Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-għoti tal-home help għall-anzjani u persuni b'diżabilità? Kemm minn dawn in-nies qed jgħixu waħedhom u x'etaijiet għandhom?
Jista’ l-Ministru jara li tigi rranġata s-sistema diżastruża li teżisti fl-ispizerija tal-Gvern li tinsab ġewwa Raħal Ġdid fejn il-klijenti żgur li mhux jingħataw servizz kif jixraq? Jista' jgħid ukoll x’inhu jsir minn dawk konċernati ħalli l-azzjonijiet industrijali li ilhom għaddejjin jieqfu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gvern ta’ Raħal Ġdid isiru biss 20 test tad-demm kuljum u dan b’detriment għall-persuni oħra li jkollhom jagħmlu test tad-demm, xi drabi anke urġenti, u jkollhom imorru ġewwa l-isptar Mater Dei? Jaħsibx li dan ma jagħmilx sens meta pazjenti għandhom ifittxu li l-ewwel jinqdew minn poliklinika qabel imorru l-isptar Mater Dei imma f’dawn iċ-ċirkustanzi qed ikunu dawk responsabbli li jibgħatuhom ġewwa l-isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandhux ħażniet ta' second class water għall-użu tiegħu minflok ilma li ġej dirett mill-vit? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min jista' jixtri dan l-ilma għall-użu bħal ngħidu aħna f'toilets eċċ.?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed ikun ikkunsidrat li l-ground tal-football li hemm fl-iskola tal-Junior Lyceum Carlo Diacono fiż-Żejtun ikun żviluppat u rranġat kif ġara fi grounds oħra fi skejjel oħra fosthom dik ta’ Ħal Lija? Tista' tgħid ukoll jekk jistax jiġi kkunsidrat li fl-istess ground ikun hemm arranġamenti fejn it-tmexxija taqa' wkoll fuq min ilu jagħmel użu minnu permezz ta’ arranġamenti li saru anke riċentement f’postijiet oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispazji kollha li hemm fil-Liċeo tal-Bniet iż-Żejtun qed ikunu evalwati sabiex jittieħdu deċiżjonijiet dwar kif l-aħjar jitqassmu dawn l-istess spazji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien maqbul li jsiru toroq f'Wied il-Għajn fil-leġislatura li għaddiet? Kemm saru minn dawn it-toroq? Jista’ jgħid jekk l-Awtorità għandhiex programm ta’ xogħol ta’toroq għal Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk dan il-programm ta’ xogħol ma jeżistix x’inhi r-raġuni li m’hemmx dan il-pjan meta hemm bosta toroq li għandhom bżonn ta’ xogħol kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’riferenza għall-mistoqsija numru 7144 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, jista’ l-Ministru ġentilment iwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsijau cioè: Jista' jgħid kemm hemm kumpanniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati tagħhom? Kemm minnhom ma ħallsuhiex fl-2008? F’liema ammonti? Hemm minn ilu aktar minn sentejn u tliet snin? Meta jiġri dan, l-impjegati huma koperti jekk ikunu jridu jitolbu xi benefiċċju?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn Marzu 2008 sa nofs Mejju 2009, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg investiga 38 każ fejn ġie allegat li l-pagi tal-ħaddiema li kienu għadhom fl-impieg ma kienux tħallsu fid-data li suppost titħallas il-paga.
Informat ukoll li minn dawn it-38 każ, wara l-investigazzjonijiet neċessarji, jirriżulta illi f’21 każ, wara l-intervent tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg, ittieħdet azzjoni mill-prinċipal biex in-tnaqqis relattiv ġie rranġat, f’każ minnhom irriżulta li ma kienx hemm xi tnaqqis fil-pagi minn-naħa tal-prinċipal, filwaqt illi 2 każi tressqu l-Qorti. Il-5 każi l-oħra qegħdin fil-proċess biex jintbagħtu l-Qorti.
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — taħriġ lil industriji li ltaqgħu ma' diffikultajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-taħriġ li qed jingħata lil numru ta’ industriji li ltaqgħu ma’ diffikultajiet hux qed jingħata mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ?
Jista' l-Ministru jgħid il-flus li ngħataw f'għajnuna mill-Malta Enterprise lil numru ta' kumpanniji li sabu ruħhom fid-diffikultajiet tant li kienu qed jaħdmu b'ġimgħa mnaqssa ta' erbat ijiem fil-ġimgħa, minn liema baġit ħarġu? Huwa possibbli li b'mod kumplessiv jgħid kemm huwa dan l-ammont? Jekk le, jista' jagħti l-ismijiet tal-kumpanniji li ġew mgħejjuna?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7546 u jgħid x’inhi l-inqas età li fiha persuni jkunu jistgħu jidħlu f’diversi postijiet tal-logħob li allura mhumiex casinos liċenzjati? Inqabdu xi nies li kienu taħt l-età f’dawn il-postijiet f’dawn l-aħħar xhur?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
permessi biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7545 u jgħid kemm inħarġu permessi minn organizzazzjonijiet varji bħal Awtortità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, Gaming Authority eċċ. biex jinfetħu postijiet għall-kaxxi tal-logħob? F’liema lokalitajiet? Jista’ jgħid x’ser isir biex jkun hemm kontroll strett ħalli jkun żgurat li ma jkunx hemm abbużi? Hemm xi postijiet li m’għandhomx il-permessi kollha? Jekk fl-affermattiv, x’inhu jżomm biex dawn jiġu magħluqa?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7248 u 6873 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jiġix ikkonsultat dwar permessi li jinħarġu marbuta ma’ gambling u ħwienet li fetħu u qed jiftħu f’postijiet ċentrali bħal pjazez u toroq ċentrali f’diversi rħula u bliet madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll teżistix xi policy marbuta ma’ dan it-tip ta’ logħob u gambling?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7437, 7245, 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni jonqos tinġabar, u minn fejn, sabiex jiġu mwieġba mistoqsijiet parlamentari 7250 u 6006 u cioè: B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-WSC ħarġet sejħa waħda għall-offerti sabiex tissaħħaħ il-pumping station tax-Xgħajra sabiex din tkun tiflaħ għall-volum iktar qawwi ta’ drenaġġ li huwa mistenni b’riżultat tal-iżvilupp fi Smart City. Din is-sejħa għall-offerti ma ngħatatx.
Min-naħa tal-Enemalta ninsab infurmat li nħarġu żewġ sejħiet għall-offerti, waħda għat-tħaffir ta’ mina minn Wied il-Għajn sar-Rikażli għal valur li huwa stmat li jkun ta’ €3 miljuni. Dan il-kuntratt ingħata lil Rockcut Ltd.
L-offerta l-oħra maħruġa mill-Enemalta tikkonċerna it-tqegħid fi trinek ta’ żewġ 11kV cables bejn Ħaż-Żabbar u r-Rikażoli sabiex tissaħħaħ il-provvista ta’ elettriku. Il-valur totali ta’ dawn ix-xogħlijiet huwa stmat li jiswa madwar €815,000 li bejn wieħed u ieħor huma maqsuma f’€515,000 bħala xogħol ta’ trinek u tqegħid li ngħata lill-kuntrattur li rebaħ is-sejħa għall-offerti u li huwa s-Sur Anthony Aquilina u €300,000 l-oħra f’materjal li jinxtara mill-Enemalta taħt numru ta’ period contracts li l-istess Enemalta kienet għamlet preċedentement taħt sejħa għall-offerti separata u kif approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7537 u cioè: Jikkonferma l-Ministru li meta tinbiegħ dar u l-bejjiegħ jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta jieħu l-aħħar qari tal-konsum u jitniżżel l-isem tax-xerrej biex l-kontijiet jibdew jintbagħtu f’ismu, irid jintbgħat il-kuntratt ta’ bejgħ lill-Korporazzjoni Enemalta? Ma jaħsibx li m’hemmx bżonn li affarijiet li jkun personali jintbagħtu lil entità pubblika? Għaliex meta jkun hemm każ bħal dan ma ssirx karta ġuramentata u din tkun aċċetatta mill-Korporazzjoni Enemalta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in konsegwenza tal-Avviż ta’ Infurzar bir-riferenza ECF 214/09 li nħareġ kontra s-sid talli inbidel l’użu ta’ l-art bħala post fejn kien qiegħed jiġi pparkjat trakk kif ukoll twaħħil ta’ xatba mingħajr permess, ninsab infurmat illi din il-vettura issa tneħħiet mill-post u x-xatba inqalet mis-sid. Għaldaqstant m’hemmx lok t’iżjed infurzar minn naħa tal-Awtorità għalkemm is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat sakemm ikun aċċertat illi l-ksur tal-liġi twaqqaf kompletament.
L-Awtorità l-oħra kompetenti hija d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u possibilment l-Enemalta Diviżjoni Gass li jirregolaw it-traġitt taċ-ċilindri tal-gass.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentariu 6592 u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iżvilupp imsemmi u fiex jikkonsisti? Jista’ jgħid ukoll liema hija l-awtorità kompetenti li ssemmiet fl-aħħar parti tat-tweġiba, minħabba li s-sitwazzjoni kompliet teħżien u mhux titjieb?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6592.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm kumpanniji li l-Gvern qed jgħin għaliex kienu f’diffikultajiet minħabba r-riċessjoni? Kemm kienet l-għajnuna finanzjarja totali u/jew għajnuniet oħra li ngħataw lil dawn l-azjendi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8236.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm premijiet fil-Lottu ta’nhar ta’ Sibt u fis-Super Five separatament li ma nġabrux mir-rebbieħa fl-ewwel erba' xhur ta’din is-sena? Jista' jgħid jekk dawn kollha marrux fil-fond tal-kawżi ġusti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-ammont ta’ premjijiet fi flus li ma ġewx miġbura fil-Lottu hu ta €70,653.32; filwaqt li dak tas-Super 5 hu ta’ €80,542.76. Dawn il-figuri huma miġbura sal-31 ta’ Marzu 2009 għar-raġuni li ż-żmien tat-tisrif tal-biljetti rebbieħa f’dawn il-logħbiet huwa ta’ 30 ġurnata mid-data tat-tlugħ. Għaldaqstant għad fadal xi biljetti rebbieħa li intlagħbu matul April li jistgħu jiġu msarrfa.
Skond l-Att ta’ l-2001 dwar Lotteriji u Loghob ieħor, id-detentur ta’ liċenzja għal-Lotteriji Nazzjonali hu obbligat li jħallas lill-Awtorità tal-Lotteriji u logħob ieħor kull ammont ta’ rebħ li jibqa’ mhux imsarraf darbtejn f’sena: fil-31 ta’ Mejju u fit-30 ta’ Novembru. Għalhekk, il-figuri mogħtija hawn fuq għadhom ma ġewx akkreditati fil-Fond ta’ riserva għall-Premjijiet mhux mitluba u sussegwement fil-Fond tal-Kawżi Ġusti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7266 u 5999 u jgħid meta huwa maħsub li jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-Awtorità dwar it-Trasport u f'liema prijorità tinsab din it-triq li tinsab fil-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.