Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħol ippjanat minn Infrastruttura Malta fi Triq is-Sur il-Fgura? Jekk iva, liema parti tat-triq, u x’tip ta’ xogħlijiet hemm ippjanati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja bit-twettiq tal-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ aktar minn €700 miljun sabiex ittejjeb l-effiċċjenza, il-kwalità, is-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.
F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra.
Triq is-Sur fil-Fgura hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li tinkludi wkoll toroq oħrajn li jinsabu f’din il-lokalità - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li hija lesta, Triq Buqexrem qed issir bħalissa u Sqaq Rjallu. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Fgura - Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.
L-investiment tal-Gvern f’dawn it-toroq residenzjali m’huwiex sempliċiment xogħol ta’ manutenzjoni iżda l-bini mill-ġdid ta’ kull triq li jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Il-Fgura – Roundabout bejn Triq is-Sur u Triq Hompesch — pjanijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat xogħol fiż-żona tar-roundabout bejn Triq is-Sur u Triq Hompesch il-Fgura? Jekk iva, x’tip ta’ xogħlijiet hemm ippjanati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur.
Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena.
Malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Kuluvert fil-lokalità tal-Fgura. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Fl-istess ¿mien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajji¿na, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet u wara li tlestew ebda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm Triq is-Sur fil-Fgura u ħames toroq residenzjali oħrajn li jinsabu f’din il-lokalità - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li hija lesta, Triq Buqexrem qed issir bħalissa, Sqaq Rjallu, Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.
Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project waqt li qed tippjana l-proġett ta’ ¿ewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn il-Fgura fost lokalitajiet oħrajn.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Unjoni Ċivili kien hemm bejn persuni tal-istess sess matul is-sena 2018, u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fis-sena 2018 kien hemm 3 (tliet) koppji tal-istess sess li ngħaqdu fl-Unjoni Ċivili. Filwaqt li mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Mejju 2019 kien hemm koppja waħda tal-istess sess li ngħaqdu f’Unjoni Civili.
Persuni b’diżabilità – tibdil fis-servizzi soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ tibdil fis-servizzi soċjali li huma intitolati għalihom persuni b’diżabilità mis-sena 2013 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdiliet, sena b’sena mill-2013 sal-lum huma kif ġej:
Sena 2013 - Pensjoni ta’ Diżabilità :
Provvediment sabiex id-drittijet marbuta għall-Pensjoni ta’ Diżabilità jingħataw ukoll lil persuni li żżewġu qabel is-6 ta’ Jannar 2007.
Sena 2014 - Allowance ta’ Tfal b’Diżabilità :
Tiżdied ir-rata minn €16.31 fil-ġimgħa għal €20 fil-ġimgħa.
Sena 2015 - Pensjoni ta’ Diżabilità :
B’effett minn Jannar 2015 kull persuna li tkun qiegħda f’impjieg bi qliegħ jew taħdem għal rasha bi qliegħ li jeċċedi l-Paga Minima Nazzjonali kellha dritt għal Pensjoni għal Diżabilità sħiħa u għalhekk ma jseħħ l-ebda tnaqqis mill-imsemmija pensjoni.
Sena 2016 - Diżabilità u Pensjoni għal Persuna b’Vista’ Batuta :
B’din il-miżura dawk il-persuni kollha li qiegħdin jirċievu Pensjoni ta’ Diżabilità u jilħqu l-età ta’ sittin sena bdew jitħallsu r-rata fil-ġimgħa li hija ekwivalenti għar-rata ta’ Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja. Id-differenza li żdiedu fil-ġimgħa hija ta’ €5.16. Barra minn hekk permezz ta’ din il-miżura kien qiegħed jiġi simplifikat il-proċess fejn persuna ma għandhiex għalfejn tmur tapplika għall-Pensjoni tal-Età hekk kif tilħaq l-età ta’ sittin sena.
Sena 2017 - Karta Roża lill-persuni li jircievu Assistenza għal Diżabilità :
Persuni li jirċievu l-Pensjoni għal Diżabilità u li jkunu eliġibbli għall-mediċini b’xejn se jibdew jingħataw il-Karta r-Roża għal sena u mhux għal tliet xhur.
Sena 2017 - Benfiċċji għal Diżabilità:
B’effett minn Jannar 2017 ġiet introdotta l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, fejn persuna b’diżabilità, li tbati minn kundizzjoni elenkata fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, hija totalment dipendenti (Barthel Index minn 0 sa 4) u ma tistax taħdem għandha dritt għal ħlas ta’ €120.00 fil-ġimgħa. Din l-assistenza ma taqax taħt it-test tal-mezzi. Eventwalment u gradwalment din l-assistenza se tibqa’ togħla sal-Paga Minima Nazzjonali netta. Barra minn hekk ġiet introdotta wkoll l-Assistenza għal Diżabilità li jistgħu japplikaw għaliha dawk il-persuni li għandhom paraliżi totali permezz ta’ amputazzjoni jew mod ieħor ta’ driegħ jew riġel wieħed.
Sena 2018 - Żieda fil-Pensjoni lil benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Età u Persuni ’il fuq minn 60 sena li jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u għal Vista Batuta :
B’effett minn Jannar 2018 ġiet miżjuda r-rata fil-ġimgħa b’€2.00 minbarra l-COLA ta’ €1.75 sħiħa, lill-pensjonanti kollha.
Sena 2018 - Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa :
§ B’effett minn Jannar 2018, ir-rata fil-ġimgħa żdiedet minn €120.00 għal €140.00 fil-ġimgħa.
§ B’effett minn Jannar 2018 l-eliġibilità fir-rigward tal-Barthel Index żdiedet minn skala ta’ minn 0 sa 4 għal skala minn 0 sa 8.
Sena 2019 - Żieda fil-Pensjoni lil benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Età u Persuni ’il fuq minn 60 sena li jirċievu Assistenza għal Diżabilita Severa u għal Vista Batuta :
B’effett minn Jannar 2019 ġiet miżjuda r-rata fil-ġimgħa b’€2.17 minbarra l-COLA ta’ €2.33 sħiħa, lill-pensjonanti kollha.
Sena 2019 - Allowance ta’ Tfal b’Diżabilità :
Tiżdied ir-rata minn €20 fil-ġimgħa għal €25 fil-ġimgħa.
Sena 2019 - Assistenza Miżjuda Diżabilità Severa :
Tiżdied ir-rata minn €140 fil-ġimgħa għal €150 fil-gimgħa.
Sena 2019 - Introdott mezz ta’ kejl ieħor permezz tat-Tabelli ta’ Indeboliment :
Sabiex persuni li jbatu minn diżabilità intellettwali u m’humiex tajbin għal xogħol għalkemm ma jikkwalifikawx għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa għax ikun għadhom mobbli, jikkwalifikaw taħt il-kejl il-ġdid.
Università ta’ Malta – Master of Science in Audiology
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Università ta' Malta se tkun qed toffri Master of Science in Audiology?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Università ta' Malta se terġa' toffri l-kors li jwassal għall-Master of Science in Audiology fuq bażi part-time evening f'Ottubru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jeżistu bus lanes effettivi ġewwa Malta u Għawdex? Jista’ jgħid f'liema lokalità u triq qegħdin?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella sussegwenti li tindika l-postijiet f’Malta fejn hemm Bus Priority Lanes f’Malta
Lokalita
Triq
Floriana
Triq Nazzjonali/ Triq Sant’Anna
Sliema/Gzira
Triq ix-Xatt
Pieta
Triq Marina
Msida
F’postijiet differenti madwar Pjazza 5 ta’ Ottubru kif ukoll Ix-Xatt Ta’ Ta Xbiex
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità tal-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż. Fil-lokalità tal-Gudja qegħdin isiru xogħlijiet f’Dawret il-Gudja u fi Triq Burglat. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Gudja - Triq Filippu Castagnia, Triq il-Lewż, Triq id-Dejqa, Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.
Infrastructure Malta lestiet ukoll il-proġett ta’ Vjal l-Avjazzjoni, li permezz tiegħu din it-triq ewlenija bejn il-Gudja u Ħal Luqa issa għandha t-tielet korsija tal-karozzi u korsija ġdida għar-roti fid-direzzjoni tat-tramuntana, waqt li qed tippjana l-bini ta’ pont pedonali fl-istess triq.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità tal-Fgura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Kuluvert fil-lokalità tal-Fgura. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità tal-Fgura - Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq Buqexrem, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.
Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project waqt li qed tippjana l-proġett ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn il-Fgura fost lokalitajiet oħrajn.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien. Dawn kienu jinkludu xogħol ta’ titjib li sar fil-junction bejn Tal-Barrani u Triq il-Gudja. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm sitt toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien - Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Santa Marija, Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.
Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project waqt li qed tippjana l-proġett ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn Ħal Tarxien fost lokalitajiet oħrajn.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta’ Santa Luċija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm erba’ toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Santa Luċija - Triq il-Giżimin, Triq il-Gardenja, Triq il-Bruka u Triq iż-Żnuber.
Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, l-arterja bejn Santa Luċija u Ħal Luqa, il-Marsa Junction Project li wkoll se jħaffef l-ivvjaġġar minn u lejn Santa Luċija fost lokalitajiet oħrajn, waqt li qed tippjana l-proġett ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar minn Infrastruttura Malta ġewwa l-lokalità ta’ Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid. Dawn kienu jinkludu xogħol fi Triq Ħaż-Żabbar u Telgħet Raħal Ġdid. Saru wkoll xogħlijiet oħrajn ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħrajn.
Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħrajn, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom qed jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li l-ippjanar tagħhom beda fl-2018, hemm seba’ toroq residenzjali li jinsabu fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid - Triq ix-Xewk, Triq Sammat, Triq il-Qalb ta' Ġesù, Triq iċ-Ċimiterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Wied u Triq Sultana.
Fost il-proġetti kbar li Infrastructure Malta qed twettaq bħalissa hemm il-Marsa Junction Project waqt li qed tippjana l-proġett ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Sant Luċija, li t-tnejn se jħaffu l-ivvjaġġar minn u lejn Raħal Ġdid fost lokalitajiet oħrajn.
San Pawl il-Baħar – xogħol ta’ toroq mill-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar fuq toroq mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar bejn April 2013 u Diċembru 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
2013
Triq Ġulju
€ 190,921.94
Triq Jean de la Cassiere (parti minnha)
€ 11,829.16
Total:
€ 202,751.10
2015
Triq Busewdien
€ 54,118.10
Total:
€ 54,118.10
2017
Triq il-Qalb ta' Gesu
€ 106,168.73
Total:
€ 106,168.73
2018
Triq il-Mosta
€ 42,917.53
Triq is-Sajjied
€ 113,442.56
Triq il-Korp tal-Pijunieri / Ġulju
€ 61,295.45
Triq il-Qarbuni
€ 15,556.50
Triq ġdida fi Triq Burmarrad
€ 28,237.19
Ras il-Wied
€ 33,854.78
Total:
€ 295,304.01
St. Margaret College Secondary School Verdala — track
Question
Jista l-Ministru jgħid f’liema ġranet u ħin tkun miftuħa għall-pubbliku t-track ta’ St Margaret College Secondary School Verdala f’Bormla? Jista’ jgħid hemmx xi bidliet bejn il-ġranet tas-Sajf u tax-Xitwa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ġranet u ħin li t-track ta’ St Margaret College Secondary School Verdala f’Bormla tkun miftuħa għall-pubbliku huma dawn:
mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 17:00 - 21:00
is-Sibt: 08:30 - 13:00
Ħdud u festi pubbliċi: 08:30 - 11:00
Ma hemmx bidliet bejn il-ġranet tas-sajf u tax-xitwa.
Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – tneħħija ta’ skedar ta’ proprjetà
Question
B'referenza għat-tneħħija ta' skedar mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar ta' proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm korrispondenza lill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità li nfurmathom li kien hemm appell? Jekk iva, b'liema mod u f'liema dati?
Response (BORG, IAN)
B'referenza ghall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qed niġi infurmat mis-Segretarjat tat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, li l-proċedura ta' notifika tar-rikors tal-appell lill-terzi persuni interessati jew kunsulenti esterni, inkluż Kunsill Lokali, huwa regolat skont il-proċeduri stabbiliti fl-Att V tal-2016 dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. Illi skont il-liġi, notifika tar-rikors tal-appell isiru biss lil terzi persuni interessati li jkunu rreġistraw l-interess tagħhom jew kunsulenti esterni li jkunu għamlu r-rakkomandazzjoniet fi proċess ta’ applikazzjoni tal-iżvilupp skont il-Kapitolu Nru. 552.
F'każ ta' appell minn deċiżjoni ta' skedar jew minn tneħħija ta' skedar il-liġi ma tipprovdiex mekkanizzmu ta' notifika lill-terzi u dan anke tenut tal-fatt li l-proċess quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar f'każ ta' skedar huwa wieħed magħluq. Għalhekk qed jiġi kkonfermat li ma kien hemm ebda korrispondenza mal-Kunsill Lokali tal-Fgura fil-proċess tal-appell imsemmi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta hu ppjanat li jsir lift ġewwa blokka ta' appartamenti tal-Awtorità tad-Djar li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni sabiex jiġi installat lift fil-blokka msemmija.
Il-Fgura — Triq Valperga - daħla għal Wied Blandun
Question
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 7795 u 8235, jista’ l-Ministru jara li x-xogħol ikun konkluż, għaliex jirriżulta li parti biss mill-passaġġ tnaddfet u hija aċċessibbli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jsir fil-fatt għadu għaddej u għandu jkun lest fil-jiem li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk tlestitx l-investigazzjoni dwar il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu l-konklużjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjoni dwar il-każ tal-individwu msemmi minnu saret minn bord ta’ investigazzjoni maħtur mill-Kummisarju tas-Saħħa Mentali. Din l-investigazzjoni ġiet konkluża. Peress li r-rapport tal-bord fih dettalji mediċi u personali tal-persuna msemmija, ma jistax jiġi ppublikat. Pero qiegħed nippublika kelma b’ kelma mill-konklużjoni tar-rapport, kif ġej:
Having taken all the evidence in consideration, the Board does not consider that Mr Portelli’s rights as a mental health service user were breached during the period indicated for investigation. The Police acted under Article 44(4) of the Mental Health Act. The admission process was effected through a first medical assessment at Mater Dei Hospital and subsequently completed with a second specialist assessment effected within 24 hours of admission at Mount Carmel Hospital.