Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2018
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew reġistrati 27 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 24 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2019
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li sa Settembru tal-2019 ġew reġistrati 23 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 21 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti elenku tal-ħidma tar-Responsible Gaming Foundation matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Elenku tal-ħidma tar-Responsible Gaming Foundation matul is-sena 2018 huwa kif gej:
Il-missjoni tal-Fondazzjoni hi li tinħoloq kuxjenza billi jingħata tagħrif wiesgħa dwar il-limitu, kawżi possibbli u konsegwenzi tal-problema tal-logħob f’Malta b’għan ta’ prevenzjoni u li jiġi pprovdut is-sapport kollu neċessarju lil persuni li jbatu mill-vizzju tal-logħob u persuni qrib tagħhom, fl-isforzi kontinwi matul il-proċess ta’ rkupru mill-problema.
- Kampanja Medjatika;
- Tkompli l-Kampanja Edukattiva fost studenti tar-Raba’ sena fl-iskejjel primarji u jiġu indirizzati l-isfidi;
- Programm ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva: Nagħtu lura lis-soċjetà, permezz tal-fondi li l-fondazzjoni tiġbor mill-industrija tal-logħob;
- Attivitajiet alternattivi għall-vizzju tal-logħob tal-azzard: L-attività ‘’Logħob għal Kulħadd 2018’’;
- L-assistenza li tingħata permezz tal-1,777 u permezz tal-formoli ta’ esklużjoni. Ġew impjegati aktar nies u kif ukoll
Call Centre Manager
;
- Taħriġ kontinwu għall-istaff;
- Komunikazzjoni anonima mal-ivvizzjat permezz taċ-chatline fuq
www.rgf.org.mt
- Il-Proġett TAKE ACTION iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Riċerka u taħriġ biex ikollna stampa aktar ċara fejn jidħol il-vizzju tal-logħob tal-azzard f’Malta.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew proċessati liċenzji ġodda mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li matul is-sena 2018, l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob proċessat u ħarġet 93 liċenzja ġdida.
In-numru ta’ licenzji ġodda mahruġa jrid jittieħed fil-kuntest li matul is-sena 2018 daħħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida li tirregola dan is-settur.
Permezz tal-liġi l-ġdida li qed tirregola dan is-settur, is-sistema ta’ liċenzjar inbidlet għal dik ta’ żewg tipi ta’ liċenzji – B2C u business-to-consumer, u dik B2B u business-to-business.
Dan ifisser li operatur li joffri tip ta’ logħob ma jkollux bżonn liċenzja dida sempliċement biex joffri tip ta’ logħob iehor. Fil-fatt, fejn qabel operatur kien ikollu japplika għall-Class 1 Licence, Class 2 Licence, Class 3 Licence, Class 4 Licence u Skill Games Licence, biex joffri s-servizzi kollha tal-gaming, issa jrid japplika għal-liċenzja B2C jew liċenzja B2B. Din il-bidla mhux biss naqset burakrazija li ma kellha ebda valur mizjud iżda qed twassal biex l-Awtorità tuża r-rizorsi tagħha b’mod aktar effettiv fis-sorveljanza tas-settur.
Kriterji għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li trid tissodisfa Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-kriterji li trid tissodisfa Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg huma dawn li ġejjin :
·Irid jiġi ppubblikat “
Avviż ta' Intenzjoni
” għal jum wieħed biss, f'żewġ gazzetti ta' kuljumdifferenti. Kopja oħra tal-Avviż ta' Intenzjoni” għandha tiġi esposta għall-pubbliku f’post prominenti fejn ser isir in-negozju. L-“Avviż ta' Intenzjoni” irid jiġi espost għal mhux inqas minn wieħed u għoxrin jumqabel ma ssir l-applikazzjoni. L-“Avviż ta' Intenzjoni” għandu jispeċifika l-isem, in-numrutal-karta tal-identità u l-indirizz tal-applikant.
·Jekk l-applikant ikun Kumpanija jew
Joint Venture
irid jinkludi n-Numru/i tal-Kumpanija, l-Isem/Ismijiet tal-Kumpanija, l-indirizz irreġistrat u l-indirizz ta’ minn fejn ser jopera. F’każ ta’ applikazzjoni bħala
Partnership
, ikunu meħtieġa l-ismijiet, in-numri tal-karta tal-identità u l-indirizzi ta’ kull sieħeb kif ukoll l-indirizz tal-post minn fejn ser joperaw l-aġenzija tal-impjieg. Huwa importanti li l-Avviż ta’ Intenzjoni ppublikat jindika li huwa skont it-Taqsima 23 tal-
Att dwar is-Servizzi ta’ Impjieg u Taħriġ
tal-1990 (Att XXVII tal-1990).
L- “
Avviż ta' Intenzjoni
” irid jindika wkoll il-klassi tal-attivitajiet li ser jitwettqu bħal:
• Servizzi ta’ Konsulenza għar-Reklutaġġ;
• Intervisti, għażla u tqegħidtal-kandidati fil-post tax-xogħol;
• Reklutaġġ ta’ persuni barra minn Malta għall-impjieg f'Malta jew fi stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
• Reklutaġġ ta’ persuni f’Malta għal impjieg f’Malta jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea;
• Ħruġ ta' reklami għal postijiet vakanti;
• Żamma ta’ reġistru tal-applikanti li qed ifittxu impjieg.
Il-Persuna Kompetenti (il-persuna li ser tmexxi l-Aġenzija tal-Impieg) għandha:
a) tkun ta’ età ta’ mhux inqas minn ħamsa u għoxrin sena;
b) tkun ta' karattru morali tajjeb; u
c) jkollha mhux inqas minn sitt snin esperjenza f'attività li tinkludi l-ġestjoni tar-riżorsi umani, jew
d) mhux inqas minn tliet snin esperjenza f’attività li tinkludi l-ġestjoni tar-riżorsi umaniu tkun fil-pussess ta' grad universitarju jew diploma f'qasam li fil-fehma tad-Direttur, ikun rilevanti għall-ġestjoni tal-aġenzija tal-impieg jew tan-negozju tal-impjieg.
Min japplika irrid ukoll jagħmel dikjarazzjoni ffirmata minn għand id-Direttur tal-kumpanija li l-uffiċċju li ser topera minnu:
• huwa aċċessibbli għall-persuni bi bżonnijiet speċjali (jekk il-post mhux aċċessibbli, indika fejn ser isirul-intervisti għal dawn il-persuni);
• jinkludi kamra fejn jistennew l-applikanti għall-intervista;
• jinkludi kamra fejn isiru l-intervisti `l bogħod mill-kandidati l-oħra.
(Din id-Dikjarazzjoni trid tinkludi l-firma oriġinali tal-Persuna Kompetenti/Direttur u għandha tinkludi l-Intestatura (Letter Head) tiegħek).
Proċedura użata mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg f’każ ta’ tilwima industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura addottata mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg f’każ ta’ tilwima industrijali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
L-Att Dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistipula li meta jkun hemm tilwima ta’ xogħol jew ikun hemm il-biża’ ( il-possibiltà) li se jkun hemm tilwima ta’ xogħol, il-partijiet fit-tilwima jistgħu jiftiehmu li jirreferu t-tilwima lid-Direttur Ġenerali jew lil konċiljatur li jista’ jintgħażel jew mill-istess partijiet fit-tilwima, bi ftehim bejniethom; jew, jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan, mid-Direttur Ġenerali minn fost il-Panel ta’ konċiljazzjoni stabbilit bis-saħħa tal-artikolu 68 tal-Att.
L-Att jagħti wkoll il-fakulta biex id-Direttur Ġenerali jew id-delegat tagħha jistieden il-partijiet fit-tilwima biex jattendu għal laqgħat ta’ konċiljazzjoni. Dan qed isir preżentament fil-prattika.
Il-funzjonijiet tal-konċiljatur huma li:
· jikkomunika mal-partijiet fit-tilwima ta’ xogħol minnufih malli tiġi riferita lilhu;
· li jorganizza u jippresjedi laqgħat ta’ konċiljazzjoni bejn il-partijiet kif ikun meħtieġ biex tintemm it-tilwima ta’ xogħol;
· li jikkonsidra r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi tat-tilwima ta’ xogħol;
· li jipprova jwassal għal ftehim bejn il-partijiet kemm jista’ jkun malgħajr;
· li jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li l-konċiljatur jidhirlu xierqa biex tintemm it-tilwima ta’ xogħol.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2013?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2013 ġew reġistrati 49 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 38 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2014
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 ġew reġistrati 32 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 22 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2015
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2015 ġew reġistrati 35 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 29 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2016 ġew reġistrati 26 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 20 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2014
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2014?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 ġew riċevuti 14 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvahom kollha.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2015
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2015 ġew riċevuti 9 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 7 minnhom.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2016
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2016?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2016 ġew riċevuti 9 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvahom kollha.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2017
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2017?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 ġew riċevuti 15-il Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 8 minnhom.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2018
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2018?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew riċevuti 23 Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 21 minnhom.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2019
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 ġew riċevuti 16-il Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 14 minnhom.
Applikazzjonijiet ta’ Talba għall-Awtorizzazzjoni għal Xogħol ta’ Minuri mad- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti applikazzjonijiet ta’ Talba għall-Awtorizzazzjoni għal Xogħol ta’ Minuri mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena mis-sena 2013 sas-sena 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tajjeb nirrimarka li l-akbar maġġoranża ta’ talbiet fuq is-suġġett konċernat ikunu għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet :- atturi ġo produzzjonijiet tal-films, kaxxiera, segretarji, shop attendants u sales assistants.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2009
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2009?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2009 ġew riċevuti 9 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati kollha mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.
Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2010
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2010?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2010 ġew riċevuti 10 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 9 minnhom.