Kumpaniji b’investiment barrani li kabbru l-operat tagħhom f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm kumpaniji b’investiment minn barra li kabbru l-operat tagħhom f’Malta mis-sena 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li mis-sena 2014 s’Awissu 2017 kien hemm 48 kumpaniji b'Investiment min barra li kabbru l-operat tagħhom.
Żgħażagħ li bbenefikaw mill-Youth Specialisation Studies Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm s’issa din is-sena hu n-numru ta’ żgħażagħ li bbenefikaw mill-iskema Youth Specialisation Studies Scheme (YSSS)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-YSSS toħroġ darba fis-sena skont il-ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn Aġenzija Żgħażagħ u APS Bank Ltd fejn jintlaqgħu applikazzjonijiet mingħand studenti li jkunu jixtiequ jissellfu flus b’rata ta’ imgħax sussidjata biex ikunu jistgħu jsegwu l-istudji tagħhom barra minn Malta. Infurmat li din is-sena applikaw 33 student li minnhom il-Bord tal-għażla irrikmanda li jibbenefikaw mill-Youth Specialisation Studies Scheme 20 student – għaxra b’100% sussidju fuq l-interessi, u għaxra b’70% sussidju fuq l-interessi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-programm Artivisti organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Malti għall-Arti fl-2017 u fiex jikkonsisti l-programm Artivisti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-programm ġdid Artivisti hu maħsub biex jidentifika wħud mill-aqwa talent żgħażugħ fost l-oqsma tal-arti u tagħtihom it-taħriġ meħtieġ inkluż mentoring u networking sabiex jiżviluppaw iktar il-potenzjal krejattiv tagħhom. Infurmat li ntbagħtu 15-il applikazzjoni għal dan il-programm.
L-artisti magħżula jingħataw pakkett ta’ benefiċċji u opportunitajiet għal sena. Dawn jinkludu l-għotja ta’ €2,000 għall-iżvilupp krejattiv personali tagħhom, is-servizzi ta’ mentor professjonali biex jappoġġjahom fil-karriera tagħhom, parteċipazzjoni f’artist-in-residency u opportunitajiet ta’ networking ma’ Artivisti oħra. Huma jsiru wkoll membri tal-komunità tal-alumni ‘Artivisti’ u jkunu jistgħu jappoġġjaw artisti oħra li jkunu qegħdin jieħdu sehem f’edizzjonijiet ġejjiena tal-programm.
Kunsilli Lokali Żgħażagħ – proġetti fil-komunitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti se jkunu qed jiġu implimentati fil-komunitajiet permezz tal-Kunsilli Lokali Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa l-Kunsilli Lokali Żgħażagħ li se nsemmi jinsabu f’fażi ta’ implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom:
Naxxar - isem tal-proġett: Meet Teen
Proġett intiż biex żgħażagħ bejn it-13 u s-16-il sena mill-lokalità tan-Naxxar u ħbieb tagħhom jingħaqdu flimkien biex jagħmlu ħbieb ġodda u jippjanaw huma stess l-attivitajiet li jixtiequ jagħmlu. Biex jintlaħaq dan il-għan ġie żviluppat u attrezzat il-foyer tal-Kunsill Lokali Naxxar, inxtara xi logħob, ġew organizzati diversi attivitajiet, kif ukoll ġie ingaġġat youth worker biex jieħu ħsieb l-iżvilupp emozzjonali u soċjali taż-żgħażagħ.
Msida - isem tal-proġett: Innaddfu għal Ambjent Aħjar
Dan huwa proġett b’tema ambjentali fejn iż-żgħażagħ identifikaw zona biex jagħmlu tindif u tisbiħ u fl-istess waqt iqajjmu kuxjenza rigward l-importanza li nibżgħu għall-ambjent u l-liġijiet kontra l-vandaliżmu.
Santa Venera - isem tal-proġett: Nikkonservaw dak li writna
Wara li kienu qed jorganizzaw tindif ta’ ġnien pubbliku, il-Kunsill Lokali Żgħażagħ identifika skudett li hemm fl-entratura ta’ l-istess ġnien u l-iskrizzjoni relatata miegħu, u applikaw għall-fondi biex isir ir-restawr tagħhom.
Ħaż-Żebbuġ - isem tal-proġett: Tisbiħ ta’ ġonna, għal raħalna aħjar
Proġett li jipprevedi xogħol ta’ tisbiħ f’żewġ ġonna bl-użu ta’ materjali riċiklati, li jinġabru wara sejħa mill-Kunsill. F’kull ġnien ser tinbena zona ta’ rikreazzjoni għal nies ta’ kull età u abilità li magħha tinkludi wkoll librerija outdoor.
Ħal-Safi - isem tal-proġett: Il-Volontarjat mill-Qalb għall-Ambjent Aħjar
Proġett fejn iż-żgħażagħ iqajjmu kuxjenza rigward l-importanza li nħarsu l-ambjent, permezz ta’ attivitajiet li jorganizza flimkien mal-Kunsill Lokali, ma’ tfal u żgħażagħ oħra, u li jintemm b’mural ma’ ħajt ta’ ġnien pubbliku li propju jfakkar kemm hu sabiħ l-ambjent ta’ Ħal-Safi.
Marsaskala - isem tal-proġett: #Irridngħin
It-tema tal-proġett hija kuxjenza u ħeġġa lill-komunità rigward xogħol volontarju, bl-għan li iktar nies jagħtu ftit minn ħinhom biex jagħtu kontribut għat-titjib tas-soċjetà. Ser isiru kuntatti ma’ diversi NGOs għal dan il-għan u se jsir ukoll vidjo fuq it-tema tal-volontarjat.
Żurrieq - isem tal-proġett: Insebbħu n-Natura Żurriqija
Dan il-proġett jikkonsisti fit-tħawwil ta’ madwar 40 siġra u jitqegħdu madwar 4 bankijiet fiz-zona magħrufa bħala ‘Il-Ġibjun’. Intgħażel dan il-post minħabba li huwa aċċessibbli għal kulħadd u frekwentat anke minn nies mhux Żrieraq.
Żabbar - isem tal-proġett: #CrushtheStereotypes
Il-Kunsill Lokali Żgħażagħ Żabbar ser jagħmel vidjo qasir ta’ madwar ħames minuti fejn jagħtu promozzjoni lil Ħaż-Żabbar, iż-żgħażagħ tal-lokalità, kif ukoll messaġġ favur id-diversità ħalli jingħelbu l-isterjotipi.
Ħamrun - isem tal-proġett: Nagħtu kulur lill-Ħamrun
Iż-żgħażagħ se jagħmlu ktieb tat-tpinġija u attivitajiet oħra bit-titlu ‘Giving Colour to Hamrun’. Dan il-ktieb, intiż għal tfal tal-primarja, se jkollu l-intenzjoni li jippromwovi l-lokalità tal-Ħamrun mat-tfal li jista’ jkun ma japprezzawx biżżejjed il-lokalità tagħhom.
Mqabba - isem tal-proġett: Azzjoni b’Missjoni
Proġett li jinvolvi l-installazzjoni ta’ apparat ta’ outdoor gym fil-ġnien ta’ Misraħ iż-Żgħira. Il-proġett ma jikkonsistix biss fix-xiri ta’ apparat imma huwa intiż ukoll li jsiru xi attivitajiet oħra li jisħqu fuq l-importanza ta’ saħħa u eżerċizzju.
Gudja - isem tal-proġett: Ġnien iż-Żgħażagħ
Iż-żgħażagħ se joħolqu spazju fil-beraħ li jkun miftuħ għaż-żgħażagħ kollha kemm dawk li diġà jattendu xi ċentri kif ukoll dawk li le. Peress li z-zona identifikata tirrikjedi xogħol mhux ħażin, dal-proġett se jkun meqjus bħala l-ewwel fażi fejn ser isir tindif, jiżdiedu xi bankijiet, u jitħawwlu siġar taż-żebbuġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ibbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea minn Marzu 2013 sal-lum u f’kemm il-proġett issarrfu dawn il-fondi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu msemmi, il-FAM ibbenefikat minn €159,855,272 (mija u disa’ u ħamsin miljun, tminn mija u ħamsa u ħamsin elf, mitejn u tnejn u sebgħin ewro) mill-fondi tal-Unjoni Ewropea għal 23 proġett.
Fgura – Triq l-Għarnuq – xogħol ta’ bankini u asfaltar ta’ toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub illi jibda x-xogħol ta' bankini u asfaltar fi Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq, il-Fgura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħal Tarxien – xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità ta' Ħal Tarxien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Gudja — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità tal-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Raħal Ġdid — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità ta' Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Santa Luċija — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità ta' Santa Luċija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Fgura — xogħol ta’ toroq u xogħol infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xogħol ippjanat ta' toroq u xogħol ieħor infrastrutturali minn issa sas-sena 2018 ġewwa l-lokalità tal-Fgura?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.