Tista’ l-Ministru tgħid jekk dawk kollha li qraw it-testijiet tal-Listening Comprehension kenux kollha għalliema tal-Ingliż ? Jekk le x’kwalifiki kellhom għaliex kelli lmenti li kien hemm min ma ppronunzjawx l-Ingliż tajjeb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-51 eżaminatur li qraw it-testijiet tal-Listening Comprehension fil-Ligwa Ingliża, kien hemm 50 li kienu għalliema jew ex-għalliema tal-Ingliż fl-iskejjel sekondarji. Waħda mill-eżaminaturi f’Għawdex kienet għalliema fi skola primarja. Din għandha kwalifiki f’livell avvanzat fl-Ingliż u ċertifikat tat-TEFL (Teaching English as a Foreign Language) u ħadet sehem fit-taħriġ fil-qari tat-testijiet flimkien ma’ l-eżaminaturi l-oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm armi reġistrati u b’hekk liċenzjati mill-pulizija? X’tip ta’armi kienu prinċiparjament? Kemm minnhom huma armi ornamentali? Kemm kien hemm armi li ġew liċenzjati fl-2008 u fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Intepellant għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid minbarra l-pulizija u l-armata, minn huwa liċenzjat li jġorr xi arma? Jingħataw liċenzji għal persuni biex dawn ikunu jistgħu jġorru arma fuqhom? Jekk iva, kemm hemm nies liċenzjati biex jagħmlu dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-liċenzji għal ġarr ta' armi f'pajjiżna jingħataw biss għal skopijiet partikolari, kif imsemmija hawn taħt. L-għoti ta' dawn il-liċenzji isir skont l-Att Dwar l-Armi, Kap 480 tal-Liġijiet ta' Malta.
Infurmat ukoll illi preżentement in-numru ta' persuni li huma liċenzjati sabiex iġorru armi huwa kif ġej:-
Ġarr ta' harpoon għas-sajd 1010 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għall-kaċċa fuq l-art 7364 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar minn fuq qoxra tal-baħar 154 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għall-kaċċa tal-fenek 1483 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għal target shooter licence A 611 persuna
Ġarr ta' arma tan-nar għal target shooter licence B 2001 persuna
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kaċċaturi li huma liċenzjati bħalissa? Kemm kien hemm liċenzji ġodda li ngħataw matul l-2008 u fl-ewwel tliet xhur tas-sena?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L--informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġejja:-
Tip ta' Liċenzja
Armi Liċenzjati fil-preżent
Liċenzji Ġodda matul l-2008
Liċenzji Ġodda matul l-ewwel 3 xhur l-2009
Arma tan-nar għall-kaċċa minn fuq l-art
7364
171
35
Arma tan-nar minn fuq qoxra tal-baħar
154
17
12
Arma tan-nar għall-kaċċa tal-fenek
1483
242
29
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? Liema kienu l-oġġetti li prinċiparjament ġew importati? Kemm mill-importazzjoni kienet minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? F’dan il-każ x’ġie importat?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni minn Malta fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena? Kemm kienet fl-istess żmien fl-2008? X’ġie esportat u fejn?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet fl-ewwel tliet xhur tas-sena minn kull waħda mill-kameras tat-traffiku? Jista’ jagħti l-figuri xahar b’xahar u jgħid ukoll kemm ingħataw ċitazzjonijiet is-sena li għaddiet fl-istess xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jista’ jiġġustifika ż-żieda fil-prezzijiet tal-fuel mill-1 ta’ April 2009 meta l-prezzijiet fis-suq internazzjonali għadu baxx? Jista’ jgħid ukoll x’impatt se jkollu fuq l-industrija li għaddejja minn żminijiet diffiċli? Kif jissostanzja l-fatt li waqt li l-Gvern qed jgħin lil industriji li qegħdin f’diffikultà jkompli jżidilhom il-piżijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm din is-sena se jispiċċaw mill-iskola sekondarja studenti subien u bniet separatament? Tista’ tagħti l-figuri għall-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk privati separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li din is-sena se jispiċċaw mill-iskola sekondarja ta’ l-istat huwa ta’ 3,258. Minn dawn 1,549 huma subien u 1,709 huma bniet. Din l-informazzjoni tinkludi l-iskejjel sekondarji, Junior Lyceums u ex-Opportunity Centres.
In-numru ta’ studenti li jispiċċaw l-edukazzjoni sekondarja tagħhom mill-iskejjel tal-Knisja u skejjel indipendenti huwa hekk:
Skejjel tal-Knisja: 799 subien u 685 bniet għal total ta’ 1484 student
Skejjel Indipendenti: 248 subien u 912 bniet għal total ta’ 475 student.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kemm kien l-ammont ta’skart riċiklat li nġabar darba fil-ġimgħa minn wara l-bibien tan-nies? Minn fejn inġabar l-aktar u l-anqas skart fl-istess żmien? Jista’ jgħid ukoll xi jsir mill-materjal riċiklat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ammont ta’ skart miġbur fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena huwa ta’ madwar 1,593 tunnellata. Il-lokalità minn fejn inġabar l-aktar kienet dik ta’ Birkirkara b’100 tunnellata, filwaqt li nġabar l-anqas minn l-Isla, b’2.88 tunnellata. Il-materjal miġbur jintgħażel u jiġi magħmul f’balal sabiex jinbiegħ ħalli jerga’ jintuża’.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu n-numru ta’għalliema li bħalissa qegħdin jaħdmu u għandhom aktar minn 61 sena? Kemm minnhom qed jaħdmu mal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u privati separatament? Id-Direttorat tal-Edukazzjoni kellu talbiet minn għalliema biex jingħataw estensjoni tas-servizz wara li jkunu għalqu l-61 sena? Kemm–il talba ġiet aċċettata? F’liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li bħalissa qegħdin jahdmu u li għandhom aktar minn 61 sena huwa hekk:
Full-time
Part-time
Skejjel ta’ l-Istat
11
Xejn
Skejjel tal-Knisja
16
10
Skejjel Indipendenti
13
9
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kellu 24 talba minn għalliema biex jingħataw estenzjoni tas-servizz wara li jkunu għalqu l-61 sena. Minn dawn 12 ġew aċċettati f’dawn is-suġġetti:
Autocad
,
Design & Technology
;
Graphical Communications
, Malti, Oqsma ta’ l-Għerf, Ingliż, Taljan u Matematika.
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata lill-għaqdiet sportivi biex ikunu jistgħu jagħmlu kontroll tad-doping? Liema għaqdiet ibbenefikaw fis-sena finanazjarja li għaddiet u kemm kienet din l-għajnuna? Liema għaqdiet fil-fatt diġa` talbu għall-għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-doping matul din is-sena? Hemm min ġie mgħejjun diġa`?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
Isem tal-Għaqda
Tip t’assistenza
Sena
Ammont
Approvat
Kunsill Malti għall-iSport
Doping Unit Set Up
2008
€ 16,958
Malta Amateur Athletic Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 2,096
Malta Football Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 18,635
Malta Triathlon Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 745
Malta Weightlifting Association
Ħlas ta’ testijiet
2008
€ 1,165
L-għaqdiet li diġa’ għamlu talba għal għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-
doping
matul l-2009 huma:
Aquatic Sports Association of Malta
Malta Amateur Athletic Association
Malta Football Association
Malta Judo Federation
Malta Tennis Federation
Malta Triathlon Association
Għaqda Regatta Nazzjonali
It-talbiet għal din l-għajnuna għadhom qed jiġu proċessati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta’din is-sena finanzjarja u jgħid kemm kien id-dħul kull xahar separatament? Kemm kien id-dħul għall-istess xhur matul is-sena li għaddiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-dħul mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena finanzjara kif ukoll id-dħul għall-istess perjodu tas-sena l-oħra kien kif spjegat hawn taħt:
2008
2009
GROSS
REFUNDS
NET
GROSS
REFUNDS
NET
JAN
48,338,736
11,458,989
36,879,747
49,657,590
8,867,384
40,790,206
FEB
32,550,102
7,553,622
24,996,480
28,083,721
8,679,959
19,403,762
MARCH
51,206,025
7,907,839
43,298,186
44,256,259
10,108,633
34,147,626
132,094,863
26,920,450
105,174,413
121,997,570
27,655,976
94,341,594
Żgħażagħ li jinqabdu taħt l-età — postijiet ta' divertiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Jannar 2009 kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età jixorbu l-alkohol jew kienu f’postijiet ta’ divertiment? F’liema lokalitajiet? X’passi ttieħdu? Fl-istess żmien kemm inqabdu żgħażagħ taħt l-età jixtru sigaretti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tlett xhur tal-2009 kien hemm 81 persuna taħt is-sittax il-sena li nstabu mill-Pulizija ġewwa postijiet ta' divertiment f'San Ġiljan u fir-Rabat, Għawdex. B'riżultat ta' dan, il-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti kontra 58 persuna responsabbli mill-postijiet ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żgħażagħ. Filwaqt li matul l-istess perjodu ma kien hemm l-ebda persuna taħt l-eta` li nstabet tikkonsma l-alkoħol, kien hemm każ wieħed ġewwa Ħal Qormi fejn persuna taħt l-eta` instabet tixtri s-sigaretti. Dan il-każ inbdew proċeduri kontra l-bejjiegħ.
permessi biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi minn organizzazzjonijiet varji bħal Awtortità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Gaming Authority eċċ. biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob? F’liema lokalitajiet? Jista’ jgħid x’ser isir biex jkun hemm kontroll strett ħalli jkun żgurat li ma jkunx hemm abbużi? Hemm xi postijiet li m’għandhomx il-permessi kollha? Jekk fl-affermattiv, x’inhu jżomm biex dawn jiġu magħluqa?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Minsitru jgħid x’inhi l-inqas età li fiha persuni jkunu jistgħu jidħlu f’diversi postijiet tal-logħob li allura mhumiex casinos liċenzjati? Inqabdu xi nies li kienu taħt l-età f’dawn il-postijiet f’dawn l-aħħar xhur?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6866, jista' l-Ministrtu jgħid f'kull każ ma' kumpanniji separati x'kien jinkludi l-pakkett maqbul mal-Malta Enterprise mingħajr ma jagħti informazzjoni finanzjarja? Jikkonferma li parti mill-pakkett maqbul hemm ukoll tnaqqis ta' 5% mill-paga gross tal-ħaddiema? Kemm qed ikun il-ħin ta' taħriġ maqbul mall-kumpanniji rispettivi? Fejn u minn min qed jingħata dan it-taħriġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ma nħossx li għandi nisvela dettalji ta’ natura kummerjċali sensittiva fuq l-ebda każ. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ taħriġ maqbul li għandu jingħata jrid jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-ħinijiet ta’ produzzjoni biex b’hekk il-ħaddiema jkunu qed jaħdmu (bit-taħriġ b’kollox) erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Kull kumpanija trid tpoġġi għad-dispożizzjoni, taħriġ lill-impjegati kollha, skond pjan maqbul bejn il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ u l-kumpanija rispettiva. Hemm każijiet fejn kumpaniji għandhom riżorsi u bżonnijiet li jagħmluha faċli li t-taħriġ jingħata minn speċjalisti jaħdmu mal-kumpanija. F’każijiet qed isiru arranġamenti għal trainers imqabbda mill-ETC.
Ma hemm l-ebda ftehim dwar tnaqqis ta’ 5% mill-paga gross, peress li l-Malta Enterprise qed tipprovdi għotja ta’ taħriġ u mhux ħlas ta’ pagi.
Small and Meduim Enterprises — EIB - applikazzjoni għal fondi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern sabiex ikun jista' japplika għall-fondi allokati mill-EIB għall-Small and Medium Enterprises li dan il-fond ilaħħaq madwar €300 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf l-Onor Interpellant li l-fondi li jalloka l-Bank Ewropew għall-Investiment u li għalihom qed jirreferi m’humiex għotja iżda self.
Fil-laqgħa tal-ECOFIN li saret f’Settembru tas-sena l-oħra, il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropeja qablu dwar il-mezzi li kellhom jintużaw biex jikkumbattu l-qagħda ekonomika mwiegħra li għaddejjin minnha. Naturalment, parti mill-istrateġija maqbulha kienet li jkun hemm aktar access għall- kapital għal ażjendi zgħar u ta’ daqs medju minħabba l-għafsa tal-banek kummerċjali fuq is-self. Il-Bank Ewropew għall-Investiment, li hu l-Istituzjoni Finanzjarja tal-Unjoni Ewropeja, irrisponda malajr u bl-aktar mod effikaċi billi żied sostanzjalment il-fondi disponibbli għal self lil dan is-settur tant vitali għall-ekonomiji kollha tal-pajjizi membri. Dan kellu effett immedjat għaliex l-operazzjonijiet ta’ self lil dawn l-azjendi żdiedu bil-kbir madwar l-Ewropa kollha (u hawn wieħed jista’ jgħid li l-kundizzjonijiet u termini li joffri dan il-Bank huma vantaġġużi hafna) meta dawn marru jisselfu jew dirett mill-Bank jew permezz ta’ medjazzjoni ta’ banek oħra kummerċjali.
Bħal f’kull każ ieħor, dan is-self isir bejn il-Bank u s-settur privat bla ebda indħil jew intervent tal-Gvern.
Malta Enterprise — talbiet għall-ftuħ ta’industriji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta’industriji quddiem il-Malta Enterprise bħalissa? Minn min saru u meta saru? Kemm ġew approvati talbiet fl-ewwel tlett xhur ta’din is-sena finanazjarja? Liema kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Marzu 2009, il-Malta Enterprise approvat assistenza lil sitt entrapriżi. Dawn l-intrapriżi applikaw bħala start-up jew biex jespandu, u huma fis-setturi ta’:
· ICT
· Avjazzjoni
· Enginerija
· Elettronika
· Ikel
Bħalissa hemm tmien proġetti li qed jiġu kkonsidrati għall-assistenza bħala
start-up
. Dawn it-tmien proġetti jaqgħu taħt is-setturi msemmija hawn taħt:
· ICT
· Prodotti medicinali, li jinkludu makkinarju
· Enginerija
· Avjazzjoni
· Marittimu
Dawn it-talbiet ġew ippreżentati lil
Malta Enterprise
f’dawn l-aħħar xaharejn. F’ċerti każijiet il-
Malta Enterprise
ma tistax tevalwa l-proġett minħabba nuqqas ta’ informazzjoni. Għal dawn il-każijiet il-
Malta Enterprise
qed titlob iktar informazzjoni mingħand l-applikanti.
Hemm ħames proġetti oħra fis-settur tar-riċiklaġġ li qegħdin jiġu wkoll ikkunsidrati. Dawn ilhom aktar minn xaharejn minħabba illi l-industrija tar-riċiklaġġ tipikament ma għandhiex valur miżjud għoli u għandha bżonn ħafna art. Madanakollu l-
Malta Enterprise
tapprezza l-kontribut li r-riċiklaġġ iġib lis-soċjeta’. Il-kwistjoni li għadha qed tiġi diskussa hija li l-proċessi ta’ l-industrija tar-riċiklaġġ għandhom element ta’ tniġġiż illi jista’ jkun ta’ dannu għal-intrapriżi f’setturi oħra li jkun fl-inħawi tagħhom, bħal l-ikel u l-farmaċewtika. Għaldaqstant biċċa art ġiet riservata għal-intrapriżi fir-riċiklaġġ bħala soluzzjoni.
Wara li xi ġimgħat ilu kien ġie mħabbar li l-proġett ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Taetru Rjal se jinbnew, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx xi kumitat ad hoc u min se jkun responsabbli minn dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-kumitat li twaqqaf jew se jiġi mwaqqaf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proġett qiegħed jiġi mmaniġjat mill-Grand Harbour Regeneration Corporation. Il-konsultazzjonijiet kollha li huma meħtieġa skond il-liġi sejrin jiġu kollha mwettqa fiż-żminijiet meħtieġa.