Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bank Ċentrali ta' Malta — investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ċifri għandu l-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2008 fejn jidħol l-investiment barrani u jagħti wkoll id-dettalji ta’ fiex jikkonsisti dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' xogħlijiet tal-aluminju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' xogħlijiet tal-aluminju fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġewwa Ħal Far kif ukoll fuq xogħlijiet ta' bini fuq ġewwa u fuq barra fil-fabbriki f'diversi oqsma industrijali u dan skont avviż maħuġ fil-Gazzetta tal-Gvern? Min applika u kemm kienet kull offerta? Jista' jgħid ukoll min intagħżel biex jagħmel dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Diskussjonijiet Bejn Malta u Brażil — Kumpanniji li joperaw fiż-żewġ pajjiżi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6590 u jgħid x’ġie diskuss ma’ delegazzjoni Brażiljana li xi ftit tal-jiem ilu kienet f'pajjizna? Jista’ jgħid jekk hemmx prospetti pożittivi għall-ħidma bejn Malta u l-Brażil u kumpanniji rispettivi li joperaw fiż-żewġ pajjiżi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fond għall-Kawzi Ġusti — Flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus fil-Fond għall-Kawzi Ġusti fl-1 ta’Jannar 2008? Kemm daħlu flus fil-fond matul l-2008 u minn fejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi flus fil-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-1 ta’ Jannar 2008 kien hemm €295,954.68. Matul l-2008 il-Fond kellu dħul ta’ : €925,109.61 mill-Gaming Tax ; €722,250.14 minn Unclaimed Prizes u ta’ €8,763.26 mill-Interessi ġenerali fuq il-kont.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jitkellem ma' dawk konċernati mill-proġett ta' toroq sekondarji li bosta minnhom jinsabu mdawrin bir-raba' u jara li f'ċerti postijiet jingħata widen għall-ħteġijiet tal-bdiewa li f'ċerti każi minħabba kif jinsab il-livell tat-triq qed ikollhom problemi serji fejn għandu x'jaqsam l-ilma tax-xita li qed jaqleb l-ilma ġo l-għalqa tagħhom u dan b'referenza partikolari għal għalqa li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Tumas, Żejtun u Triq iz-Ziju, Marsaskala?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Familji li għadhom ma rċevewx il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad hawn familji li għadhom ma rċevew l-ebda kont tad-dawl u ilma għalkemm għaddew tmien xhur mill-aħħar wieħed tad-29 ta’ Lulju, 2008 filwaqt li oħrajn irċevew tnejn diġà? Huwa sew li dawn issa jintalbu biex iħallsu somma qawwija f’daqqa'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Użu għall-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jilqa' l-ilma tax-xita u b’hekk ikun jista' jerġa' jużah u ma jħallix li dan jintilef fil-baħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Industriji li ilhom ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm industriji stabbiliti f’Malta li ilhom aktar minn sena ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jagħti l-ammont globali ta’ kemm irid jitħallas? Hemm min ilu aktar minn sentejn, tlett snin jew aktar? Kemm ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanniji — Ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Kemm minnhom ma ħallusuhiex fl-2008? F’liema ammonti? Hemm minn ilu aktar minn sentejn u tliet snin? Meta jiġri dan, l-impjegati huma koperti jekk ikunu jridu jitolbu xi benefiċċju?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Età għad-dħul f'postijiet ta' divertiment

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-emenda fejn l-età telgħet minn 16 għal 17-il sena għal dawk li jidħlu f’postijiet ta' divertiment daħlitx fis-seħħ? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta? Il-Ministeru għandu informazzjoni dwar pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u l-età li dawn jistgħu jidħlu f'postijiet ta' divertiment u dwar pajjiżi bħal Franza, fejn se jgħollu l-età għal 18-il sena minħabba x-xorb żejjed u l-perikli li joħloq għaż-żgħażagħ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-emenda msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma daħlitx fis-seħħ.

Fond għall-Kawzi Ġusti — Għoti ta' flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2008? Lil min? X’kien l-iskop ta’ kull għotja? Kemm kien fadal flus fil-fond fil-31 ta’ Diċembru 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari numru 5503. Ukoll, ninsab infurmat illi fil-31 ta’ Diċembru 2008, il-bilanċ fil-fond għal-Kawżi Ġusti kien jaqra €145,335.07.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST — childcare centre jew facilities

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-MCAST hemmx childcare centre jew facilities? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid min jista’ jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet u jekk hemmx ħlas marbut ma’ dan l-użu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-Child Care Centre se jinfetaħ fit-28 ta’ April, 2009. Dan huwa proġett ta’ l-ERDF (European Regional Development Fund), u li ser ikun miftuħ għat-tfal ta’l-istudenti li jattendu l-MCAST, għat-tfal ta’ l-istaff ta’ l-MCAST u għall-pubbliku inġenerali jekk ikun hemm postijiet. Din il-faċilita’ hemm ħlas marbut magħha, b’sussijdu konsiderevoli biex ikun jista’ jintlaħaq mill-but ta’ kulħadd, inkluż l-istudenti.

Gambling — Permessi u policies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jiġix ikkonsultat dwar permessi li jinħarġu marbuta ma’ gambling u ħwienet li fetħu u qed jiftħu f’postijiet ċentrali bħal pjazez u toroq ċentrali f’diversi rħula u bliet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll teżistix xi policy marbuta ma’ dan it-tip ta’ logħob u gambling?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onologija — Persuni trasferiti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mis-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija li tinsab fl-Għammieri? Kemm hemm persuni f'din is-sezzjoni u x'se jkun il-futur tagħhom u tal-istess sezzjoni minħabba li xi persuni diġà ġew trasferiti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6909 Sitting 93 2009-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati maċ-ċivil intitolati għas-somma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal persuni li huma impjegati maċ-Ċivil li meta jispiċċaw bl-età huma ntitolati għas-somma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi hemm 2,393 impjegat fis-Servizz Pubbliku li meta jirtiraw huma ntitolati għall-pensjoni tat-Teżor, skond l-Ordinanza tal-Pensjonijiet.

Kalkara — Servizz tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata s-servizz tad-drenaġġ mill-gdid lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta’ fejn ser isir il-proġett ta’ Smart City fil-Kalkara minħabba li fil-preżent qed jinqdew permezz tal-fossa meta fil-passat kienu moqdija aħjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fossa li inbniet fil-Kalkara kienet miżura temporanja sakemm isir main minn din il-fossa ħalli d-drenaġġ jiġi ppumpjat lura fis-sistema principali. Ix-xogħol fuq dan il-main ser jibda fil-ġranet li ġejjin.

Għajnunjiet lil ażjendi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Qali Crafts Village — Fabbriki

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5562, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mas-sidien ta’ artiġjanat li jinsabu jaħdmu f’Ta’ Qali minn Marzu 2008 sa l-aħħar ta’ Frar 2009? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien preżenti għalihom kemm min-naħa tal-Gvern u tas-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ta’ bejn Marzu 2008 u Frar 2009 inżamm kuntatt kontinwu bejn il-Ministeru tiegħi u wħud mis-sidien ta’ artiġjanat li jaħdmu fil-villaġġ ta’ Ta’ Qali. Uffiċjalment inżammu żewġ laqgħat bejn xi rappreżentanti tas-sidien u uffiċjali min-naħa tal-Gvern, biż-żewġ laqgħat ikunu immexxijja minni bħala l-Ministru Tal-Finanzi , l-Ekonomija u Investiment L-ewwel laqgħa saret fis-6 ta’ Jannar 2009, filwaqt li t-tieni laqgħa sussegwenti inżammet eżattament xahar wara, jiġifieri fis-6 ta’ Frar 2009.