Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija u Immanniġġar tal-Ilma – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – Direct orders bejn l-2008 u l-2013

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tagħha) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Tista’ tagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sa mis-sena 2007 sas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mis-sena 2007 sas-sena 2017 jinsab fit-tabella ta' hawn taħt: Sena finanzjarja Ammont € 2006/2007 888134.17 (Lm 381,276) 2007/2008 880321.45 (Lm 377,922) 2008/2009 904,934 2009(April-Diċembru)780,524 2010 1,170,851 2011 1,171,557 2012 1,251,265 2013 1,235,326 2014 1,233,873 2015 1,274,738 2016 1,314,346 2017 1,684,906

Kontribuzzjonijiet ta’ kumpaniji – fond

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jamministra l-fond li fih jiġu depożitati l-kontribuzzjonijiet ta' kumpaniji li ma jimpjegawx persuni b'diżabilità skont il-liġi? Jista’ jgħid kif jintużaw dawn il-fondi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-fond li fih jiġu depożitati l-kontribuzzjonijiet ta’ kumpaniji li ma jimpjegawx persuni b’diżabilità skont il-liġi huwa amministrat minn Jobsplus. Jobsplus tuża dan il-fond sabiex tiffinanzja l-ħidma tal-Fondazzjoni Lino Spiteri fejn fost oħrajn, jiġi pprovdut taħriġ u sapport lil min iħaddem sabiex jiġi ffaċilitat l-impieg ta’ persuni b’diżabilità.

Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta – operating Surplus/Deficit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-operating surplus/deficit fil-finanzi tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għal kull sena mis-sena 2010 sas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Financial Situation Indicator tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, skont it-termini ta’ Regolament 4 (2)* tar-Regolament dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (L.S. 363.01) hu: 2010+€219,636 2011- €51,197 2012- €95,000 2013- €626,160 2014- €715,967 2015- €738,650 2016- €513,006 * (2) Għall-iskop ta’ dawn ir-regolamenti, l-indikatur tal-qagħda finanzjarja jkun il-mezz kif għandu jiġi applikat bl-iskop li jiddetermina bilanċ pożittiv u kif dan jirriżulta mid-differenza bejn l-assi kurrenti totali kollha u t-total tal-rbit kurrenti fit-tul għas-snin finanzjarji kurrenti u ta’ wara, mnaqqsa xi rbit fit-tul approvat mill-Ministru skond ma hemm fl-Att. L-Operating Surplus / Defecit skont l-Istqarrijiet Finanzjarji, hekk kif jirriżultaw mill-Income & Expenditure Account huma: 2010€78,169 2011€24,854 2012 - €29,897 2013- €215,972 2014- €165,478 2015€14,609 2016 - €83,756

Kunsill Lokali Belt Valletta – audited accounts

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3628, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għalfejn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qiegħed sena wara l-oħra jinjora d-deadline impost mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jippreżenta l-audited accounts? Jista’ jgħid għalfejn l-audited accounts għas-sena 2016 li suppost ġew ippreżentati fis-17 ta’ Frar 2017 mill-Kunsill Lokali għadhom ma ġewx ippreżentati? Jista’ jgħid jekk hemmx ħjiel meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jippreżenta l-audited accounts għas-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-kawża prinċipali tad-dewmien li seħħ kien minħabba li l-kumpanija li kienet tagħti s-servizzi ta’ accountancy lill-Kunsill kienet inħatret Udituri Lokali tal-Kunsill Lokali il-Belt Valletta. Wara li l-Kunsill Lokali ħatar accountant ġdid, u anke saru laqgħat mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, is-sitwazzjoni tidher li qed tiġi regolarizzata. Ir-riżultat jidher billi fi ftit xhur il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta approva l-istqarrijiet finanzjarji tal-2015 u l-2016 li ġew approvati fis-6 ta’ Novembru 2017 u fit-22 ta’ Jannar 2018 u li kopja tagħhom qed tiġi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali offra s-sapport meħtieġ kif ukoll wettaq il-monitoraġġ ta’ dan il-Kunsill u lill-Lokalitajiet oħra, sabiex jassigura ili fejn kien hemm problemi simili jiġu megħluba u l-Istqarrijiet Finanzjarji jiġu sottomessi fil-ħin. Minbarra dan, għall-ewwel darba, tajjeb jiġi rrimarkat illi matul is-sena l-oħra id-Dipartiment ħadem b’kuntatt kontinwu mal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, sabiex waqt il-proċess tal-verifika mill-Udituri Lokali, jkun infurmat ġimgħa b’ġimgħa dak li qed iseħħ sabiex jagħmel l-interventi tiegħu fejn kien meħtieġ. Issa li s-sitwazzjoni f’dan il-Kunsill, kif ukoll f’oħrajn, kompliet tiġi irregolarizzata, grazzi wkoll għall-ħidma tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, nħarġu struzzjonijiet ċari permezz taċ-Ċirkolari 3/2018 lill-Kunsilli Lokali kollha li għal proċess ta’ verifika li se jitwettaq din is-sena mhux se jkun ittolerat l-ebda dewmien biex nassiguraw li jkun hemm gvernanza tajba, nkluż is-sottomissjonijiet fil-ħin tal-Istqarrijiet Finanzjarji. Infakkar fid-doveri krucjali tas-Segretarji Ezekuttivi fejn jidhlu l-istqarrijiet Finanzjarji.

Stipendju lill-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ stipendji li l-Gvern jipprovdi lil studenti differenti? Jista’ jgħid jekk jingħatax stipendju addizzjonali lil studenti li għandhom bżonn aktar għajnuna minħabba ċirkostanzi personali jew familjari? Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm żieda fl-istipendju tal-istudenti fl-aħħar snin? Jekk iva, f’kemm kienet tikkonsisti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku ta’ rati ta’ għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti li l-Gvern jipprovdi lill-istudenti f’korsijiet f’diversi istituzzjonijiet post sekondarji, vokazzjonali u terzjari f’livelli differenti. F’dawn l-aħħar ħames snin ġew imnedija diversi miżuri ġodda u tkomplew issaħħew miżuri eżistenti fosthom bit-twessiegħ tal-parametri għall-istipendju supplimentari biex jgħinu studenti li għandhom bżonn aktar għajnuna minħabba ċirkostanzi personali jew familjari fosthom: Miżuri ġodda: · Studenti b’diżabbiltà bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment, inklużi dawk Supplimentari. · Studenti residenti fi djar tal-Knisja jew konservatorji bdew jitqiesu awtomatikament eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment, inklużi dawk Supplimentari. · Bdiet tingħata għotja addizzjonali lil studenti li huma ġenituri waħedhom u li jiddependu finanzjarjament fuq dak li jirċievu mis-Sigurtà Soċjali, u li fl-istess ħin qegħdin jistudjaw f’livell post-sekondarju jew terzjarju full time . Għotja Supplimentari: Bħala parti mill-miżuri mħabbrin fil-Baġit, f’Jannar tal-2017 it-thresholds tad-dħul annwali għolew. B’hekk, aktar studenti saru eliġibbli għall-Għotjiet Supplimentari kif ġej: Thresholds għall-Għotjiet Supplimentari Sa Jannar 2017 Minn Jannar 2017 (skont ir-reviżjoni tal-Baġit) Rata ta’ persuna li tgħix waħedha €8,900 €9,100 Rata ta’ persuna b’ġenitur wieħed €9,800 €10,500 Rata ta’ persuna li tgħix mal-familja €11,900 €12,700 Din il-miżura bdiet tiġi implimentata f’Marzu 2017. Fl-2017, l-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment ipproċessa 2,458 applikazzjoni għal għotja supplimentari. Sad-data ta’ din il-PQ għas-sena akkademika 2017/2018 kien hemm 2,473 studenti li imlew it-talba tagħhom għall-għotja supplimentari. Żjieda tal-Għoli tal-Ħajja Fi Frar 2015, l-istipendji tal-istudenti kollha ġew aġġustati biex jirriflettu ż-żjieda tal-Għoli tal-Ħajja (COLA). L-ammont taż-żjieda tal-Għoli tal-Ħajja, mifrux fuq 10 pagamenti għas-sena 2014/15 u l-ewwel stipendju għas sena 2015/16 laħaq is-somma ta’ €125,000. F’Marzu 2015, 17,714-il student irċieva bonus pro rata għal darba (skont il-Baġit tal-2014) li tela’ għal spiza ta’ €81,817. Fi Frar 2016 l-istipendji u stipendji supplimentari reġgħu ġew riveduti b’ammont proporzjonali taż-żjieda tal-għoli tal-ħajja (cola) u għaldaqstant l-istipendji u stipendji supplimentari ġew aġġustati b’żjieda ta’ 0.93%. Dan sarraf f’investiment akbar ta’ madwar €161,405 għas-sena akkademika 2015/16. Fi Frar 2017, l-istipendji tal-istudenti kollha ġew aġġustati b’żieda pro rata biex jirriflettu ż-żjieda mogħtija fil-Baġit ta’ 0.91% tal-Għoli tal-Ħajja (COLA). Dan l-ammont taż-żjieda tal-Għoli tal-Ħajja affettwa seba’ (7) pagamenti ta’ stipendji minn Frar sa Awwissu 2017, li jaqgħu mas-sena akkademika 2016-17. Iż-żewġ stipendji li tħallsu f’Diċembru 2017, u li jaqgħu mas-sena akkademika 2017-18 ukoll irriflettew din iż-żieda. Iż-żieda fl-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti tal-cola pro rata għas-sena 2018 ser tkun 0.91%.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2600, fejn jidher li bi żvista ġiet provduta biss informazzjoni għas-sena 2016, jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, sa mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabbli?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Skola Nazzjonali tal-Isport — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li qed jattendu l-Iskola Nazzjonali tal-Isport huwa 215 u huma mqassmin kif ġej: Sena Subien Bniet Total 7 sena 26 14 40 8 sena 23 16 39 9 sena 31 15 46 10 sena 28 17 45 11-il sena 26 19 45 Total 134 81 215

Skola Nazzjonali tal-Isport – kriterji biex jintgħażlu studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji sabiex jintgħażlu studenti għall-Iskola Nazzjonali tal-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul għas-seba’ sena huwa mmirat għal studenti li jinsabu fl-aħħar sena skolastika primarja. Id-dħul għad-disa’ sena huwa mmirat għal studenti li jinsabu fit-tieni sena skolastika sekondarja. Il-prinċipju ewlieni tal-iskola huwa li toffri biss post għal atleti adoloxxenti fl-ogħla livelli ta’ ħiliet sportivi li tal-età tagħhom, jirriżultaw fost l-aqwa fil-qasam sportiv tagħhom fil-Gżejjer Maltin. Fil-każ ta' studenti li japplikaw għal dħul fis-seba' sena, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tidentifika dawk il-kandidati li jaqgħu taħt dawn il-kriterji:- - Il-kandidat irid ikun twieled wara l-ewwel ta’ Jannar 2007 . - Il-kandidat irid ikun irrekomandat bħala atleta ta’ livell għoli mill-assoċjazzjoni sportiva akkreditata. - Il-kandidat irid ikun qed jieħu sehem fi skema għaż-żgħażagħ imħaddma minn assoċjazzjoni sportiva akkreditata għal mhux inqas minn sena (12-il xahar) mid-data tal-applikazzjoni. Fil-każ ta' studenti li japplikaw għal dħul fid-disa' sena, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport tidentifika dawk il-kandidati li jaqgħu taħt dawn il-kriterji:- - Il-kandidat irid ikun twieled wara l-ewwel ta’ Jannar 2005. - Il-kandidat irid ikun irrekomandat bħala atleta ta’ livell għoli mill-assoċjazzjoni sportiva akkreditata. - Il-kandidat irid ikun qed jieħu sehem fi skema għaż-żgħażagħ imħaddma minn assoċjazzjoni sportiva akkreditata għal mhux inqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni. Barra minn hekk, għall-għażla ta’ studenti-atleti fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport jiġu kkunsidrati dawn il-kriterji: - Attitudni pożittiva u entużjasta biex isostnu l-iżvilupp personali tagħhom - Ħerqa li j/tirnexxi - Kunfidenza fih/a nnifsu/nnifsiha - Potenzjal għoli għall-futur fl-iżvilupp tal-isport magħżul - Livell għoli fl-ikkowċjar li tgħinhom jagħrfu u jaċċettaw rispons differenti - Livell tajjeb ħafna fl-attributi fiżjoloġiċi, kompetenzi fit-teknika relevanti għall-isport magħżul tagħhom (evalwat fl-assessjar tal-isport magħżul) - Livell tajjeb ta’ għarfien sportiv (regoli ġenerali, ħiliet, teknika u tattiċi) relevanti għall-isport magħżul - J/Turi sforz akkademiku pożittiv, imġiba u attitudni li j/tirnexxi - Livell għoli ta’ appoġġ mill-ġenituri/kustodji

Kumpaniji — kontribuzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li ppreferew iħallsu kontribuzzjoni minflok jimpjegaw persuni b'diżabilità matul is-sena 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità (Kapitolu 210), it-talba lill-kumpaniji għall-kontribuzzjoni relatata mas-sena 2017 għandha ssir aktar tard din is-sena. It-talbiet għall-kontribuzzjoni li diġà ħarġu lill-kumpaniji kienu relatati mas-snin 2015/2016. Minn dawn, sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien hemm 402 kumpaniji li ħallsu l-kontribuzzjoni għan-nuqqas ta’ impjiegi ta’ persuni b’diżabilità.

Kumpaniji li ma ħallsux kontribuzzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kumpaniji li qed jirrifjutaw li jħallsu l-kontribuzzjoni wara li fl-2017 naqsu li jimpjegaw persuni b'diżabilità skont il-liġi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità (Kapitolu 210), it-talba lill-kumpaniji għall-kontribuzzjoni relatata mas-sena 2017 għandha ssir aktar tard din is-sena. It-talbiet għall-kontribuzzjoni li diġà ħarġu lill-kumpaniji kienu relatati mas-snin 2015/2016. Minn dawn, sal-aħħar ta’ Diċembru 2017 kien hemm 149 kumpanija li ma ħalsitx il-kontribuzzjoni għan-nuqqas ta’ impjiegi ta’ persuni b’diżabilità.

Kumpaniji li rrifjutaw li jimpjegaw persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu kontra kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità jew li jħallsu l-kontribuzzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus tieħu passi legali f’każijiet fejn kumpanija tirrifjuta li tħallas kontribuzzjoni relatata mal-impjieg ta’ persuni b’diżabilità.

Kumpaniji – ħlas ta’ kontribuzzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'kemm tammonta l-kontribuzzjoni li kumpanija jeħtieġ tħallas, fl-eventwalità li tonqos li timpjega persuni b'diżabilità skont il-liġi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar l-impieg ta’ persuni b’diżabilità (Kapitolu 210), il-kontribuzzjoni li kumpanija teħtieġ tħallas fl-eventwalità li tonqos li timpjega persuni b'diżabilità skont il-liġi tammonta għall-€800 għall-2015, €1,600 għall-2016 u €2,400 fis-snin segwenti.

Giovanni Curmi Higher Secondary – studenti ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati studenti ġodda sabiex jattendu l-Giovanni Curmi Higher Secondary ġewwa n-Naxxar matul is-sena 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti ġodda reġistrati f`Giovanni Curmi HSS din is-sena huwa 892. Dan huwa n-numru ta` studenti ta' l-Ewwel sena.

MCAST – studenti — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu xi kors ġewwa l-MCAST? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma studenti full-time u kemm huma part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa fl-MCAST hemm 6,491 student li qed jattendu għal kors full-time filwaqt li 1,049 qed jattendu kors part-time.

MCAST – studenti ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati studenti ġodda sabiex jattendu l-MCAST matul is-sena 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti ġodda li ġew reġistrati fl-2017 (għas-sena akkademika 2017-18) kien ta’ 2,150 student ġdid minn total ta’ 6,638 student (Ottubru 2017).

MCAST – korsijiet li jwasslu għal degree

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li jwasslu għal degree offruti ġewwa l-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' korsijiet li jwasslu għal degree offruti ġewwa l-MCAST.