Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9488 u 9001 u jgħid kemm ġie esportat fi flus minn fabbriki li qed joperaw f’Għawdex fl-ewwel erba’ xhur ta’din is-sena? Kemm kienu l-ammonti fl-istess żmien f’2007 u 2008 separatament? Liema prodotti ġew esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9001.
Leg 11 PQ #9667 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm studenti mill-Iskejjel Speċjali li se jiġu trasferiti fl-Adult Training Centres meta dawn jispiċċaw mill-iskola f'Lulju? Se jiġu ingaġġati aktar support workers biex ix-xogħol fiċ-Ċentri jimxi kif suppost? Jekk se jidħlu studenti ġodda, x'tip ta' transizzjoni saret mill-Aġenzija Sapport biex dawn l-istudenti jintegraw ruħhom b'mod professjonali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9668 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Quality Service Charters

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25966 tal-5 ta' Mejju 2007, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, għandhiex issa l-Quality Services Charters għal kull servizz li hija responsabbli tiegħu? Jekk le, jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu li huwa ta' detriment kbir għall-benefiċċjarji ta' dawn is-servizzi?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, bħala parti mill-process li tfassal Quality Service Charter għas-Servizzi tagħha, qegħda tieħu dawn il-miżuri li huma li jiġu ‘reviewed’ u finaliżati fil Procedures Manuals rispettivi ta’ kull servizz. F’dan il-proċess il-Fondazzjoni qegħda tevalwa wkoll minn liema servizzi ta’ l-Aġenzija APPOĠĠ għandha tibda tfassal il-Quality Service Charter, minħabba li l-Agenzija toffri madwar 30 servizz differenti. Dan sabiex jiġi assigurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw bl-aktar mod effettiv għall-ġid tal-klijent. Madankollu tajjeb li wieħed isemmi li gie mfassal dokument biex jinghata lil klijenti dwar id-drittijiet taghhom. Dan fil-fatt qiegħed fl-aħħar fażi u qed jiġi zviluppat kodiċi ta' kondotta bhala parti minn dan il-proċess.
Leg 11 PQ #9680 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu minħabba t-tipjip

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9494 u 9125 u jagħti n-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament, li mietu direttament jew indirettament minħabba t-tipjip fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena? Kemm mietu fl-2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9681 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — rwolijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9493 u 9008 u jgħid x'inhuwa r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Min huma l-membri ta' din il-Kummissjoni? X'attivitajiet wettqet matul is-sena l-oħra? Kemm għandha fondi allokati biex twettaq l-attivitajiet tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Investigazzjoni fuq ristortanti

Question

Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam impurtat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9661.

Investigazzjoni fuq ristortanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8998 u jgħid: Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam importat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9661.
Leg 11 PQ #9653 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Postijiet tad-divertiment — Tfal taħt is-16-il sena

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9142, jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal taħt is-16–il sena hux xorta se jibqgħu jitħallew jidħlu f’postijiet ta’divertiment, bars eċċ. fejn jiġi servut l-alkoħol għalkemm ma jistgħux jikkonsmawh? Ma jaħsibx li din mhix ħaġa flokha u aktar tagħti lok għal abbuż? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu passi kontra sidien li fil-post tagħhom tħallew li jsir it-tipjip?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Preżentament qed issir evalwazzjoni tal-posizzjoni legali fid-diversi disposizzjonijiet li jeżistu fuq s-suġġett ai termini ta' dak li ngħad fid-domanda numru 9142. Kif diġa' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9654, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 3 sidien ta' stabbilimenti fejn ħallew li jsir it-tipjip.
Leg 11 PQ #9654 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Nies li nqabdu jpejpu f'postijiet tad-divertiment

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9136, jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il post ta’ divertiment inqabdu jpejpu l-1387 persuna u kontra kemm–il sid ittieħdu proċeduri fil-Qorti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Kif diga' spjegajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 9136, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 3 sidien ta' stabbilimenti f'diversi lokalitajiet. Ninsab infurmat illi t-tagħrif daqshekk dettaljat dwar in-numru ta' dawn l-istabbilimenti, mitlub mill-Onorevoli Membru, ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #9655 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Reati konnessi ma' pedofelija

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) Kemm ittellgħu persuni l-Qorti fuq reati konnessi ma' pedofelija fis-snin 2006, 2007 u 2008? 2) X'weħlu f'kull każ il-kriminali li ttellgħu l-Qorti u nstabu ħatja? 3) Meta se jiġi ippubblikat (jew le) il- Paedophile Register wara li issa ilhom snin sħaħ jiġu eżaminati mill-esperti tal-Gvern rapporti li jindagaw x'isir f'pajjiżi oħra f'dan ir-rigward?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2006 kien hemm 38 persuna li tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ abbuż sesswali fuq minorenni, filwaqt li matul l-2007 u l-2008 tressqu l-Qorti 45 u 42 persuna rispettivament . Dawk li kellhom il-każ tagħhom deċiż u s-sentenzi mogħtija kienu kif ġej: Sentenza 2006 2007 2008 Priġunerija 5 3 1 Sentenza sospiża 7 2 2 Probation 1 - 1 Liberati 1 - - Proċediment eżawrit (l-imputat miet) 1 1 - Il-kumplament tal-każi għadhom pendenti quddiem il-Qorti. Għar-rigward it-tielet domanda l-preparazzjoni tal-abbozz ta' Liġi relattiva għar-reġistru ta' reati gravi, ninsab infurmat li waslu fl-aħħar stadji.
Leg 11 PQ #9657 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — kjuwijiet għall-mediċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9483 u 8993 u jara li ssir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Belt Valletta — pjan għar-riġenerazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li minħabba d-direttivi mogħtija mill-Unjon tal-Periti, rigward informazzjoni relatata ma’ Mistoqsijiet Parlamentari jinħtieġ iktar żmien biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Investigazzjoni fuq ristortanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9486 u 8998 u cioè: Peress li fid-diskors tiegħu lill-kunsill ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tal-Ħadd 17 ta’ Mejju l-Ministru qal li jrid jinvestiga għaliex il-prezzijiet fir-ristoranti għolew bi kwazi 12 % f’xahar u dan minn Marzu sa April 2009, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif se jinvestiga? Huwa konxju li l-prezzijiet fir-ristoranti jistgħu jirriflettu l-għoli fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, ż-żieda fil-prezz tal-laħam importat kif ukoll ħwejjeg oħra li ilhom jogħlew għal xhur sħaħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpelaant illi f’April, l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet indika li kien hemm żieda ta’ 11.7 fil-mija fl-indiċi tar-restoranti u l-lukandi. Jekk wieħed janalizza dan l-indiċi aktar fid-dettal isib li din iż-żieda hija primarjament dovuta għall-lukandi. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika diġa kellu laqgħat ma’ l-MHRA biex jispjega l-metodoloġija li ntuzat biex jinħadem dan l-indiċi, liema metodoloġija ilha fis-seħħ għal ħafna snin. L-NSO ukoll għamel studju fejn qabbel ir-rack rates ma’ l-average achieved room rates u jirriżulta li t-trends huma l-istess. Meta ġew imqabbla l-prezzijiet ta’ April fuq dawk ta’ Marzu kienu biss ħames ristoranti li kellhom żieda fil-prezzijiet. Din iż-żieda tvarja bejn 0.12 sa 10.02 fil-mija. Minn analiżi li għamel id-Direttorat ta’ l-Infurzar fuq dawn il-prezzijiet miġbura minn 67 ristorant, jirriżulta li kien hemm żieda fil-prezzijiet ta’ 0.3 fil-mija.
Leg 11 PQ #9647 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bouncers — liċenzji tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk biex persuna taħdem ta' bouncer fi stabbilimenti ta' divertiment għandux bżonn ta' liċenzja tal-pulizija? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol? Jista' jara li dawk li jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol jiġu ċċekkjati dwar il-liċenzja tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sakemm il-persuna li taħdem bħala bouncer tkun impjegata ma' bars u nightclubs, ma tenħtieġx liċenzja sabiex tagħmel dan ix-xogħol. Pero' jekk dan is-servizz ikun qiegħed jiġi provdut minn xi persuna mhux hekk impjegata tal-istabiliment, din il-persuna irid ikollha liċenzja ta' Gwardjan Privat. Il-Ministeru qiegħed fil-proċess sabiex jintroduċi sistema ta’ liċenzjar għall- bouncers fl-istabilimenti imsemijja, sabiex is-settur tal-gwardjani privati jkun regolat b’mod aktar komprensiv.
Leg 11 PQ #9648 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bini tad-Djar u Flats

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li se jinbnew djar jew flats mid-Dipartiment tad-Djar din is-sena? F’liema lokalitajiet? Kemm bena kull sena mill-2004 'l hawn u f’liema lokalitajiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Divizzjoni tal-Edukazzjoni — miżati

Question

Tista l-Ministru tgħid jekk id-Divizzjoni tal-Edukazzjoni rċevitx informazzjoni minn skejjel indipendenti biex jgħollu l-miżati għas-sena skolastikà li jmiss? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid liema huma l-iskejjel, kemm kienu l-miżati u kemm se jkunu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sal-lum hemm skola indipendenti waħda li nfurmat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport fir-rigward ta’ żieda fil-miżati għas-sena skolastika 2009 – 2010 skont kif titlob il-liġi. L-iskola hija Little Angels School li l-miżata tagħha għall-2008/2009 kienet ta’ € 340 għal kull student kull term u li għas-sena skolastika 2009/2010 ser tkun € 450 kull term.
Leg 11 PQ #9650 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Xiri ta' postijiet mingħand il-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mill-2004 kemm-il inkwilin xtara l-post tiegħu mingħand l-Awtorità tad-Djar? Kemm daħħal il-Gvern kull sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi matul is-snin 2004 sal-lum, il-bejgħ ta’ residenzi mill-Awtorita’ tad-Djar lill-inkwilini kien hekk:- SENA NUMRU TA’ INKWILINI AMMONT IM}ALLAS LILL-AWTORITA’ TAD-DJAR 2004 40 € 963, 964.57 2005 76 € 2,234,567.87 2006 94 € 2,668,588.42 2007 83 € 2,705,387.22 2008 41 € 1,634,786.75 2009 (Till 17th June) 5 € 327,975.80

Skejjel li jgħallmu l-ingliż

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm hemm skejjel liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? Hemm talbiet pendenti? Jekk iva, tista' tgħid min applika, meta u f'liema lokalità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent hemm 51 skola liċenzjata biex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin. Hemm talba waħda pendenti. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba ma nħossx li għandi nagħtiha minħabba raġuni ta’ kunfidenzjalità.
Leg 11 PQ #9652 Sitting 132 2009-06-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Familji li jkunu ta' host għal studenti barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm familji liċenzjati biex ikunu jistgħu jagħmluha ta' host families għal studenti barranin? Kemm kienu hekk liċenzjati fil-31 ta' Diċembru 2008? Kemm ġeddew il-liċenzji tagħhom minn dak iż-żmien 'il hawn? Kemm kien hemm familji li applikaw l-ewwel darba mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena sas-16 ta’ Ġunju 2009, 1037 familja ġew illiċenzjati bħala host family, li 138 minnhom applikaw għall-ewwel darba din is-sena u l-kumplament 899 ġeddew il-liċenzja tagħhom. Sal-31 ta’ Diċembru 2008 kien hemm 1398 familja liċenzjati bħala host family.

Kumpanniji / persuni biex jiġbru l-Eko Taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jew kumpanniji li huma reġistrati li suppost jiġbru jew iħallsu l-eko taxxa lill-Gvern? Jista’ jgħid x’kontroll jagħmel id-dipartiment konċernat ħalli jassigura li ma jsirux abbużi? Kemm inqabdu dawk li suppost kienu qed jiġbri l-eko taxxa iżda ma kinux reġistrati minn meta ddaħħlet din it-taxxa sal-lum? Isiru spezzjonijiet? Jekk fl-affermattiv kemm hemm persuni inkarigati minn dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sal-lum hemm elf tmien mija u tlettax (1,813) -il persuna jew kumpaniji li huma reġistrati għall-fini ta’ l-Eko Kontribuzzjoni. Id-Dipartiment tal-VAT jagħmel spezzjonijiet kontinwi fil-postijiet tan-negozju kif ukoll jitlob u jispezzjona l-kotba tan-negozji biex jassigura li min hu dovut jiġbor u jħallas l-Eko Kontribuzzjoni jagħmel dan f’waqtu. Id-Dipartiment tal-VAT ma jżommx rekord ta’ kemm persuni ikunu mġiegħla mid-Dipartiment stess sabiex jirreġistraw. Pero’, każijiet bħal dawn ikun hemm madwar ħamsa fil-ġimgħa. Sitt persuni oħra naqqsu li jobdu lid-Dipartiment u jirreġistraw minn jeddhom u għaldaqstant, id-Dipartiment tal-VAT, bħala l-Awtorità Kompetenti, għamlilhom reġistrazzjoni forzata skond il-liġi. Spezzjonijiet isiru regolarment u d-dipartiment għandu tmien spetturi li jispezzjonaw negozji matul il-ġranet tal-ġimgħa sabiex jassiguraw li l-obbligi li jitolbu l-liġijiet tal-VAT u ta’ l-Eko Kontribuzzjoni jiġu osservati. Barra minn dawn hemm tliet spetturi oħra li huma dettaljati biex jagħmlu xogħol speċifikament full-time fuq l-Eko Kontribuzzjoni.