-Għajn, il-Programm għal Wara l-Ħin tal-Iskola fejn it-tfal ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jieħdu sehem attiv f'attivitajiet ta' crafts, drama, mużika u edukazzjoni fiżika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi ingħatat finanzi mill-Fond Ewropew Soċjali sabiex jinfetħu numru ta’ programmi f’xi skejjel għal wara l-ħin ta’ l-iskola. Bħalissa l-Fondazzjoni qiegħdha tevalwa l-postijiet fejn dawn iċ-ċentri jistgħu joperaw. S’issa m’hemmx indikazzjoni li Wied il-Għajn huwa wieħed minn dawn il-postijiet.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu u qed jittieħdu mill-Awtorità ta Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikunu protetti l-fdalijiet u s-sit li fuqu qed jinbena sptar privat ġdid f'Bulebel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn riċerka li kient ġabret il-MEPA fl-2000 għall-inventarju nazzjonali tal-wirt kulturali immobbli, kellha tgħarrif li fl-1965/6, waqt li kien qed jinbena ċentru għad-distribuzzjoni tal-ħalib fis-sit in kwestjoni, instabu tliet oqbra tal-perjodu Puniku (daqs 2500 sena ilu). Fuq bażi ta’ din l-informazzjoni fl-Outline Development Permit PA1873/01, il-MEPA għamlet kundizzjoni numru 3 fejn speċifikament talbet illi x-xogħlijiet għandhom ikunu moniterjati flimkien mad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
B’konformita ma’ din ir-rakkomandazzjoni meta nħareġ il-permess PA3472/07 għat-twaqqiegħ tal-bini eżistenti kif ukoll l-iskavar għall-livelli ta’
basements
, il-kundizzjoni numru (4) kienet tispeċifika illi x-xogħlijiet kollha għandhom jiġu spezzjonati minn persuna mħarrġa fl-arkeoloġija. Il-kundizzjonijiet kienu jeħtieġu wkol li l-applikant jagħmel tajjeb b’Garanzija Bankarja li tammonta għal €60,000, sabiex jiġi assigurat li dawn il-kundizzjonijiet jiġu osservati.
Fil-fatt, dawn il-kundizzjoni ġew rispettati mill-applikant u f’Ottubru 2008 il-MEPA kienet mgħarrfa mill-arkeologi appuntati biex jimmonitorjaw ix-xogħlijiet, illi kienu nstabu żewġ oqbra waqt li kien għaddej ix-xogħol. F’Ottubru u Novembru 2008, hekk kif tkompla x-xogħol, nstabu aktar oqbra u dan wera ċar illi s-sit kien ta’ importanza arkeoloġika konsiderevoli. Il-mod ta’ tħaffir ta’ blat irriżulta f’xi ħsara ta’ xi oqbra peress li kien qed jintuża makkinarju kbir. Għaldaqstant, fid-9 ta’ Diċembru 2008 il-MEPA ippublikat Ordni ta’ Emerġenza għall-Konservazzjoni skond kif provdut f’Artikolu 47 ta’ l-Att dwar l-Iżvilupp u l-Ippjanar, 1992 u għandha validita’ ta’ sitt xhur sabiex ikun jistaw isiru l-istudji u l-konsultazzjonijiet meħtieġa filwaqt li jitħarsu il-fdalijiet arkeoloġiċi misjuba. Din l-Ordni ma tippermetti l-ebda intervent li jista’ jirriżulta fi ħsara lill-fdalijiet misjuba, kif ukoll jobbliga lill-perit/applikant sabiex fi żmien tliett xhur (sad-9 ta’ Marzu 2009) jissottometti miżuri u disinji alternattivi lill-MEPA b’mod li l-oqbra jiġu konservati.
F’kommunikazzjoni lill-MEPA datata 13 ta’Jannar 2009 ll-perit informa lill-MEPA li mhux possibbli li jinbidlu l-pjanti, u b’konsegwenza l-oqbra għandhom jinqerdu.
Sa dan it-tant, saru tlett laqgħat bejn l-applikant u l-perit, il-MEPA u s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali sabiex tinstab soluzzjoni li tikkonserva l-oqbra filwaqt li jkun jista’ jitkompla l-iżvilupp b’xi emendi. L-applikant qed jikkopera bis-sħiħ mal-MEPA u l-SWK.
S’issa, nstabu total ta’ tlettax-il qabar, li tnejn minnhom huma mkissra, seba’ għandhom xi ħsarat żgħar u erba’ huma intatti. Tnejn oħra kienu diġà ġew meqruda fl-1965/6. Mill oqbra misjuba, tnejn ġew investigati b’metodoloġija arkeoloġika u xjentifika. Jirriżulta li dawn iż-żewġ oqbra kienu diġà ġew misjuba fil-passat u l-fdalijiet ta’ ġo fihom mħarbta. Ma dan kollu, xorta waħda kien għad fihom fdalijiet umani artikolati kif ukoll bċejjeċ tal-fuħħar, fosthom lampi taż-żejt. Ħamsa oħra għadhom fi stat tajjeb u għadhom ma’ ġewx investigati xjentifikament, għalkemm investigazzjonijiet preliminari juru illi dawn l-oqbra għad fihom fdalijiet umani artikolati kif ukoll bċejjeċ tal-fuħħar varju. Din hi waħda mill-ikbar konċentrazzjonijiet t’oqbra Punici li nstabu barra miż-żona tar-Rabat/Mdina.
Barra min dawn l-oqbra, inkixfu għadd ta’ kanali tad-dwieli u elementi oħra mqatta’ fil-blat ta’ żmien ilu, filwaqt li ġie innutat li fil-qiegħ ta’ ħitan tas-sejjieħ adjaċenti mas-sit hemm ġebel kbir normalment assoċjat ma’ perjodu Klassiku (Puniko-Ruman).
Preżentament ix-xogħlijiet ta’ investigazzjoni għadhom għaddejjin mill-arkeoloġi bid-direzzjoni tas-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali. Il-MEPA għada tistinka sabiex tinsab soluzzjoni denja u fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Minsitru jghid kemm daħħal il-Gvern mill-VAT f’Jannar li għadda? Kemm kien hemm sidien li nqabdu ma jagħtux ircevuta tal-VAT? Minn liema settur tal-ekonomija kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul ix-xahar ta’ Jannar 2009, id-Dipartiment tal-VAT daħħal is-somma netta ta’ €40,790,206.
Matul l-istess xahar kien hemm 55 sid li nqabdu ma jagħtux irċevuta tal-VAT. Dawn kienu maqsuma kif ġej:
Retailers Manufacturers Restaurants/Bars Services
34 3 9 9
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont totali ta’diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuza mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuza minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.