Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2011
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2011?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2011 ġew riċevuti 6 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvhom kollha.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2012
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2012?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2012 ġew riċevuti 5 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvhom kollha.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2013 ġew riċevuti 6 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvhom kollha.
Konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġabret opinjonijiet dwarha fis-snin bejn l-2013 u l-2019
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha bejn is-snin 2013 u 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha bejn is-snin 2013 u 2019 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Arranġamenti tal-Ħin tas-Sajf.
‘Breaking the Cycle of Violence’ – għan ta’ programm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-għan tal-programm ‘Breaking the Cycle of Violence’?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-proġett Breaking the Cycle of Violence huwa proġett kofinanzjat mill-programm ta’ fondi tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza (REC) tal-Unjoni Ewropea u jibni fuq il-proġett Full Cooperation: Zero Violence, bil-għan li jikkumplimenta l-pjan ta’ Malta sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta’ Istanbul. L-objettiv tal-proġett hu li tingħata l-għajnuna meħtieġa lil nisa vulnerabbli jew li huma aktar f’riskju li jsofru vjolenza ta’ kull forma – kemm dik psikoloġika, ekonomika, sesswali jew fiżika.
Il-proġett għalhekk jinkorpora fih kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u għarfien għal pubbliku ġenerali, programm edukattiv għat-tfal u żgħażagħ, żvilupp ta’ programm ta’ mentoring għal nisa vittmi, kif ukoll riċerka li kapaċi titfa’ dawl dwar tendenzi li joħorġu minn każijiet ta’ vjolenza domestika. Dan il-proġett għandu wkoll element ta’ sostenibbiltà u kapaċi jservi bħala bażi ta’ proġetti u miżuri oħrajn.
‘Breaking the Cycle of Violence’ – partners tal-programm
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-partners tal-programm ‘Breaking the Cycle of Violence’?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li il-partners ta’ dan il-programm huma dawn li ġejjin :-
- L-Assoċjazzjoni tal-Girl Guides f’Malta
- L-Universita’ ta’ Malta
- Il-Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità
- Is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati
- Malta LGBTIQ Rights Movement
- L-Aġenzija Appoġġ – Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
- L-Assoċjazzjoni tal-iScouts f’Malta
- Il-Programm Sebħ – Dar Qalb ta’ Ġesù
- Il-Kamra tal-Avukati
- Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu fir-rigward tal-programm ‘Breaking the Cycle of Violence’?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li ttieħdu dawn l-inizjattivi fir-rigward tal-programm konċernat :-
· Organizzar ta’ sessjonijiet informattivi ma’ gruppi ta’ nisa li huma meqjusa bħala aktar suxxetibli għal vjolenza domestika
· Organizzar ta’ sessjonijiet ta’
mentoring
ma’ vittmi ta’ vjolenza domestika
· Saru sessjonijiet informattivi ma’ ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti tar-riżorsi umani tal-Gvern sabiex tinħolog aktar kuxjenza dwar is-suġġett
· Saret kampanja mmirata għall-pubbliku inġenerali fuq is-suġġett konċernat
· Sar taħriġ speċifiku mmirat għall-mexxeja tal-
Malta Girl Guides
u l-Assoċjazjoni ta’ l-
Iscouts.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2014 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2014 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2015 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2015 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-White Paper dwar l-Organi u d-Donazzjoni tat-Tessuti.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2016 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2016 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport 2050 u Master Plan għat-Trasport 2025.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2017 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2017?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2017 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mar-Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Logħob.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2018 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2018 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Arranġamenti tal-Ħin tas-Sajf.
Konsultazzjoni pubblika li nżammet fl-2019 li ġabret l-aktar opinjonijiet dwarha
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha matul is-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha sa l-aħħar ta’ Awwissu 2019 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Bilanċ tal-Ġeneru fil-Parlament.