Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9487 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Fabbriki

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9000 u jgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Għawdex — esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9001 u jgħid kemm ġie esportat fi flus minn fabbriki li qed joperaw f’Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu l-ammonti fl-istess żmien f’2007 u 2008 separatament? Liema prodotti ġew esportati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Dħul ta' VAT — statistika

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm daħħal VAT il-gvern fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kemm kien id-dħul minn fuq servizzi differenti bħall-edukazzjoni, l-manifattura u setturi oħra? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kien id-dħul minn kull servizz separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-VAT matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien kif spjegat hawn taħt: MONTH GROSS REFUNDS NET REVENUE JAN €49,657,590 €8,867,384 €40,790,206 FEB €28,083,721 €8,679,959 €19,403,762 MARCH €44,256,259 €10,108,633 €34,147,626 APRIL €47,994,486 €195,564 €47,798,922 TOTALS €169,992,056 €27,851540 €142,140,516 Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu kif qed jitlob l-istess Interpellant.
Leg 11 PQ #9013 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — wax therapy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun hemm xemgħa fl-Isptar Mater Dei ħalli tkun tista' ssir dik li tissejjaħ wax therapy? Jikkonferma li l-Isptar Mater Dei ilu żmien f’din is-sitwazzjoni li qed tkun ta’ detriment għal dawk li għandhom bżonn din it-tip ta’ terapija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Żejtun — Misraħ Karmnu Grima - problema fis-servizzi tal-ilma

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid jekk hux minnu jew le li f'Misraħ Karmnu Grima fiż-Żejtun għandhom xi problema fis-servizz tal-ilma? Jekk fl-affermattiv x’inhi din il-problema u meta huwa maħsub li tissewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9119 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet? Kemm minn dawn il-każijiet il-ġudikatura ħarġet Ordni tat-Trażżin, Ordni ta' Protezzjoni, Ordni ta' Trattament u/jew Ordni ta' Restrizzjoni? Kemm kien hemm każijiet fejn l-aggressuri m'obdewx dawn l-ordnijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2008 kien hemm 719 persuna li tressqu l-Qorti fuq każijiet relatati ma vjolenza domestika. Rigward it-tieni u l-aħħar domandi, ninforma lill-Onorevoli Membru li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9122 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — Ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża ta' kull ikla li tiġi ppreparata fl-Adult Training Centres? Kemm qed jiġi ppreparat ikel kuljum f'kull Adult Training Centre? Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-menu ta' l-ikel ipprovdut illum mill-Aġenzija Sapport? X'użu qiegħed isir mill-kċina l-kbira li hemm fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9125 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu minħabba t-tipjip

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament, li mietu direttament jew indirettament minħabba t-tipjip fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena? Kemm mietu fl-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9134 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

korsijiet għan-nies li jridu jieqfu jpejpu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema Ċentri tas-Saħħa jew postijiet oħra qed isiru korsijiet għan-nies li jridu jieqfu milli jpejpu? Kemm persuni qed jattendu dawn il-korsijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew fl-2007 u fl-2008? Kemm hemm nies li kellhom suċċess u ma baqgħux ipejpu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li preżenement il-korsijiet għan-nies li jridu jieqfu mit-tipjip qed jiġu evalwati.Għaldaqstant bħal issa ma hemmx ċentri tas-saħħa jew postijiet oħra li qegħdin jintużaw għal dan il-għan. Informat ukoll li matul is-sena 2008 kien hemm 6 klassijiet b’parteċepazzjoni ta’ 96 persuna li fosthom 24 waqfu mit tipjip u matul is-sena 2007 kien hemm 9 klassijiet b’partecepazzjoni ta’ 123 persuna li fosthom 30 waqfu mit-tipjip.
Leg 11 PQ #9007 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Foster Carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-etajiet tal-foster carers li qed jieħdu ħsieb it-tfal li m’humiex tagħhom? Kemm hemm foster carers li t-tfal li kienu jieħdu ħsiebhom issa għalqu aktar minn 18-il sena u għadhom jgħixu fl-istess dar tal-foster carers? X'tip ta' għajnuna dawn il-foster carers qed jirċievu jew jistgħu jirċievu mingħand l-Aġenzija Appoġġ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-etajiet tal-foster carers ivarjaw minn 29 sena sa 73 sena. F’dan l-aħħar 12-il sena 31 żgħażugħ għadhom qed jgħixu mal-foster carers wara li għalqu it-18-il sena filwaqt li kien hemm 30 żgħażagħ li għażlu li jgħixu ħajja ndipendenti jew li marru lura mal-familja oriġinali tagħhom. l-aġenzija Appoġġ toffri servizzi ta’għajnuna varji lill- Foster carers li jinkludu: superviżjoni minn Social Workers , taħriġ t’inizjazjoni u taħriġ kontinwu, mogħti kemm minn għalliema lokali kif ukoll barranin (e.g. IFCO Conference), Servizzi psikoloġiċi, Terapija tal-Familja, servizzi ta’ pediatrician, gruppi ta’ support, servizz ta’librerija għal referenza (kotba u DVDs). Il-Gvern joffri ukoll support finanzjarju biċ- Child in Care Benefit li jammonta għal Eu40.
Leg 11 PQ #9008 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — rwolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Min huma l-membri ta' din il-Kummissjoni? X'attivitajiet wettqet matul is-sena l-oħra? Kemm għandha fondi allokati biex twettaq l-attivitajiet tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mużewijiet — prezzijiet tad-dħul

Question

Tista’ l-Ministru tgħid issa li l-Gvern ħabbar żieda kbira fil-prezzijiet tad-dħul fil-mużewijiet, xi wħud aktar mid-doppju, kif dawn jistgħu jiġu ġġustifikati anke f’dan iż-żmien fejn it-turiżmu naqas u l-maġġoranza tal-poplu Malti ma jiflaħx iħallas spejjeż li jistgħu jitqiesu mhux daqshekk utli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wieħed mhux korrett meta jgħid li tħabbret żieda kbira fil-prezzijiet tad-dħul fil-mużewijiet. L-ewwel u qabel kollox irid jingħad li l-prezzijiet kienu baxxi ħafna u kien ilhom ma jiżdiedu mis-sena 2003, minkejja l-fatt li sar ħafna xogħol u investiment f’dawn l-aħħar snin f’uħud minnhom. Veru li hemm mużewijiet li raw żieda fil-prezz, fil-maġġoranza minn 2.33 Euro għal 5 Euro, imma hemm mużewijiet u siti storiċi li, issa li qed joħrog biljett kollettiv, qed jaraw roħs fil-prezz tagħhom. Għandna siti storiċi u mużewijiet li huma uniċi u t-turisti li jiġu pajjizna jafu sew li prezzijiet f’pajjizi oħra huma ogħla minn tagħna. Ir-residenti Maltin għandhom numru ta’ miżuri mfassla speċifikament biex jgħinu l-aċċessibilita’ finanzjarja. Fost dawn hemm il-miżura fejn ikun hemm dħul bla ħlas f’numru ta’ okkazjonijiet, kif ukoll biljetti u memberships b’rati speċjali. Iż-żieda fid-dħul tal-Ipoġew hi l-unika waħda li tista tissejjaħ kbira u din toħroġ mill-fatt li hawn għandna sit uniku li jeħtieġ manutenzjoni kbira u hemm talba qawwija mingħand viżitaturi li jiġu Malta speċifikament biex iżuru dan is-sit.

Żjarat tat-tfal tal-iskola — dħul b'xej

Question

Wara ż-żieda fil-prezzijiet imħabbra mill-gvern, li tinkludi wkoll tabella għall-prezzijiet tad-dħul għal etajiet varji ta’ tfal, tikkonferma l-Ministru li żjajjar minn tfal tal-iskola se jibqgħu b’xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iva, nikkonferma li żjajjar organizzati għal gruppi ta’ tfal tal-iskola ser jibqgħu b’xejn.

Mużewijiet — numru ta' persuni - żjarat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li żaru l-mużewijiet u siti storici f’Malta u Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu żaruhom nies matul is-sena li għaddiet fl-istess perijodu? Kemm f’kull każ kienu tfal tal-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ persuni li żaru il-mużewijiet u siti storiċi f’Malta u Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena huwa ta’ 285,086. In-numru ta’ persuni li żaru l-istess mużewijiet u siti storiċi matul l-istess perjodu tas-sena 2008 huwa ta’ 297,679. In-numru ta’ tfal tal-iskola li żaru il-mużewijiet u siti storiċi fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien ta’ 9,955, filwaqt li matul l-istess perjodu tas-sena 2008, in-numru kien ta’ 8599.

Kumpanniji / persuni biex jiġbru l-Eko Taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jew kumpanniji li huma reġistrati li suppost jiġbru jew iħallsu l-eko taxxa lill-Gvern? Jista’ jgħid x’kontroll jagħmel id-dipartiment konċernat ħalli jassigura li ma jsirux abbużi? Kemm inqabdu dawk li suppost kienu qed jiġbri l-eko taxxa iżda ma kinux reġistrati minn meta ddaħħlet din it-taxxa sal-lum? Isiru spezzjonijiet? Jekk fl-affermattiv kemm hemm persuni inkarigati minn dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dħul ta' VAT — statistika

Question

Jista’ l-Minsitru jgħid kemm daħħal VAT il-gvern fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar kemm kien id-dħul minn fuq servizzi differenti bħall-edukazzjoni, l-manifattura u setturi oħra? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kien id-dħul minn kull servizz separatament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9000 Sitting 121 2009-06-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — Fabbriki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Għawdex — esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie esportat fi flus minn fabbriki li qed joperaw f’Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu l-ammonti fl-istess żmien f’2007 u 2008 separatament? Liema prodotti ġew esportati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Flus fuq toroq prinċipali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanazjarja kemm intnefqu flus f’toroq prinċipali li huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali u mhux minħabba l-emerġenza tal-maltemp, li ngħataw it-tarmac jew inbnew mill-ġdid? F’liema lokalitajiet kienu u kemm intnefaq f’kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Flus fuq toroq ta' żoni industrijali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena finanzjarja kemm intnefqu flus f’toroq li jifformaw parti minn żoni industrijali? F’liema żoni saru? Meta saru? X’hemm ipproġettat għall-bqija ta’din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.