Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zejtun — Skola Primarja

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga jekk l-iskola Primarja A taz-Zejtun hemmx indafa biżżejjed minkejja li jidher li hemm persuni nkarigati minn dan ix-xogħol? Taf li kien hemm każ ta' skarlatina fl-istess skola ftit tal-jiem ilu? X'passi ttieħdu f'dawn iż-żewġ każi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-aħħar spezzjoni fuq l-indafa fl-imsemmija skola saret fis-6 ta’ April, 2009. Mir-rapporti li saru wara kull spezzjoni, il-livell ta’ ndafa f’din l-iskola kien dejjem wieħed tajjeb. Fuq il-każ ta’ skarlatina ġew avżati l-Prinċipal tal-Kulleġġ u t-Tabib tad-Direttorat. It-Tabib kellem lill-ġenituri tal-klassi dak inhar stess kif wkoll fis-26 ta’ Marzu, 2009, fejn kellu taħdita mal-ġenituri (Skola A u B) dwar saħħet it-tfal.

Korporazzjoni Enemalta — qari tal-konsum

Question

Jikkonferma l-Ministru li meta tinbiegħ dar u l-bejjiegħ jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta jieħu l-aħħar qari tal-konsum u jitniżżel l-isem tax-xerrej biex l-kontijiet jibdew jintbagħtu f’ismu, irid jintbgħat il-kuntratt ta’ bejgħ lill-Korporazzjoni Enemalta? Ma jaħsibx li m’hemmx bżonn li affarijiet li jkun personali jintbagħtu lil entità pubblika? Għaliex meta jkun hemm każ bħal dan ma ssirx karta ġuramentata u din tkun aċċetatta mill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont totali ta’ subien u bniet, li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat (MATSEC) fil-ġimgħat li ġejjin? Kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti? Kemm kien hemm kandidati privati li applikaw?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-Livell Avvanzat (MATSEC) f’Mejju 2009 huwa 3827 li minnhom 1528 huma subien u 2299 huma bniet. It-Tabella hawn taħt turi kif l-istudenti huma mqassmin skont it-tip ta’ skola, sew jekk tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, jew studenti privati. In-numri jinkludu studenti li ser joqgħodu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u studenti li se jagħmlu l-eżamijiet bħala single subject fil-Livell Avvanzat. Tabella: Numru ta’ Kandidati għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat f’Mejju 2009 Tip ta’ Skola Bniet Subien Totali Tal-Istat 1328 846 2174 Tal-Knisja 188 187 375 Indipendenti 26 20 46 Studenti privati 757 475 1232

Studenti li applikaw għall-eżamijiet tal-Malti, Ingliż, Matematika u Oqsma tal-Għerf — Livell Avvanzat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li applikaw biex joqogħdu għall-Malti, Ingliż, Matematika u Oqsma tal-Għerf fil-livell Avvanzat? Kemm hemm minn skejjel tal-Istat, privati u dawk indipendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-Malti, l-Ingliż u l-Matematika fil-Livell Avvanzat u fl-Oqsma tal-Għerf huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. It-Tabella turi wkoll l-istudenti mqassmin skont it-tip ta’ skola sew jekk tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti u studenti privati. Numru ta’ Kandidati li se jersqu għall-eżamijiet fil-Livell Avvanzat tal-MATSEC fl-2009 f’suġġetti partikulari u skont it-Tip ta’ Skola (tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti) jew studenti privati Suġġett Tal-Istat Tal-Knisja Indipendenti Studenti Privati Totali Malti 303 39 4 84 430 Ingliż 322 66 10 176 574 Matematika Pura 470 113 11 108 702 Matematika Applikata 9 0 0 2 11 Oqsma tal-Għerf* 1964 351 36 100 2451 *Oqsma tal-Għerf huwa offrut fil-Livell Intermedju biss.

Studenti li applikaw għall-eżamijiet tas-SEC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’studenti separatament, li applikaw biex joqogħdu għall-eżamijiet tas-SEC? Kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti? Kemm hemm li applikaw bħala studenti privati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fl-2009 huwa 7378, li minnhom 3424 huma subien u 3954 huma bniet. It-tqassim ta’ dawn l-istudenti skont it-tip ta’ skola sew jekk tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti u Post-sekondarji, jew studenti privati huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Numru ta’ Kandidati għall-Eżamijiet tas-SEC f’Mejju 2009 skont is-sess u t-tip ta’ skola Tip ta’ Skola Subien Bniet Totali Tal-Istat 1176 1440 2616 Tal-Knisja 779 698 1477 Indipendenti 259 149 408 Post-sekondarji 290 494 784 Studenti privati 920 1173 2093

Studenti li applikaw għas-SEC

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn dawk l-istudenti li applikaw għas-SEC kemm se joqogħdu għall-Malti, il-Lingwa Ingliża, Letteratura Ingliża, Matematika, Fiżika u Studji Ambjentali? Kif inhuma mqassma minn skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u dawk indipendenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fl-2009 fil-Malti, il-Lingwa Ingliża, il-Letteratura Ingliża, il-Matematika, il-Fiżika u l-Istudji Ambjentali huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. It-Tabella turi l-istudenti mqassmin skont it-tip ta’ skola, sew jekk tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti u Post-sekondarji, jew studenti privati. Numru ta’ Kandidati li se joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fl-2009 f’suġġetti partikulari mqassmin skont it-tip ta’ skola s ew jekk tal-Istat, tal-Knisja, Indipendenti, Post-sekondarji u studenti privati Suġġett Tal-Istat Tal-Knisja Indipendenti Post-Sekondarji Studenti Privati Totali Malti 2437 1443 370 282 422 4954 Lingwa Ingliża 2478 1457 405 297 1037 5674 Letteratura Ingliża 1397 1130 358 19 49 2953 Matematika 2393 1453 404 414 761 5425 Fiżika 2200 1207 303 205 250 4165 Studji Ambjentali 1258 687 249 36 84 2314

Familji li għadhom ma rċevewx il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad hawn familji li għadhom ma rċevew l-ebda kont tad-dawl u ilma għalkemm għaddew tmien xhur mill-aħħar wieħed tad-29 ta’ Lulju, 2008 filwaqt li oħrajn irċevew tnejn diġà? Huwa sew li dawn issa jintalbu biex iħallsu somma qawwija f’daqqa'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma waqfet il-programm tagħha ta’ ħruġ ta’ kontijiet minn Settembru sa Diċembru f’liema perjodu ġew iffinalizati it-tariffi. Għaldaqstant il-program prefiss ta’ ħruġ ta’ kontijiet waqa lura b’erba xhur. Għalhekk kien hemm perjodu fejn klijenti irċivew żewġ kontijiet fuq stimi u oħrajn li ma rċevewx peress li kien imisshom kont attwali. Illum is-sitwazzjoni ġiet regolarizzata u kull residenza rċiviet ta’ lanqas kont wieħed bit-tariffi l-ġodda. Ninsab infurmat ukoll li f'każijiet fejn individwu ma jkunx jiflaħ iħallas xi kont f'daqqa l-WSC tagħmillu programm ta' ħlas bin-nifs.

offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' xogħlijiet tal-aluminju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għall-provvista u stallazzjoni ta' xogħlijiet tal-aluminju fil-fabbrika li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġewwa Ħal Far kif ukoll fuq xogħlijiet ta' bini fuq ġewwa u fuq barra fil-fabbriki f'diversi oqsma industrijali u dan skont avviż maħuġ fil-Gazzetta tal-Gvern? Min applika u kemm kienet kull offerta? Jista' jgħid ukoll min intagħżel biex jagħmel dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Ta' Qali — Crafts Village - sidien ta' fabbriki

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6867, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien li l-Ministeru għażel li jżomm kuntatt kontinwu magħhom u kif ġew magħżula? Jista' jgħid ukoll min kien preżenti fil-laqgħat tas-6 ta' Jannar u tas-6 ta' Frar 2009 u x'kien diskuss b'mod ġenerali? Min kienu l-uffiċjali tal-Gvern li kienu preżenti matul dawn il-laqgħat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kienu s-sidien stess li identifikaw rwieħhom bħala rappreżentanti f’isem sħabhom, u li talbu sabiex jiltaqgħu miegħi; u min-naħa tiegħi aċċettajt li niltaqa’ magħhom mingħajr diffikulta. Fuq deċiżjoni libera tas-sidien infushom, għaż-żewġ laqgħat ma attendewx bl-istess numru u l-istess individwi, iżda fiż-żewġ każi sejħu lilhom infushom rappreżentanti għas-sidien l-oħra, u li kienu qed jiltaqgħu miegħi bil-kunsens ta’ l-istess sħabhom. Għan-naħa tal-Gvern, kienu preżenti wkoll, is-Segretarju Permanenti, il-Policy Coordinator responsabbli minn dan is-settur, u Chairman tal-Malta Enterprise.

karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 6512 u jgħid jghid x’inhu n-numru ta’ karozzi tal-linja li qed joperaw bħalissa? Kemm minnhom ġew impurtati f’dawn l-aħħar ħames snin? Xi pjani hemm biex jigu mpurtati aktar karozzi tal-linja biex jieħdu post dawk qodma? X’għajnuna se jagħti l-Gvern lis-sidien li jridu jixtru karozzi ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 508 permessi ta’ karozzi tal-linja li joperaw fis-settur tat-Trasport Pubbliku. Minn dawn il-karozzi tal-linja 24 kienu impurtati f’dawn l-aħħar ħames snin. Jien infurmat li l-ADT m’ għandha l-ebda pjani biex timporta karozzi tal-linja ġodda. Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li taħt is-sejħa għall-offerti li qed tkun preparata bħala parti mir-riforma tat-trasport pubbliku, l-obbligu għax-xiri u finanzjar tal-karozzi tal-linja li jista’ jkun hemm bżonn, ser jintefa’ fuq l-operatur sabiex b’hekk il-poplu ma jibqax jerfa’ pizijiet bla bzonn.

Ammont ta' diesel u petrol mingħajr ċomb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6517 u jgħid x’kien l-ammont totali ta’diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuza mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuza minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fgura — Triq Merħba - Asfalt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5999, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-Awtorità dwar it-Trasport u f'liema prijorità tinsab din it-triq li tinsab fil-Fgura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7245, 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Investiment barrani

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7241 u cioè: Peress li l-figura ta’ €417 miljun għall-ewwel 9 xhur tas-sena li għaddiet issemmiet mill-Prim Ministru f’diskors pubbliku li huwa għamel, jista’ l-Ministru jgħid minn fejn ġiet din il-figura u ġentilment iwieġeb mistoqsija parlamentari 6589 dwar investiment barrani?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bank Ċentrali ta' Malta — investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7242 u jgħid x’ċifri għandu l-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2008 fejn jidħol l-investiment barrani u jagħti wkoll id-dettalji ta’ fiex jikkonsisti dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7242.
Leg 11 PQ #6990 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — tneħħija ta' ħajt

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li saru investigazzjonijiet, irriżulta li hemm xi strutturi li mid-dehra nbnew snin ilu mingħajr permess, u li fuqhom inħarġet Enforcement Notice b’numru ECF 321/09 - (Building of Garage/Store and loft without permit) Tajjeb li ninforma illi l-vettura imsemmija f' PQ 5987 tneħħiet mill-post. Is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat minn żmien għal żmien.

Bank Ċentrali ta' Malta — investiment barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ċifri għandu l-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2008 fejn jidħol l-investiment barrani u jagħti wkoll id-dettalji ta’ fiex jikkonsisti dan l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, miġbura mill-NSO.

Regional Road — flyover

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6720 u jgħid meta hu maħsub li jiġi attwat il-pjan biex isir it-tibdil fit-toroq li jinkludi flyover fejn hu magħruf bħala t-tankijiet tal-gass fit-Triq Reġjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru . 6716 .
Leg 11 PQ #7259 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Żejtun — Triq il-Ħerba - trakkijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija jistgħux jieħdu passi dwar trakkijiet tal-gass li jkunu pparkjati fit-toroq fejn jistgħu jkunu ta' periklu u nkonvenjent għar-residenti u karozzi oħra fit-toroq bħal, per eżempju, trakk li jkun ipparkjat fi Triq il-Ħerba fiż-Żejtun?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli Membru qed jiġi nvestigat.
Leg 11 PQ #7260 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tneħħija ta' ħajt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentariu 6592 u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-Awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.