Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-MCAST matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltese
Non-Maltese
EU
Non-EU
Full Time
6,416
1,055
390
12
Part Time
727
87
24
2
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-ITS matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-ITS?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 763 student li qed jattendu l-ITS matul din is-sena akkademika, maqsumim kif jidher hawn taħt:
Maltin 506
Mill-Unjoni Ewropea (UE) 54
Minn barra l-UE 203*
* (jinkludi stati Ewropej bħas-Serbja iżda prinċipalment minn kontinenti oħra)
L-ITS għandu wkoll 100 student fil-kampus satellita tiegħu fiċ-Ċina.
L-istudenti li qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-ITS, huma kif jidher hawn taħt:
101 student li qed isegwu kors full-time
116 -il student li qed isegwu kors part-time (eż. MBA p/t)
100 student li jattendu l-kampus satellita tiegħu fiċ-Ċina.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-MCAST matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Università ta’ Malta matul din is-sena akkademika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti li mhumiex ċittadini Maltin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea (UE), u kemm huma minn barra l-UE? Kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu għall-kors tagħhom fl-università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Studenti Maltin
Studenti mill-UE
Studenti mhux mill-UE
9,909
1,244
1,188
Tista’ l-Ministru tgħid jekk pompa li hemm ġewwa Smart City lejn in-naħa tax-Xgħajra, taqax taħt xi entità li tinsab fil-Ministeru tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista’ tara jekk hemmx bżonn ta’ xi manutenzjoni minħabba li l-ħsejjes li tagħmel qed ikunu ta’ inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Smart City hija żona privata u għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandha l-ebda infrastruttura minn tagħha ġewwa ż-żona.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm arbitraġġi li ilhom pendenti għal sena, tliet snin u aktar minn tliet snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi pendenti għal perjodu ta' sena hemm 186, pendenti gaħ tliet snin hemm 145 u pendenti għal iktar minn tliet snin hemm 200.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbdew arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġi ta’ Malta bejn l-2022 sal-2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew konklużi arbitraġġi fl-istess snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant bl-informazzjoni mitluba, hekk kif miġbura sal-aħħar t’Awwissu 2025:
Sena 2022 - inbdew 238 u ġew deċiżi 190
Sena 2023 - inbdew 283 u ġew deċiżi 209
Sena 2024 - inbdew 248 u ġew deċiżi 222
Sena 2025 (sal-31 t' Awwissu) - inbdew 190 u ġew deċiżi 95
Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta - Medjazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru medjazzjonijiet fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li mill-2022 sal-24 ta’ Settembru tal-2025 saru total ta’ 42 medjazzjoni fiċ-Ċentru tal-Medjazzjonijiet, kif jidhru hawn taħt maqsumin sena b' sena.
2022 - 9
2023 - 13
2024 - 11
2025 sa' Settembru - 9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbdew medjazzjonijiet fil-Qorti tal-Familja fis-snin 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew konklużi medjazzjonijiet fl-istess snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni biex pompa tal-petrol li tinsab fi pjazza f’Birżebbuġa, tiġi trasferita għal art f’Ħal Far?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni PA 4743/25 qed tipproponi 'Proposed new fuel service station with Class 4B outlet and car wash facilities in lieu of fuel station as approved in PA4578/15 currently located on another site'. Din l-applikazzjoni qed tiġi pproċessata.
Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Blokok ta’ appartamenti - Liftijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm blokok ta’ appartamenti fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun? Minn dawn il-blokok, kemm minnhom diġà għandhom lift u kemm minn dawk li m’għandhomx, se jkollhom lift fiż-żmien qarib? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-blokok ta’ appartamenti li fiż-żmien li ġej se jkollhom lift u meta hu maħsub li fil-blokok l-oħra jiġi installat lift fihom ukoll?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern ta’ Żejtun, f’Ħal Tmin, hemm sittax-il blokka, minnhom sitta diġà mgħammra bl-lift. Applikazzjonijiet attivi taħt is-skema LFT bħalissa hemm tnejn; lift wieħed ippjanat li jiġi installat din is-sena, u l-ieħor ippjanat għas-sena 2026. L-Awtorità tad-Djar tinstalla liftijiet biss meta jkun hemm interess mir-residenti u tiġi sottomessa applikazzjoni formali min-naħa tagħhom.
Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Xogħol ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jsir xogħol ta’ tiswija u titjib fuq il-blokok ta’ appartamenti fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika meta mistenni jibda dan ix-xogħol? Jekk le, jista’ l-Ministru jikkunsidra li dan ix-xogħol jiġi kkunsidrat anke fid-dawl tal-fatt li wħud minn dawn il-blokok jidhru li jinsabu f’kundizzjoni li teħtieġ attenzjoni partikolari minħabba l-ħsarat li għandhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2019 u l-2020, ġew esegwiti diversi proġetti ta’ manutenzjoni fuq il-blokok kollha f’Ħal Tmin. Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu tiswijiet fuq il-bjut kif ukoll interventi fuq il-partijiet komuni tal-binjiet, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-inħawi u tiġi indirizzata kwalunkwe ħsara strutturali li kienet teżisti dak iż-żmien. Il-programmi ta’ tiswijiet u manutenzjoni jsiru b’mod ippjanat fuq medda ta’ snin, abbażi ta’ valutazzjoni teknika tal-bżonnijiet u tal-prijoritajiet identifikati mit-team tekniku fi ħdan l-Awtorità.
Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Tisbiħ tas-soft areas u l-partijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-soft areas u l-partijiet pubbliċi li jinsabu fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun, jaqgħux taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħu, biex dawn jiġu rranġati u msebbħa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-soft areas li jinsabu fil-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun ma jaqgħux kollha taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli. Dawn is-soft areas jew jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tad-Djar, jew inkella ġew mibjugħa lil-privat.
Iż-Żejtun — Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin - Magni tas-sistema tal-BCRS
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux possibbli li fiż-żona tal-Qasam tad-Djar ta’ Ħal Tmin fiż-Żejtun, ikun hemm xi magni tas-sistema tal-BCRS?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-Żejtun hemm Hub pubbliku u żewġ RVM Hubs fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut. Bħalissa, m’hemmx pjanijiet biex jiġu installati RVMs addizzjonali fiż-żona msemmija, madankollu, tajjeb li nsemmu li fi żmien mhux 'il bogħod, se jibda jopera s-servizz ‘door to door mobile RVMs’ għall-persuni ta’ 60 sena u aktar.
Iż-Żejtun — Triq il-Kastellan li tmiss ma’ Triq id-Daħla ta’ San Tumas - Tabelli “one way”
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tal-entità kompetenti, jgħid x’inhu s-sens li triq pubblika jew parti minnha, għandha tabelli “one way” fuq iż-żewġ naħat, u għaldaqstant il-karozzi m’għandhomx aċċess għal Triq il-Kastellan, li tmiss ma’ Triq id-Daħla ta’ San Tumas fiż-Żejtun?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu assistenza minn servizz.gov mis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-aktar servizzi prevalenti li ġew mitluba?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Sena
Telefonati
Emails
Walk-Ins
2023
863,126
86,192
287,580
2024
1,128,509
107,115
333,105
2025( sal-lum)
391,631
51,196
131,862
L-aktar servizzi prevalenti li ġew mitluba kienu materji rigward tassazzjoni, pensjoni tal-irtirar u benefiċċji tal-mard.
Miżuri kontra periklu minn blat li jista’ jaqa’ f’żoni fil-kosta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mid-dipartiment konċernat biex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ żoni li huma partikolarment frekwentati fis-sajf, fejn ħafna blat mill-kosta fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jaqa’, speċjalment bejn Marsaxlokk u Wied il-Għajn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi installa madwar 160 tabella f’21 sit differenti madwar il-kosta ta’ Malta sabiex jinforma lill-pubbliku bil-periklu ta’ blat li jista’ jċedi. F’diversi nħawi hemm ukoll installat fence sabiex jillimita l-aċċess għal żoni li huma ta’ riskju għoli.
Fil-bajja ta’ St Peter’s Pool, fl-inħawi ta’ Delimara, id-Dipartiment wettaq diversi interventi bl-installazzjoni ta’ xibka u
rockbolts
mal-irdum sabiex din tilqa’ blat li jista’ jċedi, tneħħa blat li kien fi stat perikoluż wara li fit-28 ta’ Marzu 2025 ċediet parti sostanzjali minn dan l-irdum, u ġie magħluq l-aċċess għall-pubbliku għall-bajja li hemm biswit St Peter’s Pool.
Fiż-żona tal-Munxar f’Delimara, qrib fejn kien hemm l-istazzjon tad-
Deutsche Welle
, ġie installat
fence
b’tul ta’ 20 metru iktar ’il ġewwa mill-irdum u ġew installati tabelli ma’ dan il-
fence
għas-sigurtà ta’ min jimxi u jiffrekwenta dawn l-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għar-regolarizzazzjoni, kemm kienu within scheme u kemm kienu parzjalment barra ż-żona ta’ żvilupp (ODZ) u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati minn meta daħlet din l-iskema sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba tal-applikazzjonijiet għal regolarizzazzjoni kompluti li rċeviet l-Awtorità tal-Ippjanar. It-tabella tindika jekk il-każijiet humiex deċiżi jew pendenti. Apparti hekk, fejn hemm deċiżjoni, it-tabella tispeċifika t-tip ta’ deċiżjoni. L-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar nhar id-9 ta’ Ġunju 2025.
Attachments:PQ 29059 Applikazzjonijiet għal regolarizzazzjoni - Tabella.pdf
Fid-dawl li t-torri li jinsab f’Għajn Tuffieħa kellu bżonn ta’ restawr, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet flimkien mad-Direttorat tar-Restawr waslu fi ftehim biex isiru x-xogħolijiet ta’ restawr.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-restoration unit hux qed jagħmel xogħol ta’ restawr fuq it-torri t’Għajn Tuffieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tiswija meħtieġa fuq it-Torri tal-Għassa f’Għajn Tuffieħa bdiet bl-armar tal-iskaffolding wara li nġiebu l-permessi meħtieġa mill-Awtoritajiet kompetenti. Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26250, ix-xogħolijiet ta’ tiswija qegħdin isiru mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet.