Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' vjolenza domestika matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà deskritt fi tweġiba oħra, fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, u ċjoè bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2019, kien hemm elf u żewġ (1,002) każi ta’ rapporti dwar vjolenza domestika rreġistrati mal-Pulizija. Il-persuni li allegatament wettqu dawn l-offiżi kienu mitejn u tlieta u erbgħin (243) mara u disa’ mija u wieħed (901) kienu rġiel. Kif spjegat fi tweġibiet għal mistoqsijiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet f'rapporti ta’ reat ta’ vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jiġu investigati u jitressqu l-Qorti. Peress li ma tinżammx sistema elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji kif mitluba fil-mistoqsija, mhux possibbli li jingħataw figuri eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance sa l-aħħar pagament u kemm kienet in-nefqa fuq din l-Allowance fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sena b’sena b’mod separat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ familji u tfal li qed jibbenefikaw mill-Allowance għat-Tfal sal-aħħar pagament imħallas huwa skont kif jidher f’tabella A, filwaqt illi l-informazzjoni mitluba fuq in-nefqa għal din l-Allowance fis-snin 2013 sal-2018 huwa kif jidher f’tabella B;
Tabella A
Familji
Tfal
Total
39,775
59,828
Tabella B
Sena
Total
2013
€ 41,634,932.39
2014
€ 40,596,130.04
2015
€ 40,683,016.62
2016
€ 39,625,725.23
2017
€ 38,230,236.25
2018
€ 37,765,570.81
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-fire engines fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sena b’sena b’mod separat u fl-2019 sad-data meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li sejħiet foloz (hoaxes) għall-fire engines fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant huma kif jidher hawn taħt:
2013 92
2014 115
2015 224
2016 443
2017 525
2018 535
2019 312 (sal-5/09/2019)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti akkużati b’hold ups fl-2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fis-sena 2019, sax-xahar ta’ Settembru, tressqu sbatax (17)-il persuna quddiem il-Qorti, akkużati b’hold ups.
Diviżjoni tal-Edukazzjoni – każijiet ta’ studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta’ studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal fis-sena skolastika 2018-2019? Jista' jgħid kemm minnhom baqgħu jattendu l-iskola? Jista’ jgħid l-etajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li jattendu skola sekondarja li fis-sena skolastika 2018-2019 kienu riferuti lil Servizz Għożża kien ta’ 31 fl-etajiet li se nsemmi:
(Settembru 2018- Ġunju 2019)
Età
Nru. ta’ tfajliet tqal
14
3
15
11
16
17
In-numru ta’ tfajliet tqal u l-etajiet tagħhom li fl-2018-2019 komplew jattendu skola formali kien ta’ sebgħa kif ġej:
Età
Tfajliet tqal li komplew jattendu l-iskola formali
14
2
15
5
16
0
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija ta’ persuni nieqsa sena b'sena fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u dis-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu jew irritornaw u kemm baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ persuni nieqsa li saru lill-Pulizija sena b'sena mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Settembru 2019 kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif mitlub mill-Onor. Interpellant it-tabella tinkludi wkoll dettalji ta’ kemm minn dawn instabu u kemm baqgħu ma nstabux, dettalji dwar is-sess tagħhom u l-etajiet.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta’ skart li ttieħed fis-Civic Amenity Sites fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u din is-sena sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, site b’site b’mod separat? Jista’ jgħid x’tip ta’ skart li ttieħed?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' pedofelija matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, kien hemm sitta u għoxrin (26) każ li jinvolvu erbgħa u għoxrin (24) persuna ta’ sess maskil u żewġ (2) persuni ta’ sess femminil, li tressqu l-Qorti fuq każi ta’reati relatati ma’ pedofelija, u ċjoè atti sesswali jew abbużi oħra li involvew direttament minuri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' serq matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Settembru 2019 kien hemm tliet mija u tnejn u għoxrin (322) persuna li tressqet il-Qorti fuq reati ta' serq. Minn dawn ħamsa u sittin (65) kienu nisa u mitejn u sebgħa u ħamsin (257) kienu rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni matul l-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil perjodu ta’ bejn 1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2019 tressqu sitt mija u tlieta u disgħin (693) persuna l-Qorti fuq reati ta' ksur ta’ buon ordni. Minn dawn mija u wieħed u disgħin (191) kienu nisa, filwaqt illi ħames mija u tnejn (502) kienu rġiel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u fl-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li bejn is-sena 2013 u sa Settembru tas-sena 2019 tressqu mija u ħamsa u sittin (165) persuna l-Qorti b’rabta ma’ każijiet ta’ pickpocketing kif jidhru sena b'sena fit-tabella t’hawn taħt. Ta’ min jinnota li fl-2019 il-każi rrappurtati kien terz ta’ kemm kienu fl-2016.
Sena
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
sa Settembru
Total
Ammont
23
23
19
29
8
32
11
165
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-overseas productions iffilmjati f’Malta u Għawdex minn Ġunju 2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm huwa kkalkolat li kien il-kontribut finanzjarju li ħallew dawn il-produzzjonijiet b’mod totali fl-ekonomija lokali sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm inħolqu impjiegi riżultat ta’ dawn il-produzzjonijiet sena b’sena b’mod separat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2017 sal-lum inġibdu 31 produzzjoni barranija li ħallew kważi 50 miljun ewro fl-ekonomija Maltija. Dawn il-produzzjonijiet ħolqu 4883 impjieg, b’55% tagħhom ikun crew lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-local productions li bbenefikaw mill-Malta Film Fund minn Ġunju 2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu l-fondi allokati?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2017 sal-lum inġibdu 24 produzzjoni lokali li bbenefikaw mill-Malta Film Fund bit-total tal-fondi allokati jkun ta’ aktar minn miljun ewro.
Dipartiment tal-Cleansing – ġbir ta’ skart mormi llegali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabar skart (tunnellati) mormi b’mod illegali mid-Dipartiment tal-Cleansing, fl-2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u din is-sena sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema żoni nġabru l-ikbar ammonti ta’ skart matul dan il-perjodu? Jista’ jgħid x’tip ta’ skart inġabar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin mitluba l-iskart li inġabar mill-ħaddiema għad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huwa kif ġej:
2013 9,674 tunellata
2014 14, 674 tunellata
2015 15, 408 tunellata
2016 15, 707 tunellata
2017 15, 826 tunellata
2018 15, 624 tunellata
2019 10, 200 tunellata (sal-aħħar ta Settembru)
Il-lokalitajiet ivarjaw minn madwar il-pajjiż kollu, kif ukoll jiddependi l-istaġun li tkun qed titwettaq il-ħidma.
L-ikbar ammont ta’ skart jinġabar minn żoni abbandunati u mhux frekwentati mill-pubbliku, bħal widien, żoni industrijali kif ukoll żoni fejn matul il-lejl ma jkunx hemm elettriku u għalhekk faċli ħafna li wieħed jiddisponi minn skart illegali.
L-iktar skart li jinsab mormi, huwa skart kummerċjali kif ukoll skart tal-ikel. F’dawn l-aħħar xhur rajna żieda qawwija ta’ rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni.
Rapporti ta’ każijiet ta’ bullying minn studenti fuq studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2018-2019 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti? X’passi ttieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ każi ta’ bullying li waslu għand id-Dipartiment tas-Servizz ta’ kontra l-Ibbuljar fis-sena skolastika 2018-2019 kien ta’ 544.
Kull meta nqalgħu każi ta’ bbuljar bejn l-istudenti, in-National School Support Services (NSSS) fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni, u l-iskejjel konċernati, ħadu l-miżuri meħtieġa skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni. Fost dawn ta’ min isemmi sessjonijiet kemm mal-vittma kif ukoll mal-aggressur, ta’ counselling u guidance, sessjonijiet mal-psikoloġi, social workers u ma’ professjonisti oħrajn skont il-bżonn. Barra minn hekk, il-Guidance Teachers tal-Anti-Bullying Team żaru l-iskejjel kull fejn kienu rrappurtati każi bħal dawn, biex bi proċeduri u miżuri stabbiliti, jagħtu l-għajnuna professjonali tagħhom.
Rapporti ta’ każijiet ta’ bullying minn studenti fuq għalliema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2018-2019 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq għalliema? X’passi ttieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li min-naħa tad-Direttur Ġenerali, Direttorat għal Servizzi Edukattivi, daħlu dawn il-każijiet permezz ta’ portal li ġie mniedi bħala sapport għall-edukaturi f’Jannar 2019: 30 rapport separat marbuta ma’ 10 każijiet.
Id-Direttur Ġenerali għal Servizzi Edukattivi rċeviet ukoll 13-il każ ieħor mhux permezz tal-portal.
Minn dawn it-23 każ (portal u mod ieħor), każ minnhom kien komuni.
Il-każijiet ġew riferuti lill-Prinċipali tal-Kulleġġi li bl-għajnuna tas-servizz ta’ appoġġ preżenti f’kull kulleġġ u anke b’interventi li kompliet tagħmel l-iskola, dawn il-każijiet ġew magħluqa.
Persuni li ġabu divorzju b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn meta daħal id-divorzju f'pajjiżna, kemm kienu l-persuni li ġabu d-divorzju b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin, maqsuma sena b’sena u dawk f’Malta u Għawdex b’mod separat, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
MaltaGhawdex
SenaNumru ta’ koppji li ġabu d-divorzju b’deċizjoni tal-Qorti
2011 (minn Ottubru sa Diċembru)422
201243218
201334911
20143205
201535422
201636712
201731015
2018 3558
2019 (sat-30 ta’ Settembru)2298
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mit-Taqsima tal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti u Boroż ta' Studju li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 11116 - Boroż ta' studju mogħtija.pdf