Skema Aċċess għall-Impjiegi — persuni b’diżabilità li daħlu fid-dinja tax-xogħol
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11005, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b’diżabiltà li daħlu fid-dinja tax-xogħol permezz tal-iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta` Ġunju 2015, minn meta ġiet imnedija l-Iskema t`Aċċess għall-Impjiegi (A2E), daħlu fid-dinja tax-xogħol total ta` 302 persuni b'diżabilità.
Ta’ min jinnota li n-numru ta’ persuni indikat taħt din l-iskema kif ukoll in-numri kwotati fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 11544, 11545 u 11546, li jirreferu għal Sheltered Employment Training, Pre-Employment Training u Bridging the Gap rispettivament, mhumiex uniċi. Peress li persuna tista’ tkun ipparteċipat f’iżjed minn skema waħda, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-figuri mogħtija fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11544.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanat xogħol fi Triq San Xmun, il-Fgura? Jekk iva, liema parti?
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-triq indikata hija waħda milli se jsiru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsiru xogħlijiet fi Triq is-Sur il-Fgura? Jekk iva, f’liema parti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-triq indikata għadha kemm bdiet tinbena mill-ġdid fil-jiem li għaddew.
Toroq residenzjali li nbnew mill-ġdid jew sarilhom resurfacing
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Ġunju 2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija kemm kienu t-toroq residenzjali f’Malta u Għawdex li nbnew mill-ġdid jew li sarilhom resurfacing? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid kemm-il metru sar f'bini ġdid jew f’resurfacing?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2019, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, kemm kien in-numru totali ta' telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 imqassma skont il-problema ppreżentata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej;
SPL 179: Telefonanti Ġenwini – Jannar – Ġunju 2019
Totals
Aids or HIV
15
Alcohol
62
Anxiety
51
Behavioural problems
119
Bereavement
16
Bullying
26
Child abuse – emotional
39
Child abuse – internet
3
Child abuse – neglect
88
Child abuse – physical
60
Child abuse – sexual
17
Depression
236
Disability related issues
20
Domestic Abuse – emotional
260
Domestic Abuse – neglect
11
Domestic Abuse – physical
196
Domestic Abuse – sexual
2
Drugs
89
Elderly
123
Financial
10
Fostering
48
Gambling
11
Homeless
173
Housing related issues
19
Information – internet
39
Information – services
681
Legal issues
77
Listening
2000
Loneliness
611
Marital or partners
83
Medical or terminal illnesses
25
Mental health
308
Others
283
Parent-child relationship
123
Persons in separation process
88
Pregnancy related issues
10
Rape
0
Refugees
6
Relationship problems and family problems
195
Residential homes
4
School related issues
3
Sexuality related issues
6
Single parents
2
Single persons
9
Suicide
99
Unemployment
2
Usury
4
Volunteer called
7
Totals
6359
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-klijenti li jirrikorru għall-għajnuna tal-179 jaf ikollhom aktar minn problema waħda, it-tabella qiegħda tindika biss il-problema/sitwazzjoni prinċipali li l-klijent jirraporta dwarha meta jċempel l-179.
Ġenituri li ttellgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta’ uliedhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ġenituri li ttellgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta' uliedhom mill-iskola obbligatorja fis-sena skolastika 2018-2019 ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ studenti li l-ġenituri tagħhom ittellgħu t-Tribunali rispettivi minħabba assenteiżmu mill-iskola matul is-sena skolastika 2018-19 kien ta’ 1,283.
Il-ġenituri jkunu ġew irreferuti lis-sistema legali minħabba li ma jkunux taw raġuni valida lill-amministrazzjoni tal-iskejjel rispettivi meta t-tfal tagħhom ifallu mill-iskola għal aktar minn tlett (3) ijiem konsekuttivi. Dan jimplika li l-ġenituri ma kkoperawx mal-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rraportati lill-pulizija, lokalità b'lokalità, mill-1 ta’ Jannar 2019 sad-data li fiha tkun mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab ifurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Settembru 2019, il-pulizija rreġistrat elf u żewġ (1,002) każi ta’ vjolenza domestika. Dettalji tar-rapporti skont il-lokalità kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tista’ twassal biex ċerti individwi, kemm min wettaq ir-reat u kemm il-vittma jistgħu kunu identifikati billi f’ċerti lokalitajiet żgħar ikunu waħdiet il-każi ta’ vjolenza domestika.
Każijiet ta’ persuni li ġew imħarrka ta’ tipjip f’postijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li ġew imħarrka talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit mill-2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ persuni li ġew imħarrka talli pejpu f'postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit, kemm permezz ta’ tickets minn meta dawn ġew introdotti fis-sena 2015, kif ukoll permezz ta’ ċitazzjonijiet, fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt :
Type of Return
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019*
Total
1458
1139
636
1585
3372
3681
1996
*sa Settembru
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna tingħata lil żgħażagħ li jixtru proprjetà tagħhom, u xi għajnuna oħra relatati ma’ xogħlijiet li jagħmlu fl-istess proprjetà?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskemi eżistenti fit-tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-First Time Buyers, xiri ta’ proprjetà vakanti fl-Urban Conservation Areas, kif ukoll l-iskema ta’ rifuzjoni ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr, kollha huma ta’ għajnuna għal żgħażagħ li jixtru proprjetà.
Irrid insemmi li mill-ewwel ta’ Jannar 2020, zgħazagħ li jkunu eliġibbli għal home loan minn bank kummerċjali u ma jkollhomx likwidità li jħallsu f’daqqa l-għaxra fil-mija depozitu, il-Gvern se jkun qed isellef l-ammont tad-depozitu li jitħallas lura bin-nifs filwaqt li l-imgħaxx fuq dan is-self jitħallas mill-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni fl-2019 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kien hemm persuna waħda (1) ta’ sess maskil u ħames (5) persuni tas-sess femminil li tressqu l-Qorti fuq reati ta' tlajjar għall-prostituzzjoni bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena.