Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6714 u jgħid kemm kien hemm flus fil-Fond għall-Kawzi Ġusti fl-1 ta’Jannar 2008? Kemm daħlu flus fil-fond matul l-2008 u minn fejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6714.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6196 dwar spiża għal kull student, tista' l-Ministru tagħti din l-informazzjoni għas-settur privat u dak tal-Knisja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża għal kull student għal kull jum fl-iskejjel tal-Knisja matul is-sena 2008 hija ta’ €10.93. Dwar l-ispiża ta’ kull student fl-iskejjel privati, d-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi m’għandux l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 6204 u jgħid: -
i) X'inhi r-raguni li l-Gvern waqqaf l-insib għall-gamiema, pluviera, summiena u mlievez meta dawn huma permessi li jiġu kkaċċjati u meta l-Kumitat Ornis qabel li l-insib ta' dawn l-ispeċi ma jikser l-ebda regolament Ewropew u l-Gvern jista' japplika deroga biex dan isir?
ii) Skont il-ftehim mal-Unjoni Ewropeja, il-Gvern kellu jagħmel studju biex sal-aħħar tal-2008 jistabbillixxi n-numru ta' għasafar tal-għana li jistgħu jiġu maqbuda mis-selvaġġ. Sar dan l-istudju? Jekk iva, ġie stabbilit kif u min jista' jaqbad dawn l-għasafar?
iii) Jista' jgħid fiex wasal l-istudju li qed isir dwar il-migrazzjoni tal-gamiema u s-summiena? Kemm hemm nies /osservaturi li qed jieħdu sehem?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6870, 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6005 minħabba li issa għadda żmien twil biżżejjed dwar il-programm ta' toroq li suppost il-Gvern qed jaħdem fuqhom? X'inhi r-raġuni li l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'għaddietx il-file lura ħalli tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X'effett se jkollha d-deċiżjoni li jiġu privatizzati t-toroq fuq ix-xogħol ta' toroq li suppost qed isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6750 u jgħid f’liema dati poġġa fuq il-website tal-Ministeru tiegħu l-istudji relatati mad-dokument strategiku dwar l-iskart solidu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mal-pubblikazzjoni tal-aġġornament tal-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart solidu f’pajjiżna, kull dokument li għen biex tissawwar l-istrateġija sar pubbliku. Din l-ewwel reviżjoni tal-istrateġija tal-immaniġjar tal-iskart ġiet imtella fuq is-sit tal-Ministeru dak in-nhar stess li ġiet ippublikata fit-23 ta’Jannar jiġifieri jumejn wara li ġiet ippreżentata lill-Onor Brincat. Uħud mid-dokumenti ta’ riferenza kienu ilhom aċċessibli għall-pubbliku anki fuq l-internet. Xi dokumenti anċillari li ġew mitluba kienu mpoġġija fis-27 ta’ frar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6867, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien li l-Ministeru għażel li jżomm kuntatt kontinwu magħhom u kif ġew magħżula? Jista' jgħid ukoll min kien preżenti fil-laqgħat tas-6 ta' Jannar u tas-6 ta' Frar 2009 u x'kien diskuss b'mod ġenerali? Min kienu l-uffiċjali tal-Gvern li kienu preżenti matul dawn il-laqgħat?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei Dipartiment tal-Emerġenza — stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6727 u jgħid x’inhu jsir biex jitnaqqas iż-żmien ta’stennija għal dawk li jkollom bżonn jużaw id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei? Japprezza li trid issir xi ħaġa ta’malajr biex in-nies jinqdew mill-aktar fis possibbli għaliex skont ittri fil-ġurnali dan l-aħħar kien hemm min stenna sitt sigħat u aktar qabel ma ngħata l-kura?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6724 u jgħid minn fejn huma mportati fil-maġġoranza tagħhom il-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżerji tal-Gvern? Issir importazzjoni mill-Albanija? Jekk iva, x’mediċini jinġabu minn dan il-pajjiż? Min jimporta minn hemm?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-maġġoranza tal-mediċini li huma wżati fl-isptarijiet Maltin jew li jingħataw minn spiżeriji tal-Gvern huma mportanti minn pajjiżi membri tal-Gvern huma mportati minn pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja. Ma ssirx impostazzjoni ta' mediċini mill-Albanija.
Diskussjonijiet Bejn Malta u Brażil — Kumpanniji li joperaw fiż-żewġ pajjiżi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss ma’ delegazzjoni Brażiljana li xi ftit tal-jiem ilu kienet f'pajjizna? Jista’ jgħid jekk hemmx prospetti pożittivi għall-ħidma bejn Malta u l-Brażil u kumpanniji rispettivi li joperaw fiż-żewġ pajjiżi?
Response (FENECH, TONIO)
Id-Delegazjoni Brażiljana żaret Malta bħala parti mill-progamm ta’ l-Unjoni Ewropeja illi jgħati ċ-ċans sabiex jitkabbru ir-relazjonijiet bejn il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja u dawk tal-Amerika Latina.
Id-delegazzjoni mill-Gvern Brażiljan kienet tikkonsisti minn Ministri tal-Ekonomija, Kummerċ u Industrija. Dawn iltaqgħu ma’ diversi entitajiet Maltin inkluż miegħi bħala l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
l-aġenda prinċipali tad-diskussjonijiet kienet tikkonsiti dwar it-tisħiħ tar-relazjonijiet kummerċjali, inkluż il-possibiltà ta’ Trattati dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u ta’ Protezjoni ta’ Investiment. Dan kollu jwassal għal strutturi stabbiliti li jiffaċilitaw investiment bejn iż-żewġ naħat u skambju aħjar ta’ kummerċ.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Kumpannija Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli tingħata din l-informazzjoni minħabba li hi ta’ natura kummerċjali. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant japprezza illi dawn huma negozjati ta’ natura kummerċjali li jinvolvu informazzjoni finanzjarja sensittiva tal-pożizzjoni tal-kumpanija rispettiva, liema kumpanija ħafna drabi jkollha azzjonisti attivi.
Malta Enterprise — Ftehim mal-inkwilini tal-fabbriki
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5548, jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jiġu konklużi t-348 letter of intent jew ittra ta' allokazzjoni ma' dawk konċernati? X'ħidma qed issir fil-preżent dwar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi raġunijiet għaliex il-kuntratti rilevanti ma setgħux jiġu konklużi b’mod spedizju. Bħalissa qiegħed isir eżercizzju biex fejn ikun il-każ, jiġu konklużi l-kuntratti appożiti. Madankollu, dan mhux eżerċizzju faċli in vista tal-fatti li kull każ għandu l-istorja tiegħu li trid tittiehed in konsiderazzjoni qabel ma jista’ jiġi konkluż xi ftehim.
Sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onologija — Persuni trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6908 u jgħid x'ser jiġri mis-sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija li tinsab fl-Għammieri? Kemm hemm persuni f'din is-sezzjoni u x'se jkun il-futur tagħhom u tal-istess sezzjoni minħabba li xi persuni diġà ġew trasferiti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li sezzjoni tal-Vitikultura u l-Onoloġija fl-Għammieri qedha tiġi ristrutturata bl-iskop li din tissaħħaħ u tkun tista’ toffri servizz ta’ kwalità ogħla lill-bdiewa u lill-għassara. Il-pożizzjoni tal-erba’ uffiċjali li hemm f’din is-sezzjoni mhux maħsub li ser tkun effettwata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6873 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jiġix ikkonsultat dwar permessi li jinħarġu marbuta ma’ gambling u ħwienet li fetħu u qed jiftħu f’postijiet ċentrali bħal pjazez u toroq ċentrali f’diversi rħula u bliet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll teżistix xi policy marbuta ma’ dan it-tip ta’ logħob u gambling?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6990 u jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 7249 nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi wara investigazzjonijiet, irriżulta li hemm xi strutturi li mid-dehra nbnew snin ilu mingħajr permess, u li fuqhom ser jinħareġ Enfocement Notice.
Tajjeb li ninforma illi l-vettura imsemmija f'PQ 5987 tneħħiet mill-post. Is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni jonqos tinġabar, u minn fejn, sabiex tiġi mwieġba mistoqsija parlamentari 6006 u cioè: B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6866 u jgħid x’għajnuna ngħatat lil ażjendi li ltaqgħu ma’ diffikultajiet bħal dak li tħabbar fil-media fir-rigward tal-Kumpannija Methode? Kemm kienet l-għajnuna f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6866.
offerti għall-manutenzjoni ġenerali u xogħlijiet ta' tiswija f'diversi oqsma industrijali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-manutenzjoni ġenerali u xogħlijiet ta' tiswija f'diversi oqsma industrijali u dan skont avviż maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern? Min applika u kemm kienet kull offerta? Jista' jgħid ukoll min intagħżel biex jagħmel dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu u cioe` għal liema avviż qed jirreferi.
Peress li l-figura ta’ €417 miljun għall-ewwel 9 xhur tas-sena li għaddiet issemmiet mill-Prim Ministru f’diskors pubbliku li huwa għamel, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġiet din il-figura u ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 6589 dwar investiment barrani?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.