Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tħallas f’sahra lill-Pulizija fil-perjodu bejn Jannar 2016 u Lulju 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont li tħallas f'sahra lill-Pulizija fil-perjodu bejn Jannar 2016 u Lulju 2017 kien ta' €4,196,636.90 (Erba’ miljuni, mija u sitta u disgħin, sitt mija u sitta u tletin euro u disgħin ċenteżmu).
Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm xiri ta’ apparat ġdid fid-Dipartiment tal-Forensika matul is-sena 2017? Jekk dan hu minnu, jista’ jindika x’inhu dan l-apparat u x’inhu l-użu tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi apparat ġdid għall-użu ta' investigazzjonijiet fuq dokumenti, inxtara għad-Dipartiment tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija matul din is-sena. Dan inxtara biex jissostitwixxi apparat li kellu aktar minn tletin sena u li ma baqax jilħaq il-kwalitajiet neċessarji fil-laboratorju, għal dan it-tip ta' xogħol.
Korp tal-Pulizija – Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk it-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa tal-Korp tal-Pulizija neditx xi kampanji biex tinforma/teduka lill-pubbliku dwar il-prevenzjoni mill-kriminalità tul l-aħħar sentejn? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti dettalji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tar-Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa tal-Korp tal-Pulizija bl-assistenza ta' sezzjonijiet varji tal-Korp tal-Pulizija, nediet diversi kampanji biex tinforma/teduka lill-pubbliku dwar il-prevenzjoni mill-kriminalità tul l-aħħar sentejn. Dettalji ta' dawn il kampanji jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika x’qed isir jew x’sar matul din is-sena biex titjieb is-sitwazzjoni infrastrutturali tal-varji għases f’pajjiżna?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-sena li ninsabu fiha l-Pulizija għamlet diversi xogħlijiet infrastrutturali li jinkludu manutenzjoni, tiswijiet u modernizzar ta' diversi għases. Sar xogħol estensiv fl-Għases taż-Żejtun, ta' Birżebbuġa u ta’ Ħaż-Żabbar, li jinkludi tisbiħ u modernizzar. Sar xogħol ukoll fl-għases tar-Rabat, Għawdex, il-Mosta, Raħal Ġdid u l-Imtarfa, fejn inbnew 'Interviewing Rooms' u xogħol ta' manutenzjoni ieħor. Waqt li qed isir xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni l-Għassa ta' San Ġiljan sar xogħol ieħor fl-għases tal-Imsida, l-Isla, Birkirkara, Raħal Ġdid, Ħaż-Żebbug, Ħal Għaxaq u Ħal Qormi, Ħal Balzan, u l-Qawra, iż-Żurrrieq u l-Fgura fejn ix-xogħol varja minn manutenzjoni, tiswijiet u xogħol ieħor. Xogħol ieħor isir skont il-bżonn f'lokalitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li jinbnew xi għases ġodda matul din is-sena? Jekk iva, iddaħħlux diġà xi applikazzjonijiet simili mal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi hemm il-ħsieb li tinbena għassa ġdida ġewwa Marsaskala. Din is-sena diġà beda l-proċess biex tlestew il-pjanti u diġà ddaħħlu l-applikazzjonijiet relatati mal-Awtorità tal-Ippjanar għal dan l-iskop. Eventwalment joħorġu t-tenders meħtieġa għal din l-għassa bil-possibilità li tkun lesta s-sena ta' wara.
Jista’ l-Ministru jindika jekk infetħux xi applikazzjonijiet biex wieħed jissieħeb mal-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, f’liema gradi? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm xi reklutaġġi, ingaġġi u/jew promozzjonijiet li diġà saru fil-Korp tal-Pulizija matul l-2017? Jekk iva, f’liema gradi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-30 ta’ Settembru 2017, fil-Korp tal-Pulizija kien hemm l-ingaġġi u promozzjonijiet kif jidhru hawn taħt:
Promozzjonijiet
Numru ta’ promozzjonijiet
Data
Minn Kuntistabbli għar-rank ta’ Surġent
52
08.03.2017
Minn Assistent Kummissarju għall-grad ta’ Deputat Kummissarju
4
15.03.2017
Minn Surġent Maġġur tat-tieni klassi għar-rank ta’ Surġent Maġġur tal-ewwel klassi
2
24.04.2017
Minn Kuntistabbli għar-rank ta’ Surġent
16
15.05.2017
Minn Supretendent għall-grad t’Assistent Kummissarju
10
23.06.2017
Supretendent, Surġent u ex-Surġent kellhom il-promozzjoni tagħhom mogħtija b’lura, wara deċiżjoni tal-‘
Grievances Review Board’
.
Ingaġġi
Numru
Data
Riservisti
33
23.03.2017
Re-Instatements (2 Kuntistabbli)
2
26.05.2017
Re-Instatements
(Surġent Maġġur u 3 Kuntistabbli)
4
16.06.2017
Rekluti ġodda
101
99 from 19.09.2017
2 from 22.09.2017
Barra minn hekk, tlieta u tletin (33) membru tal-Korp (Surġenti u Kunstistabbli) flimkien ma’ ħames (5) kandidati minn barra (38 b’kollox) temmew b’suċċess il-parti kwalifikatorja tal-kors għar-rank ta’ Spettur u mistennija jilħqu Spetturi tal-Pulizija bi Prova. F’Ottubru 2017 ser jibdew kors ta’ sena
full-time
fl-Università ta’ Malta fid-‘
Diploma in Policing’
. Jekk jgħaddu mill-kors, jiġu konfermati bħala Spetturi tal-Pulizija (2018).
Persuni li bbenefikaw mill-bonus tal-kontribuzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li bbenefikaw mill-bonus tal-kontribuzzjoni nieqsa matul is-sena 2016 u kemm kienet l-ispiża għall-istess sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-bonus tal-kontribuzzjonijiet nieqsa matul is-sena 2016 kien ta’ 12,763. L-ispiża kienet ta’ €1,879,469.67
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fuq il-benefiċċju tal-qagħad fl-aħħar ta’ Marzu 2013 u fl-aħħar ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Tip ta’ Benefiċċji
Marzu 2013
Ġunju 2017
Għajnuna għall-Qgħad (UA)
4,348
1,067
Benefiċċu għal Diżimpjieg (UB)
743
215
Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg (SUB)
229
31
Total
5,320
1,313
Persuni li bbenefikaw mill-In Work Benefit u tapering of benefits
Question
Wara l-introduzzjoni tat-tapering of benefits u tal-In-Work Benefit, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ persuni li qed jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji u kemm hija l-ispiża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li qed jibbenefikaw mit-Tapering of Benefits (UAT) huwa ta’ 2,559 u l-ispiża skont l-aħħar pagament illi sar fit-23 ta’ Settembru, 2017 kienet ta’ €444,061.24. In-numru ta’ persuni li qed jibbenfikaw mill-In-Work Benefit (IWB) huwa ta’ 2,360 u l-ispiża tal-aħħar pagament illi sar fis-7 ta’ Ottubru, 2017 kienet ta’ €215,565.70.
Anzjani li bbenefikaw mill-għotja għall-anzjani ta’ €300
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ anzjani li matul is-sena 2016 ibbenefikaw mill-għotja għall-anzjani ta’ €300? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża għall-imsemmi perjodu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2016, kien hemm 29,623 persuna li bbenefikaw mill-għotja tal-anzjani ta’ €300. L-ispiża kienet ta’ €8,580,972.85. Inżid ngħid illi din l-għotja, fl-ewwel sena titħallas pro-rata minn mindu l-anzjan jew anzjana jagħlqu l-eta` ta’ 75 sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ persuni fuq l-għajnuna soċjali sena b’sena mill-2013 sal-2016 u kemm kienet l-ispiża sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija skont it-tabelli kif ġej :
Benefiċċji
2013
Persuni
Ammont (€)
Għajnuna Soċjali (SA)
9,235
32,645,458.43
Għajnuna Soċjali (SAF)
348
1,123,183.12
Għajnuna Soċjali (SUP)
3,469
17,497,336.56
Total
13,052
5,265,978.1
Benefiċċji
2014
Persuni
Ammont (€)
Għajnuna Soċjali (SA)
9,968
31,694,989.01
Għajnuna Soċjali (SAF)
356
1,166,934.68
Għajnuna Soċjali (SUP)
3,556
18,081,230.36
Total
13,880
50,943,154.05
Benefiċċji
2015
Persuni
Ammont (€)
Għajnuna Soċjali (SA)
6,968
28,541,616.26
Għajnuna Soċjali (SAF)
332
1,119,931.69
Għajnuna Soċjali (SUP)
4,006
16,167,411.26
Total
11,306
45,828,959.21
Benefiċċji
2016
Persuni
Ammont (€)
Għajnuna Soċjali (SA)
6,290
27,970,779.40
Għajnuna Soċjali (SAF)
309
1,086,633.64
Għajnuna Soċjali (SUP)
3,478
14,779,778.51
Total
10,077
43,837,191.55
Tajjeb li ngħid illi l-informazzjoni kif mitluba hija ibbażata fuq numru ta’ benefiċċji li jfisser li jekk persuna tkun għal xi żmien waqfet tieħu l-benefiċċji u terġa tibda matul sena partikolari, fl-istatistika se tgħodd aktar minn darba (kemm il-darba tieqaf u terġa tibda).
Fil-fatt in-numru ta’ persuni li fl-aħħar ta’ Settembru 2017 kienu qed jirċievu xi wieħed mill-benefiċċji imsemmija (ħlief l-SAF li issa saret Allowance għal Carer) kien ta’ 8,710.
Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema Gozo Transport Grant Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Gozo Transport Grant Scheme bejn is-sena 2014 u d-data sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 125 intrapiża bbenefikat taħt l-iskema tal-Gozo Transport Grant mill- 2014 sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema Trade Promotion
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Trade Promotion?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 116-il intrapiża bbenifikat taħt l-iskema tat-Trade Promotion minn mindu ġiet imnedija l-iskema fl-2016 sal-aħħar ta’ 2017.
Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema Knowledge Transfer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Knowledge Transfer?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li intrapiża waħda bbenifikat taħt l-iskema tal-Knowledge Transfer minn meta ġiet imnedija l-iskema fl-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
Intrapriżi li bbenefikaw mill-iskema Investment Aid Tax Credits 2014-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Investment Aid Tax Credits 2014-2020?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 73 intrapiża bbenefikat taħt l-iskema tal-Investment Aid Tax Credits 2014 -2020 mill-2014 sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi miftuħin mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta’ ħaddiema ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi miftuħin mill-Malta Enterprise biex jgħinu fl-impjieg ta’ ħaddiema ġodda huma: Innovation Aid for SMEs; Tax Credits for R&D and Innovation; Business Associations Grant; u Trade Promotion (Schedule E). Indirettament l-iskemi tal-Micro Invest, Investment Aid Tax Credits 2014 – 2020, Micro Guarantee 2017 – 2020 u B.Start ukoll jgħinu biex jinċentivaw impjiegi ta’ ħaddiema ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qiegħed jitwettaq u hu ppjanat li jitwettaq, f’żoni ta’ Natura 2000?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet ta’ tmexxija tas-siti Natura 2000, li ġew approvati mil-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima fl-2016, komplew jiġu implimentati, b'attivitajiet f’bosta nħawi. Xogħlijiet għaddejjin jinkludu attivitajiet fil-Qala ta’ Santa Marija u r-Ramla tat-Torri għall-ħarsien tal-għaram tar-ramel, it-tneħħija ta’ speċi barranin u aljeni f’xi siti bħal f’Kemmuna; kif ukoll xogħlijiet li huma għaddejjin jew qed jiġu ppjanati fi nħawi bħall-Għadira s-Safra, il-Magħluq ta’ Marsaskala, il-Ballut ta’ Marsaxlokk, l-Għadira, is-Simar, il-Buskett u l-Majjistral Park. Minbarra minn dan, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima qiegħed jaħdem biex isaħħaħ il-ħidma tal-ERA fuq dawn il-pjanijiet permezz ta’ Ambjent Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ skart u speċi aljeni tneħħew fl-aħħar azzjoni tal-ERA fuq Kemmuna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi, flimkien mal-PARKS u l-Wasteserv ġabret 9 tunnellati ta’ skart ġenerali, 30 tunnellata ta’ skart tal-metall, 2 vetturi fi tmiem żmienhom u 33 tunnellata ta’ Agave u speċi aljena oħra.