Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern f’xogħol infrastrutturali, kostruzzjoni, għamara u spejjeż simili fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 ‘l hawn, sena b’sena b’mod separat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-investiment kapitali tal-Gvern fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-istat minn Marzu 2013 ‘l hawn huwa kif muri fit-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kura barra minn Malta — tieni ġenitur li bbenefikaw minn mill-passaġġ tal-ajru għall-akkumpanjament tat-tfal -

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru għat-tieni ġenitur li jakkumpanja lil ibnu jew lil bintu għall-kura barra l-pajjiż minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn mindu ngħatat bidu l-inizzjativa li jitħallsu l-biljetti taż-żewġ persuni li jakkumpanjaw pazjenti taħt it-18 il-sena, kien hemm 1,018 każ bi spiża ta' €420,303.09. Nitlobu jirreferi għat-tabella t’hawn taħt għal aktar informazzjoni. Sena Xhur Ġenituri Spiż a 2014 1 ta' Lulju 2014 sa 31 ta' Diċembru 2014 100 €39,339.25 2015 1 ta' Jannar 2015 sa 31 ta' Diċembru 2015 186 €75,605.35 2016 1 ta' Jannar 2016 sa 31 ta'Diċembru 2016 203 €82,640.25 2017 1 ta' Jannar 2017 sa 31 ta' Diċembru 2017 185 €76,722.24 2018 1 ta' Jannar 2018 sa 31 ta' Diċembru 2018 190 €80,917.53 2019 1 ta' Jannar 2019 sa 31 ta' Ottubru 2019 154 €65,078.47 TOTAL 1018 €420,303.09

Sptar Mater Dei – ċikli tal-IVF

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ċiklu tal-IVF sar fl-Isptar Mater Dei mill-2015 sal-lum? Jista’ jgħid kemm twieldu u kemm mistennija jitwieldu trabi sa tmiem din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sat-28 ta’ Ottubru 2019 kienu saru 862 ċiklu tal-IVF, li minnhom 8 kienu ċikli li għamlu użu minn embrijuni ffriżati. Minn dawn l-862 ċiklu li saru fl-Isptar Mater Dei s’issa twieldu 179 tarbija (99 tifla u 80 tifel). 7 koppji oħra qegħdin jistennew tarbija li huma mistennija jitwieldu fl-2020. Mill-2013 minn meta l-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun bdiet żżomm ir-reġistri, s’issa f’Malta twieldu 322 tarbija minn ċikli li saru kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fil-privat.
Leg 13 PQ #11108 Sitting 274 2019-11-05 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – każijiet maqbuda ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdu każijiet ta’ kuntrabandu ta’ sigaretti u xorb mid-Dwana mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jingħata l-valur tas-sisa u dazju mitluf sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #11109 Sitting 274 2019-11-05 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – droga maqbuda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti statistika dwar kemm inqabdet droga mid-Dwana, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jingħata wkoll l-ammont tad-droga maqbuda u x’tip kienet? Jista’ f’kull każ jagħti l-valur maħsub tad-droga maqbuda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti – persuni mressqa fuq traffikar u pussess ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq traffikar u pussess ta’ droga, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena b’mod separat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li tressqu l-qorti fuq traffikar jew pussess ta’ droga, inkluż dawk li dehru quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2109, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 sa Settembru Numru ta' persuni mressqa l-Qorti jew dehru quddiem it-Tribunal fuq pussess ta' Drogi 415 435 427 761 728 646 432 Numru ta' persuni mressqa l-Qorti fuq Traffikar ta' Drogi 152 123 132 117 78 133 157

Droga maqbuda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ droga kienet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ qabdiet ta’ droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, li tinkludi wkoll każi ta’ qabdiet li ġew irreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, għas-snin 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2019, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti – persuni mressqa fuq akkużi li ħebbew jew attakkaw Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Kemm minn dawn instabu ħatja mill-Qorti? X'pieni ngħataw dawn il-persuni li nstabu ħatja?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi wara t-tweġiba għall-mistoqsija simili aktar kmieni din is-sena, it-tabella riveduta qed li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fiha l-ammont ta’ persuni li tressqu l-Qorti akkużati li ħebbew u attakkaw membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom, sena b’sena, mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Waqt li hemm diversi każi li għadhom sub judice fil-każijiet li ġew deċiżi u ngħatat sentenza, xi wħud mill-pieni li ngħataw kienu jinkludu priġunerija, multi, multi u priġunerija, probation, twiddiba u ċanfira, sigħat ta’ xogħol fil-komunità u sentenzi ta’ ħabs sospiżi. Kien hemm każi fejn l-akkużat ġie illiberat u oħrajn fejn il-proċess ġie eżawrit.

Koppji tal-istess sess li daħlu f’unjoni ċivili f’Malta

Question

Jistà l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-koppji tal-istess sess li daħlu f’Unjoni Ċivili f’Malta mill-2014 sad-data li fiha tkun imwieġba l-mistoqsija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Servizz ta' Kolazzjoni nutrittiv fl-iskejjel qabel il-ftuħ tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li bbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjoni nutrittiv fl-2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienet in-nefqa sena b’sena, fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-Servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student, fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student, fis-sena skolastika 2017-2018 ibbenefikaw 5,780 student u fis-sena skolastika 2018-2019 ibbenefikaw 6,636 student. In-nefqa tal-Breakfast Club minn April 2014 sa Ġunju 2019 kienet ta’ €5,076,418.61. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs,eċċ), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif imniżżel f’din it-tabella: Sena Skolastika Nefqa 2014-2015 €438,988.52 2015-2016 €685,522.32 2016-2017 €965,939.45 2017-2018 €1,119,383.22 2018-2019 €1,308,148.62 Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel minn April 2014 sa Ġunju 2019 €558,436.48 Total €5,076,418.61

Studenti li rripetaw sena fil-kors – għoti ta’ stipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li rripetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta fl-2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mit-Taqsima tal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti u Boroż ta' Studju li t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

SEC — Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC minn Marzu 2013, sena skolastika b’sena skolastika sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kien hemm total ta’ 3,841 persuna li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC mill-2014 (l-ewwel sena tal-klassijiet ta’ reviżjoni) sal-2019. In-numru ta’ persuni li attendew għal dawn il-klassijiet sena b’sena huwa kif se nsemmi: Sena Numru ta' persuni li attendew 2014 551 2015 777 2016 770 2017 553 2018 588 2019 602

Nefqa fuq l-istipendji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fuq l-istipendji bejn l-2013 u llum, sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta’ kotba għall-iskejjel u libreriji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kotba li nxtraw għall-iskejjel u libreriji mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u l-ispiża involuta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ nisa li daħlu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol mill-2013 sa April 2019, sena b’sena, hu kif muri fit-tabella hawn taħt. Sena Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba Nisa li r-reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara 5 snin jew aktar Total 2013 6,069 1,351 7,420 2014 7,202 1,658 8,860 2015 7,692 1,662 9,354 2016 8,954 1,685 10,639 2017 9,466 1,714 11,180 2018 10,585 1,515 12,100 sa April 2019 2,743 456 3,199 Dawn iċ-ċifri jinkludu dawk in-nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar.

VRT Stations – terminazzjoni ta’ liċenzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm VRT stations li talbu t-terminazzjoni tal-liċenzja b’mod volontarju mis-sena 2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, it-tabella li tidher hawn taħt, mis-sena 2014 sal-lum kien hemm żewġ operaturi li rrinunzjaw l-awtorizzazzjoni tagħhom minn jeddhom, u skont policy viġenti tal-Awtorità, tali awtorizzazzjoni ingħatat lil terzi persuni nominati mill-operaturi rinunzjanti. 2017 1 2018 1

VRT Stations – liċenzji terminati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm VRT stations li kellhom il-liċenzja terminata mill-Awtorità mis-sena 2014 sal-lum, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, skont it-tabella li ġejja, mis-sena 2014 sal-lum l-Aworità irrevokat tliet awtorizzazzjonijiet u qiegħda fil-proċess li tirrevoka awtorizzazzjonijiet oħra. 2017 1 2018 2

Importazzjoni ta’ vettura minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea – proċedura ta’ reġistrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li l-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea hija kif spegajt hawn taħt. Kif il-vettura tasal Malta, is-sid għandu jinforma l’ Transport Malta u jista jixtri permess ta 30 ġurnata minn mindu tasal biex ikun jista juza l-vettura li jiswa €20. Jekk il-vettura għandha inqas minn 4 snin (għal vetturi M1) tkun e¿entata milli tagħmel it-test tal VRT (jew sentejn għal vetturi N1). Jekk vettura li tkun qabżet l-4 snin ikollha l-aħħar test tal-VRT li jkun sarilha fil-pajjiż Ewropew minn mnejn ġiet impurtata għadu validu, dan jista jintuza minflok isir wieħed hawn Malta. Vetturi mportati mill-Ingilterra jinħtieg li jkollok ċertifikat li jivverifika l-kilometraġġ. It-tlett ċertifikati approvati minn Transport Malta huma; test ta’ l-aħħar MOT validu li jkun sar l-Ingilterra, ċertifikat tal-Jevic jew ċertifikat maħruġ mil-CAP. Individwu għandu ċans 30 ġurnata mid-data tal-wasla tal-vettura ġewwa Malta biex jirreġistra l-imsemmija vettura. Wara tapplika penali ta’ €30 kuljum. Id-dokumenti meħtieġa huma kif stipulat: · Polza ta` assigurazzjoni maltija · Formoli ta` Transport Malta – VEH01 u VEH02 · Ispezzjoni u evalwazzjoni tal-vettura mill uffiċċju tekniku ta` Transport Malta · Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni ta’barra tal-vettura · Il-biljett tal-vapur fejn jindika d-data ta` meta waslet il-vettura Malta · Il-pjanċi ta barra tal-vettura

Vetturi importati — proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-proċedura sabiex tiġi reġistrata vettura importata minn pajjiż mhux membru tal-Unjoni Ewropea hija kif spegajt hawn taħt. Mal wasla tal-vettura ġewwa Malta, l-vettura tinżamm mid-dwana u sid il-vettura jrid jmur l-uffiċċju ta’ Transport Malta sabiex jiddepożita l-ammont tat-taxxa provizzjonali biex b’hekk tkun tista tiġi relaxxata l-vettura. Malli tiġi relaxxata sid il-vettura għandu 30 ġurnata sabiex jirreġistra. Id-dokumenti meħtiega huma kif stipulat: · Polza ta` assigurazzjoni Maltija · Formoli ta` Transport Malta – VEH01 u VEH02 · Formola VEH04 li tigi mimlija mill ufficjali ta dwana u ttimbrata mill pulizija · Iċ-ċertifikat ta’registrazzjoni ta’ barra tal-vettura · Irċevuta tax-xiri tal-vettura · Il-biljett tal-vapur fejn jindika d-data ta` meta waslet il-vettura Malta · Il-pjanci ta barra tal-vettura · Ċertifikat tal-VCA · Ċertifikat tal-Jevic li jiċċertifika il-kilometraġġ ta` l-imsemmija vettura jekk il-vettura tkun impurtata mill-Ġappun · Jekk il-vettura jkollha anqas minn erba snin (ghal vetturi M1) tkun eżentata milli taghmel it-test tal VRT (jew sentejn għal vetturi N1). B’ differenza għal vetturi mpurtati mill-EU, għal dawn il-vetturi (M1) tista’ tapplika minimu ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni li għandha titħallas kif stipulat fit-tabella. 12.4 Minimum Tax (The vehicle's age is the age of a vehicle from year of manufacture). Minimum tax applies to used M1 (including autogas, electric, and hybrid electic motor vehicles) and quadricycle imported from Non-EU countries excluding: The Channel Islands (Guernsey and Jersey), The Isle of Man, Monaco, Andorra or San Marino, and which have a vehicle age in excess of five (5) years Year 0 1 2 3 4 5 6 7 0g/km - 100g/km - - - - - 800 900 1000 101g/km - 130g/km - - - - - 1000 1100 1200 131g/km - 140g/km - - - - - 1200 1300 1400 141g/km - 150g/km - - - - - 3500 3920 4390 151g/km - 180g/km - - - - - 4000 4480 5018 181g/km - 220g/km - - - - - 7000 7840 8781 221g/km - 250g/km - - - - - 12000 13440 15053 more than 250g/km - - - - - 13500 15120 16934 Year 8 9 10 11 12 13 14+ 0g/km - 100g/km 2107 2360 2644 2961 3316 3714 4160 101g/km - 130g/km 2529 2832 3172 3553 3979 4457 4992 131g/km - 140g/km 2810 3147 3525 3948 4421 4952 5546 141g/km - 150g/km 4917 5507 6168 6908 7737 8666 9706 151g/km - 180g/km 5620 6294 7049 7895 8843 9904 11092 181g/km - 220g/km 9834 11015 12336 13817 15475 17332 19412 221g/km - 250g/km 16859 18882 21148 23686 26528 29712 33277 more than 250g/km 18967 21243 23792 26647 29844 33426 37437

Test għal xi liċenzja tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ressqu għat-test għal xi liċenzja tas-sewqan matul is-sena 2018? Kemm minn dawn għaddew mit-test?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, matul is-sena 2018, Transport Malta resqet 13,784 persuna għat-test tas-sewqan, li minnhom kien hemm 7,261 persuna li għaddew mit-test.