Legislature:
Category:
Reset
Active:

Child Care b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April 2014 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019 (mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru), in-numru ta’ tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f’din it-tabella: Sena Perjodu Nru. ta’ tfal li bdew f’kull sena rispettiva Nru. Totali ta’ tfal li bbenefikaw f’kull sena rispettiva Spiża (€ miljuni) 2014 1 Apr - 31 Dec 3,856 3,856 5.2 2015 1 Jan - 31 Dec 2,843 5,852 10.0 2016 1 Jan - 31 Dec 2,767 5,335 12.6 2017 1 Jan – 31 Dec 3,025 5,939 15.6 2018 1 Jan – 31 Dec 3,343 6,737 20.47 2019 1 Jan – 30 Sett 2,485 6,402 17.3 Rigward il-figuri murija fir-raba’ kolonna, dawn in-numri jinkludu n-numru ta’ tfal li bdew f’dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena/snin ta’ qabel.

Transport Malta – number plates ta’ vetturi mitlufa jew misruqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lil Transport Malta sabiex jinħarġu number plates ta’ vettura wara li dawn ġew mitlufa jew misruqa, sena b’sena, mis-sena 2008 sas-sena 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-ammont ta’ number plates ta’ vetturi li nħargu wara li ġew mitlufa jew misruqa, sena b’sena, mis-sena 2008 sas-sena 2019 huma kif jidher fit-tabella hawn taħt; Sena Ammont 2008 1229 2009 1288 2010 1382 2011 1274 2012 1680 2013 1256 2014 1318 2015 1537 2016 1005 2017 1344 2018 1696 2019 1174

Proċedura għal reġistrazzjoni ta’ vettura vintage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex tiġi rreġistrata vettura meqjusa bħala vintage?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li l-proċedura biex vettura tiġi rreġistrata vintage hija ssegwenti: Sid il-vettura għandu jippreżenta l-applikzzjonijiet appożita, VEH15 u VEH15A ġewwa d-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art flimkien ma’ tminn (8) ritratti riċenti tal-vettura, iċ-ċertifikat oriġinal tar-reġistrazzjoni barrani, fattura, dokument li juri meta l-vettura daħlet Malta, applikazzjoni VEH05 jekk il-vettura tkun impurtata minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropeja u ħlas amministrattiv ta’ €105.00. Id-dokumenti kollha jiġu rriferuti lill-Kumitat għall-klassifikazzjoni tal-vetturi antiki. Il-Kumitat iqabbad wieħed mill-membri tiegħu stess biex jispezzjona l-vettura u eventwalment joħroġ rapport fuq il-kundizzjoni tagħha. Sussegwentement, ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Kumitat. F’dan l-istadju, il-Kumitat ikun jista’ jiddetermina jekk il-vettura tikkwalifikax bħala waħda vintage, jekk il-vettura fil-qagħda preżenti tagħha tistax toħroġ fit-triq kif ukoll jiddetermina l-valur tal-vettura li fuqu tiġi kkomputata it-taxxa tar-reġistrazzjoni.

Vetturi kklassifikati bħala vintage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif tiġi kklassifikata vettura jekk tkunx meqjusa vintage jew le?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li biex vettura tiġi kklassifikata vintage, sid il-vettura għandu jippreżenta l-applikazzjoni appożita, VEH15, ġewwa d-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art flimkien ma’ tminn (8) ritratti riċenti tal-vettura u ħlas amministrattiv ta’ €50.00. L-applikazzjoni u r-ritratti jiġu rriferuti lill-Kumitat għall-klassifikazzjoni tal-vetturi antiki. F’dan l-istadju l-Kumitat jara l-file tal-vettura biex jikkonferma s-sena tal-manifattura tal-vettura u cioe’ li din għandha 30 sena jew aktar mid-data tal-manifattura. Il-Kumitat jiskrutinja r-ritratti li jkunu ġew ippreżentati mal-applikazzjoni u jekk huma jaqblu li din il-vettura hija konformi mar-regolamenti u l-linji gwida, jgħaddu biex jikklassifikaw din il-vettura bħala waħda vintage. F’ċirkostanzi fejn il-Kumitat ikollu xi dubji biex jikklassifika vettura minn fuq ir-ritratti, huma jitolbu lill-Awtorita’ biex tikkuntattja lil sid il-vettura biex iġib il-vettura sabiex din tiġi spezzjonata fi¿ikament mill-Kumitat. F’ċirkostanzi fejn vettura ma tiġix meqjusa li tikkwalifika bhala vintage minħabba li ma tkunx tissodisfa r-regolamenti u l-linji gwida, il-Kumitat iħejji rapport fejn jiġu elenkati l-punti li minħabba fihom il-vettura m’hijiex qed titqies li tikkwalifika u l-istess rapport jiġi mibgħut lil sid il-vettura.

VRT station liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn VRT stations liċenzjati fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fil-preżent hawn 36-il stazzjon tal-VRT li għandhom liċenzja attiva mal-Aworità ta Transport.

VRT Stations — lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-lokalitajiet li fihom jinsabu l-VRT stations, skont in-numru f’kull lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, illi l-istazzjonijiet tal-VRT liċenzjati u l-lokalitajiet fejn dawn jinsabu f’Malta u Għawdex huma dawk li jidhru fil-lista li ġejja: MALTA Ħ'Attard 1 Burmarrad 1 Il-Għargħur 1 Il-Gżira 1 Ħal Lija 2 Ħal Luqa 1 Il-Mellieħa 1 Il-Mosta 1 L-Imrieħel 2 In-Naxxar 1 Ħal Qormi 4 Ir-Rabat 1 San Pawl il-Baħar 1 San Ġwann 2 Santa Venera 2 Is-Siġġiewi 1 Tas-Sliema 1 Ħaż-Żabbar 1 Ħaż-Żebbuġ (Malta) 1 Iż-Żejtun 3 Iż-Żurrieq 1 GĦAWDEX Ir-Rabat (Għawdex) 2 Ix-Xagħra 1 Ix-Xewkija 3

VRT Stations – liċenzji ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għal VRT stations mis-sena 2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, mis-sena 2014 sal-lum l-Awtorità ħarġet liċenzja waħda li tista’ titqies bħala ġdida. Fis-sena 2019 b’akkoljiment ta’ applikazzjoni li kienet saret fis-sena 2001, liema applikazzjoni kienet oriġinarjament miċħuda iżda dik id-deċiżjoni ġiet riformata mill-Awtorità għal raġunijiet validi fil-liġi.
Leg 13 PQ #11062 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11063 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11064 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11065 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Skema ta' Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti u min hu eleġibbli għall-Iskema ta' Benefiċċji għal Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskema ta’ Benefiċċji għall-Aċċidenti Personali fuq ix-Xogħol tħallas benefiċċji sa massimu ta’ erba’ darbiet is-salarju annwali lil dawk il-ħaddiema li huma koperti b’din l-iskema f’kas ta’ aċċident waqt il-qadi tax-xogħol jew servizz kemm Malta kif ukoll barra li jirriżulta f’dizabilità permanenti jew fatalità. Hemm ukoll xi estenzjonijiet oħra bħal ħlas ta’ funeral, ripatrijazzjoni tal-persunali tweġġa jew titlef ħajjitha barra l-pajjiz, modifikazzjoni fid-dar tal-persuna li tkun sofriet xi diżabilità permanenti, eċċ. Fil-prezent il-ħaddiema kollha li jaħdmu mal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta, mal-Forzi Armati ta’ Malta, mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mas-Servizz tas-Sigurtà ta’ Malta, mas-Servizzi tal-Faċilitatjiet Korrettivi ta’ Malta u madd-Dipartiment tad-Dwana ta’ Malta. Dettalji kompleti tal-Iskema jinsabu fuq il-website tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 13 PQ #11066 Sitting 268 2019-10-28 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Aġenzija Internazzjonali Fitch – rating ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rating ta’ Malta mill-aġenzija internazzjonali Fitch sena b’sena mis-sena 2008 sas-sena 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Permessi għall-Y plates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa permessi għal “Y plate” kull sena bejn is-sena 2008 u s-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li mis-sena 2008 sas-sena 2018 ħarġu 296 permess bil- Y plate. It-tabel annessa turi kemm ħarġu kull sena rispettivament. Sena Numru ta’ permessi 2008 33 2009 20 2010 10 2011 8 2012 11 2013 18 2014 20 2015 33 2016 21 2017 31 2018 91
Leg 13 PQ #11056 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija dwar il-Logħob – irtirar ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet ta’ irtirar ta’ liċenzji b’mod volontarju mill-Awtorità Maltija dwar il-Logħob matul is-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li matul l-2018 kien hemm 37 liċenzja illi ġew irtirati b’mod volontarju.
Leg 13 PQ #11057 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar bejn Jannar u Awwissu tas-sena 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11058 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT – rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2018?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11059 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11060 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Aġenzija Internazzjonali Moody’s – credit rating fuq Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-credit rating fuq Malta mill-aġenzija internazzjonali Moody’s sena b’sena mis-sena 2008 sas-sena 2019?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11061 Sitting 265 2019-10-25 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Lotterija tal-VAT — rebħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rebħ mil-lotterija tal-VAT xahar b’xahar matul is-sena 2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tilwin industrijali reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg fl-2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja matul is-sena 2017?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 ġew reġistrati 22 tilwim industrijali mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. 15 minnhom ġew riżolti permezz ta’ rikonċiljazzjoni volontarja.